ĦLAS LURA FUQ MADUM TAL-MUŻAJK ESPORTAT ġ L.S.337.28 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.28
ORDNI DWAR ĦLAS LURA 
FUQ MADUM TAL-MUŻAJK ESPORTAT
15 ta’ Lulju, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 78 ta’ l-1969.
Titolu.
Madum tal-Mużajk Esportat.
Ħlas lura fuq 
madum tal-mużajk.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni, u ta’ l-artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan l-Ordni, għandu
jingħata ħlas lura ta’ dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq l-oġġetti
msemmija fl-Ewwel Kolonna ta’ l-Iskeda fuq l-esportazzjoni ta’
madum tal-mużajk manifatturat f’dawn il-Gżejjer bir-rata
speċifikata dwar dawk l-oġġetti fit-Tieni Kolonna ta’ l-imsemmija
Skeda.
Prova ta’ 
esportazzjoni ta’ 
madum.
3. Talba għall-pagament ta’ ħlas lura għandu jkollha magħha
dawk id-dokumenti li l-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ f’kull
każ partikolari biex jiġi pruvat li l-madum li dwaru jkun qed
jintalab ħlas lura jkun ġie esportat; dawk id-dokumenti għandhom
juru wkoll il-qisien separati tal-madum esportat.
Tiżmim ta’ 
notamenti.
4. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant
tal-madum li jżomm dawk in-notamenti li huwa jista’ jidhirlu
meħtieġa biex juru l-kwantitajiet ta’ siment użat li fuqu jkun qed
jintalab ħlas lura.
(2) Dawk in-notamenti għandhom jinżammu disponibbli għal
spezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana.
5. (1) Il-madum li jkun ser jiġi esportat għandu jiġi
spezzjonat u mkejjel minn uffiċjali tad-Dwana fil-post tal-
fabbrikant, jew f’dak il-post l-ieħor li jista’ jiġi stabbilit mill-
Kontrullur tad-Dwana, għas-spejjeż tal-fabbrikant u wara dik l-
ispezzjon u kejl għandu jiġi ppakkjat quddiem dawk l-uffiċjali u
ssiġġillat minnhom.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon u tal-kejl meħtieġa skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) il-fabbrikant għandu jagħti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet
ijiem dwar id-data li fiha huwa fi ħsiebu li jesporta l-madum u dak
l-avvi għandu jkollu l-partikolaritajiet dwar il-post fejn u l-ħin li
matulu dawk l-ispezzjonijiet jistgħu jsiru.
2 L.S.337.28 ħ ĦLAS LURA FUQ MADUM TAL-MUŻAJK ESPORTAT
SKEDA
Artikolu 2
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Oġġetti Rata ta’ Ħlas lura
Siment Id-dazju mħallas fuq 16.5
Kg. għal kull metru kwadru
