DAZJU TA’ IMPORTAZZJONI FUQ TABAKK ġ L.S.337.36 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.36
REGOLAMENTI DWAR ID-DAZJU
TA’ IMPORTAZZJONI FUQ TABAKK
14 ta’ Marzu, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 29 ta’ l-1978.
Titolu.
Dazju ta’ Importazzjoni fuq Tabakk.
Tifsir.
Kap. 376.
2. F’dawn ir-regolamenti, "l-Att" tfisser l-Att dwar id-Dazji
ta’ Importazzjoni.
Dazju fuq tabakk 
mhux manifatturat.
Kap. 382.
3. (1) Ir-rati ta’ dazju preskritti bil-partita (A) taħt l-
intestatura numru 24.01 ta’ l-Att għandhom japplikaw dwar tabakk
mhux manifatturat li jkun importat, jew irtirat mid-depożt, minn
jew favur xi persuni li jkollhom liċenza taħt l-Att dwar Dazju tas-
Sisa biex jimmanifatturaw sigarri jew biex jipproċessaw tabakk tal-
pipa.
(2) Kull talba għall-ħelsien mid-Dwana ta’ kull tabakk bħal
dak għandu jkollha magħha dikjarazzjoni mill-imsemmi detentur
tal-liċenza li dak it-tabakk ikun ser jintuża esklużivament għall-
manifattura ta’ sigarri jew fil-proċessar ta’ tabakk tal-pipa, skond
il-każ.
Pieni.
meħlus għal xi għanijiet li ma jkunux dawk dikjarati mill-persuna li
lilha, jew li favur tagħha, ikun ġie meħlus, tkun ħatja ta’ reat u
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira jew
ammont li jkun daqs tliet darbiet id-dazju ta’ importazzjoni li jkollu
jitħallas fuq dak it-tabakk, skond liema minnhom ikun l-akbar, jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
