ĦLAS LURA FUQ REĊIPJENTI ESPORTATI ġ L.S.337.32 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.32
ORDNI DWAR ĦLAS LURA 
FUQ REĊIPJENTI ESPORTATI
6 ta’ Lulju, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 78 ta’ l-1973.
Titolu.
Reċipjenti Esportati.
Ħlas lura fuq 
reċipjenti esportati.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, għandu jingħata
ħlas lura ta’ dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq il-partiti speċifikati
fl-Iskeda fuq l-esportazzjoni ta’ reċipjenti fabbrikati f’dawn il-
Gżejjer minn dak il-materjal biss.
Tiżmim ta’ 
notamenti mill-
fabbrikanti.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikanti
tar-reċipjenti li jżommu dawk in-notamenti li huwa jista’ jidhirlu
meħtieġa biex juru l-kwantità  ta’ materjal importat jew irtirat mid-
depożt u inkorporat fir-reċipjenti.
(2) Dawk in-notamenti għandhom jinżammu disponibbli għal
spezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
ippakkjar ta’ 
reċipjenti.
4. (1) Reċipjenti li jkunu ser jiġu esportati għandhom jiġu
spezzjonati minn uffiċjali tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant jew
f’dawk il-postijiet l-oħra li jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kontrullur
tad-Dwana, għas-spejjeż tal-fabbrikant u, wara dik l-ispezzjon,
għandhom jiġu ppakkjati u ssiġillati quddiem dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-fini ta’ l-ispezzjon meħtieġa skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-fabbrikant għandu jagħti
lill-Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn
tliet ijiem dwar id-data li fiha huwa fi ħsiebu jesporta r-reċipjenti u
dak l-avviż għandu jkollu l-partikolaritajiet dwar il-post fejn u l-ħin
li fih tista’ ssir dik l-ispezzjon.
Validità  ta’ l-
Ordni.
5. Dan l-Ordni jibqa’ validu għal perijodu ta’ tnax-il xahar
mid-data tal-bidu fis-seħħ tiegħu.
2 L.S.337.32 ħ ĦLAS LURA FUQ REĊIPJENTI ESPORTATI
SKEDA
(Artikolu 2)
Blockboard
Injam improved, f’folji
Hardboard
Plywood
Laminboard
Battenboard
Injam rikostitwit.
