ĦLAS LURA FUQ VETTURI 
BIL-MUTUR IMMUNTATI LOKALMENT ġ L.S.337.30 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.30
REGOLAMENTI DWAR ĦLAS LURA
FUQ VETTURI BIL-MUTUR
IMMUNTATI LOKALMENT
29 ta’ Lulju, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 87 ta’ l-1969.
Titolu.
Ħlas lura fuq Vetturi bil-Mutur Immuntati Lokalment.
Ħlas lura ta’ dazju 
ta’ partijiet 
żmuntati 
inkorporati 
f’vettura 
immuntata 
lokalment.
Kap. 337.
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji
ta’ Importazzjoni u ta’ dawn ir-regolamenti, ħlas lura dwar id-dazji
ta’ importazzjoni mħallsa fuq partijiet, materjal u aċċessorji
żmuntati għal kollox li jkunu inkorporati f'vettura bil-mutur
immuntata lokalment għandu jingħata meta vettura bħal dik tkun
mibjugħa lil persuna li tibdel ir-residenza tagħha għal dawn il-
Gżejjer, kemm-il darba dik il-persuna tipproduċi lill-Kontrullur
tad-Dwana prova dokumentarja li l-applikazzjoni tagħha biex tieħu
residenza permanenti f’Malta tkun ġiet approvata mill-Gvern ta’
Malta u kemm-il darba wkoll dik il-vettura bil-mutur tiġi provduta
direttament lilha mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tal-wasla
ta’ dik il-persuna f’dawn il-Gżejjer biex tieħu residenza fihom, jew,
jekk din id-data tkun qabel id-data meta jiġi mogħti l-permess biex
tieħu residenza permanenti, mhux aktar tard minn tliet xhur mid-
data ta’ dak il-permess.
(2) Ebda ħlas lura taħt dan ir-regolament ma jkun permess -
(a) iktar minn darba dwar l-istess persuna;
Kap. 337.
(b) dwar persuna li timporta vettura bil-mutur ħielsa minn
dazju skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ l-
Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni.
(3) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament raġel u martu jgħoddu
bħala persuna waħda.
Vettura ma 
għandhiex tinbiegħ 
jew titneħħa 
mingħajr permess 
tal-Kontrullur tad-
Dwana. Ħlas ta’ 
ammont mogħti 
bħala ħlas lura 
f’każ tneħħija ta’ 
vettura bil-mutur.
3. (1) Vettura bil-mutur li dwarha ħlas lura jkun ġie mogħti
skond ir-regolament li jaħbat l-aħħar qabel dan ma għandhiex
tinbiegħ jew tiġi xort’oħra mneħħija għall-użu f’dawn il-Gżejjer
jekk mhux bil-permess bil-miktub minn qabel tal-Kontrullur tad-
Dwana u taħt dawk il-kondizzjonijiet li huwa jidhirlu xieraq li
jimponi.
(2) Jekk vettura bil-mutur li dwarha jkun tħallas ħlas lura
skond dawn ir-regolamenti sussegwentement titneħħa f’Malta mill-
persuna li lilha tkun ġiet mogħtija, l-ammont imħallas bħala ħlas
lura għandu jitħallas lura mill-persuna li tieħu l-vettura li tkun ġiet
imneħħija.
(3) Kull min jagħmel reat kontra xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jew jonqos li jħares xi
kondizzjoni imposta mill-Kontrullnr tad-Dwana skond dan ir-
regolament jeħel meta jinsab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati tal-
2 L.S.337.30 ħ
ĦLAS LURA FUQ VETTURI 
BIL-MUTUR IMMUNTATI LOKALMENT
Pulizija Ġudizzjarja, ad istanza tal-Kontrullur tad-Dwana, multa ta’
mhux iżjed minn mitejn lira jew ammont daqs il-ħlas lura tad-dazju
ta’ importazzjoni skond dawn ir-regolamenti, liema minnhom ikun
l-akbar.
