ĦLAS LURA FUQ SIGARRETTI ġ L.S.337.33 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.33
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ SIGARRETTI
30 ta’ Novembru, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 116 ta’ l-1973, kif emendat bl-Avviżi Legali 57 ta’ l-
1974, 21 ta’ l-1980, 37 ta’ l-1981 u 15 ta’ l-1998.
Titolu.
Sostitwit:
A.L. 57 ta’ l-1974.
1. It-titolu ta’ dan l-Ordni hu Ordni dwar Ħlas lura fuq
Sigarretti.
Ħlas lura fuq 
sigarretti.
Emendat:
A.L. 57 ta’ l-1974.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni, u ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Ordni, għandu jingħata
ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq l-oġġetti
msemmija fl-ewwel kolonna ta’ l-Iskeda, fuq l-esportazzjoni jew
imbark bħala provvisti, jew mat-tqegħid f’maħżen ta’ depożt
sakemm issir l-esportazzjoni jew l-imbark bħala provvisti, skond il-
każ, ta’ sigarretti maħdumin f’dawn il-Gżejjer, bir-rati speċifikati
dwar l-oġġetti fit-tieni kolonna ta’ l-imsemmija Skeda.
Konsenja ta’ zkuk 
u skart ta’ tabakk.
3. (1) Fil-każ ta’ tabakk li jkun hemm fis-sigarretti
maħdumin minn weraq tat-tabakk il-ħlas lura permess skond dan l-
Ordni għandu jingħata jekk tiġi konsenjata lill-Kontrullur tad-
Dwana kwantità  ta’ zkuk u skart tat-tabakk ugwali fil-piż għal
mhux anqas minn ħamsa fil-mija tat-tabakk fil-kwantità  ta’
sigarretti li dwarha jkun mitlub il-ħlas lura.
(2) Fil-każ ta’ tabakk li jkun hemm fis-sigarretti maħdumin
minn tabakk importat maqtugħ, jew maqtugħ u mħallat iżda mhux
maħdum iżjed minn hekk, il-ħlas lura permess skond dan l-Ordni
għandu jingħata jekk tiġi konsenjata lill-Kontrullur tad-Dwana
kwantità  ta’ skart ta’ tabakk ugwali fil-piż għal mhux anqas minn
tnejn fil-mija tat-tabakk fil-kwantità  ta’ sigarretti li dwarha jkun
mitlub il-ħlas lura.
Sostitwita:
A.L. 21 ta’ l-1980;
A.L. 37 ta’ l-1981;
A.L. 15 ta’ l-1998.
SKEDA
Artikolu 2
L-Ewwe1 Kolonna It-Tieni Kolonna
Oġġetti Rata ta’ Ħlas Lura
Tabakk Id-dazju mħallas fuq l-importazzjoni, kif
ukoll erbgħa fil-mija tiegħu bhala
allowance dwar ħela, ta’ tabakk li jkun
hemm fis-sigarretti maħdumin minn weraq
tat-tabakk, tabakk importat maqtugħ, jew
maqtugħ u mħallat iżda mhux maħdum
aktar minn hekk.
