ĦLAS LURA FUQ SIGARRETTI FABBRIKATI LOKALMENT 
PROVDUTI LIL MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI ġ L.S.337.29 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.29
REGOLAMENTI DWAR ĦLAS LURA
FUQ SIGARRETTI FABBRIKATI LOKALMENT 
PROVDUTI LIL MEMBRI TA’ MISSJONIJIET 
DIPLOMATIĊI
22 ta’ Lulju, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 79 ta’ l-1969.
Titolu.
Ħlas lura fuq Sigarretti Fabbrikati Lokalment Provduti lil Membri
ta’ Missjonijiet Diplomatiċi.
Ħlas lura fuq 
sigarretti provduti 
lil membri ta’ 
missjonijiet 
diplomatiċi.
Kap, 337.
Kap. 191.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u tar-regolamenti 3 u 4, għandu jingħata ħlas lura
tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq l-oġġetti msemmija fl-
ewwel kolonna ta’ l-Iskeda, bir-rati speċifikati dwar dawk l-oġġetti
fit-tieni kolonna ta’ l-imsemmija Skeda, fuq il-provvista ta’
sigarretti fabbrikati lokalment lill-persuni bħal dawk li jkunu,
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Immunitajiet u l-
Privileġġi Diplomatiċi, jew skond ordni magħmul bis-saħħa ta’ dak
l-Att, intitolati li jkunu eżenti minn dazji ta’ importazzjoni fuq
sigarretti iżda biss safejn huma jkunu hekk eżenti.
Prova dwar il-
provvista ta’ 
sigarretti lil persuni 
intitolati.
Kap. 191.
3. (1) Talba għall-għoti ta’ dak il-ħlas lura għandu jkollha
magħha -
(a) ċertifikat maħruġ mill-persuna li għall-użu tagħha
jkunu provduti s-sigarretti, li juri li l-kwantitajiet ta’
sigarretti fabbrikati lokalment li dwarhom ikun qed
jintalab il-ħlas lura jkunu ġew provduti lilha; u
(b) ċertifikat maħruġ mill-Ministeru tal-Commonwealth u
Affarijiet Barranin li juri li l-persuna li jkunu ġew
provduti lilha s-sigarretti fabbrikati lokalment li
dwarhom ikun qed jintalab il-ħlas lura hija persuna li
għandha dritt għall-ezenzjoni minn dazji ta’
importazzjoni fuq sigarretti minħabba d-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Immunitajiet u l-
Privileġġi Diplomatiċi.
(2) Għall-finijiet tal-ħlas lura skond dawn ir-regolamenti,
ċertifikat maħruġ skond is-subregolament (1)(b) ikun prova
suffiċjenti tal-fatti li jkun hemm fih jekk ma jiġix pruvat il-
kuntrarju.
Konsenja ta’ zkuk 
u fdalijiet ta’ 
tabakk.
4. (1) Fil-każ ta’ tabakk li jkun f’sigarretti fabbrikati minn
weraq tat-tabakk, il-ħlas lura li jingħata skond dawn ir-regolamenti
għandu jitħallas salv li tiġi konsenjata lill-Kuntrullur tad-Dwana
kwantità  ta’ zkuk u fdalijiet ta’ tabakk ugwali fil-piż għal mhux
anqas minn ħamsa fil-mija tat-tabakk fil-kwantità  ta’ sigarretti li
dwarhom ikun qed jintalab ħlas lura.
(2) Fil-każ ta’ tabakk li jkun hemm f’sigarretti fabbrikati minn
2 L.S.337.29 ħ
ĦLAS LURA FUQ SIGARRETTI FABBRIKATI LOKALMENT 
PROVDUTI LIL MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI
tabakk importat maqtugħ, jew maqtugħ u mħallat iżda mhux
maħdum iżjed minn hekk, il-ħlas lura li jingħata skond dawn ir-
regolamenti għandu jitħallas salv li tiġi konsenjata lill-Kuntrullur
tad-Dwana kwantità  ta’ fdal ta’ tabakk ugwali fil-piż għal mhux
anqas minn tnejn fil-mija tat-tabakk fil-kwantità  ta’ sigarretti li
dwarha jkun mitlub las lura.
SKEDA
Regolament 2
L-Ewwe1 Kolonna It-Tieni Kolonna
Oġġetti Rata ta’ ħlas lura
Tabakk Lm1.57c kull kilogramm ta’ tabakk li
jkun hemm fis-sigarretti maħdumin minn
tabakk importat maqtugħ, jew maqtugħ u
mħallat iżda mhux maħdum iżjed minn
hekk;
Lm1.60c kull kilogramm ta’ tabakk li
jkun hemm fis-sigarretti maħdumin minn
weraq tat-tabakk li dwaru jkun tħallas
dazju bit-Tariffa Preferenzjali;
Lm1.56c kull kilogramm ta’ tabakk li
jkun hemm fis-sigarretti maħdumin minn
weraq tat-tabakk li dwaru jkun tħallas
dazju bit-Tariffa Ġenerali.
Taħlita ta’ ħxejjex
tat-tipjip
Lm1.50c kull kilogramm ta’ taħlita
tat-tipjip li jkun hemm fis-sigarretti
maħdumin minn taħlita ta’ ħxejjex tat-
tipjip.
Filtru tas-sigarretti Id-dazju mħallas fuq l-importazzjoni
kif ukoll għaxra fil-mija tiegħu bħala
allowance dwar ħela.
Sleeves tal-kartun Id-dazju mħallas fuq l-importazzjoni.
