ĦLAS LURA FUQ ILBIES TA’ FUQ ESPORTATI ġ L.S.337.34 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.34
ORDNI DWAR ĦLAS LURA
FUQ ILBIES TA’ FUQ ESPORTATI
1 ta’ Ġunju, 1975
L-AVVIŻ LEGALI 14 ta’ l-1977.
Titolu.
ta’ Fuq Esportati.
Ħlas lura fuq l-
esportazzjoni ta’ 
ilbies ta’ fuq 
esportati.
Kap. 337.
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzionijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji
ta’ Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan l-Ordni, ħlas lura
tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq id-drapp u aċċessorji oħra
jingħata fuq l-esportazzjoni ta’ lbies ta’ fuq maħdumin f’dawn il-
Gżejjer minn dak id-drapp u aċċessorji oħra.
(2) Sabiex jiġi kalkolat il-ħlas lura skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1), għandha tiġi meqjusa dik il-ħela li tiġi murija
għas-sodisfazzjon tal-Kontrullur tad-Dwana li tkun l-inqas ħela li
ma setgħetx tiġi evitata fil-manifattura ta’ dak l-ilbies ta’ fuq:
Iżda dik il-ħela għandha tinżamm u jsir minnha mill-
fabbrikant skond dawk il-kondizzjonijiet li l-Kontrullur tad-Dwana
jista’ jistabbilixxi.
Għoti ta’ kampjuni 
u dokumenti lill-
Kontrullur tad-
Dwana.
3. Kampjuni u dokumenti bħala prova tax-xorta, valur u pajjiż
ta’ l-oriġini tad-drapp u ta’ oġġetti oħra wżati fil-produzzjoni ta’
lbies ta’ fuq għall-esportazzjoni għandhom jingħataw lill-
Kontrullur tad-Dwana meta jiġi mportat jew maħruġ mid-depożt
dak id-drapp jew dawk l-oġġetti.
Tiżmim ta’ records 
mill-fabbrikant.
4. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant ta’
ilbies ta’ fuq li jżomm dawk ir-records li huwa jidhirlu meħtieġa
biex juru l-kwantitajiet ta’ drapp u aċċessorji oħra mportati jew
maħruġa mid-depożt u inkorporati fl-ilbies ta’ fuq.
(2) Dawk ir-records għandhom ikunu għad-disposizzjoni ta’ l-
ispezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana.
5. (1) Ilbies ta’ fuq li jkun ser jiġi esportat għandu jiġi
spezzjonat minn uffiċjali tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant jew
f’dak il-post l-ieħor li jiġi deċiż mill-Kontrullur tad-Dwana għas-
spejjeż tal-fabbrikant u wara dak l-ispezzjon għandu jiġi ppakkjat u
ssiġillat quddiem dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta' l-ispezzjon meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) il-fabbrikant għandu jagħti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux inqas minn tliet
ijiem dwar id-data li fiha huwa bi ħsiebu jesporta l-ilbies ta’ fuq u
dak l-avviż għandu jkollu l-partikolaritajiet tal-post fejn u l-ħin li
fih jista’ jsir l-ispezzjon.
