ĦLAS LURA FUQ SIGARRI ESPORTATI ġ L.S.337.35 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.35
ORDNI DWAR ĦLAS LURA
FUQ SIGARRI ESPORTATI
11 ta’ Novembru, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 141 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 20 ta’ l-
1980 u 36 ta’ l-1981.
Titolu.
Esportati.
Ħlas lura.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, għandu jingħata
ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq l-oġġetti
msemmija fl-ewwel kolonna ta’ l-Iskeda fuq l-esportazzjoni jew
imbark bħala provvisti jew mat-tqegħid fid-depożt sakemm jiġu
esportati jew imbarkati bħala provvisti, skond il-kaz, ta’ sigarri
maħdumin f’Malta, bir-rata speċifikata fit-tieni kolonna ta’ l-
imsemmija Skeda.
Tiżmim ta’ records 
mill-fabbrikant.
3. Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant tas-
sigarri biex iżomm dawk ir-records li jidhirlu meħtieġa biex jidhru
l-kwantitajiet u l-oriġini tat-tabakk impurtat jew irtirat mid-depożt
u użat fil-manifattura tas-sigarri.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
ippakkjar ta’ 
sigarri.
4. (1) Sigarri li jkunu ser jiġu esportati jew imbarkati bħala
provvisti jew mat-tqegħid fid-depożt sakemm jiġu esportati jew
imbarkati bħala provvisti għandhom jiġu spezzjonati mill-uffiċjali
tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant, jew f’dak il-post l-ieħor li jiġi
stabbilit mill-Kontrullur tad-Dwana, għas-spejjeż tal-fabbrikant u,
wara’dak l-ispezzjon, għandhom jiġu ppakkjati u siġillati quddiem
dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-fabbrikant għandu jagħti
lill-imsemmi Kontrullur avviż bil-miktub ta’ mhux inqas minn tliet
ijiem dwar id-data li fiha jkun bi ħsiebu jesporta, jimbarka jew
iqiegħed f’maħżen tad-depozt, skond il-każ, is-sigarri u dak l-avviż
għandu jkun fih dawk il-partikolaritajiet tal-post li fih u l-ħin li
matulu jista’ jsir dak l-ispezzjon.
2 L.S.337.35 ħ ĦLAS LURA FUQ SIGARRI ESPORTATI
Emendata:
A.L. 20 ta’ l-1980;
A.L. 36 ta’ l-1981.
SKEDA
Artikolu 2
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Oġġetti Rata ta’ ħlas lura
Tabakk Lm6.13,6 kull kilogramm ta’ tabakk li
jkun jinsab fis-sigarri maħdumin minn
tabakk li dwaru tħallas dazju bir-rata tat-
Tariffa Ġenerali.
Lm6.10,6 kull kilogramm ta’ tabakk li
jkun jinsab fis-sigarri maħdumin minn
tabakk li dwaru tħallas dazju bir-rata tat-
Tariffa ta’ l-E.E.C.
