ĦLAS LURA FUQ ZOKKOR U 
QAMĦ MAĦDUM ESPORTATI ġ L.S.337.31 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.31
ORDNI DWAR ĦLAS LURA 
FUQ ZOKKOR U QAMĦ MAĦDUM ESPORTATI
13 ta’ Marzu, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 19 ta’ l-1973.
Titolu.
Zokkor u Qamħ Maħdum Esportati.
Ħlas lura fuq l-
esportazzjoni ta’ 
zokkor u qamħ 
maħdum.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni, u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, ħlas lura ta’
dazji ta’ importazzjoni mħallsa għandu jingħata fuq l-esportazzjoni
jew imbark bħala provvisti dwar kull wieħed mill-oġġetti
msemmija fl-Ewwel Kolonna ta’ l-Iskeda bir-rati speċifikati dwar
dawk l-oġġetti fit-Tieni Kolonna ta’ dik l-Iskeda.
Oġġetti bil-ħsara 
jew deterjorati jew 
li jkollhom materja 
estranea.
3. Meta l-Kontrullur tad-Dwana jkun sodisfatt illi l-oġġetti li
dwarhom ikun qed jintalab ħlas lura jkunu f’kondizzjoni ta’ ħsara
jew deterjorati jew li tkun instabet materja estranea f’dawk l-
oġġetti, il-Kontrullur tad-Dwana jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jew
jagħmel dak it-tnaqqis fuq l-ammonti ta’ ħlas lura li għandu
jingħata kif jidhirlu proporzjonat jew jiċħad l-għoti ta’ ħlas lura.
Kwantità  minima 
ta’ zokkor li fuqha 
jingħata ħlas lura.
4. Ma għandux jingħata hlas lura dwar zokkor esportat jew
imbarkat bħala provvisti fi kwantitajiet ta’ anqas minn mitt
kilogramm.
SKEDA
Artikolu 2
L-Ewwel Ko1onna It-Tieni Kolonna
Oġġetti Rata ta’ ħlas lura
1. Dqiq, smid, għaġin,
gallettini jew qamħ ieħor
maħdum f’dawn il-Gżejjer
Id-dazju fuq 100 kilogramm
ta’ qamħ għal kull 76
kilogramm.
2. Zokkor raffinat 13c3 għal kull 100
kilogramm.
3. Kontenut ta’ zokkor
ta’ Trab tal-Larinġ, Trab tal-
Lumi, Kristalli tal-Jelly, Trab
tal-Ġelati, Creme Caramel,
Icing Sugar
13c3 għal kull 100
kilogramm.
