CROWN CORKS IMPORTATI 
(XORB ESKLUŻ) (ĦELSIEN MINN DAZJU) ġ L.S.337.37 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.37
REGOLAMENTI DWAR CROWN CORKS 
IMPORTATI (XORB ESKLUŻ) 
(ĦELSIEN MINN DAZJU)
28 ta’ Lulju, 1981
L-AVVIŻ LEGALI 75 ta’ l-1981.
Titolu.
Crown Corks importati (Xorb Eskluż) (Ħelsien minn Dazju).
Tifsir.
Kap. 382.
"xorb eskluż" tfisser xorb eskluż mit-tifsira ta’ "xorb mhux
alkoholiku" li tinsab fl-Att dwar Dazju tas-Sisa;
"importatur awtorizzat" tfisser produttur jew bottiljatur bl-
ingrossa ta’ xorb eskluż li kien ġie mogħti ċertifikat kif imsemmi
fir-regolament 3 sabiex jikseb ħelsien minn tinda ta’ transit jew
minn maħżen ta’ depożt tad-Dwana mingħajr ħlas tad-dazju ta’
importazzjoni ta’ żewġ liri u sittax-il ċenteżmu kull grossa dovuta
taħt it-Tariffa tad-Dwana;
"Kontrullur" tfisser il-Kontrullur tad-Dwana u tinkludi kull
persuna awtorizzata biex taġixxi għall-Kontrullur fit-tmexxija ta’
dawn ir-regolamenti;
Kap. 337.
"Tariffa tad-Dwana" tfisser it-Tariffa tad-Dwana magħmula
bħala l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni;
"importat" tinkludi maħruġa mid-depożt.
Ħelsien suġġett 
għal ċertifikati.
3. Ħadd ma jista’ jikseb ħelsien ta’ xi crown corks li jkunu
crown corks li fuqhom id-dazju ta’ żewġ liri u sittax-il ċenteżmu
kull grossa li għandu jitħallas skond it-Tariffa tad-Dwana ma jkunx
għadu tħallas mingħajr ma qabel jikseb mingħand il-Kontrullur
ċertifikat fil-forma preskritta mill-Kontrullur għal hekk, bollat kif
imiss u ffirmat mill-Kontrullur jew minn uffiċjal tad-Dipartiment
tad-Dwana awtorizzat espressament minnu għal hekk.
Ċertifikati.
naħa tax-xellug u għandhom ikunu numerati wara xulxin.
(2) Għandhom ikunu stampati fi tliet sezzjonijiet u jkunu
illegati f’kotba, li kull wieħed ikollu mitt ċertifikat.
(3) L-ewwel sezzjoni ta’ dak iċ-ċertifikat tiġi miżmuma mill-
Kontrullur, it-tieni sezzjoni tiġi miċmuma mill-importatur
awtorizzat u t-tielet tiġi mogħtija mill-importatur awtorizzat lill-
uffiċjal tad-Dwana li jirrilaxxa l-crown corks.
Kondizzjonijiet 
għal ħruġ ta’ 
ċertifikati.
5. Il-persuna li titlob il-ħruġ ta’ ċertifikat imsemmi fir-
regolament 3 għandha tissodisfa lill-Kontrullur li hija produttur jew
bottiljatur bl-ingrossa ta’ xorb eskluż.
2 L.S.337.37 ħ
CROWN CORKS IMPORTATI 
(XORB ESKLUŻ) (ĦELSIEN MINN DAZJU)
Għandhom jiġu 
mogħtija kampjuni 
mill-applikant.
6. (1) Il-persuna li titlob il-ħruġ ta’ ċertifikat imsemmi fir-
regolament 3 għandha tagħti għall-approvazzjoni tal-Kontrullur
kampjuni tal-crown corks li tagħhom tixtieq tikseb ħelsien minn
tinda ta’ transit jew minn maħżen ta’ depożt tad-Dwana mingħajr
ħlas tad-dazju ta’ importazzjoni ta’ żewġ liri u sittax-il ċenteżmu
kull grossa li għandu jitħallas skond it-Tariffa tad-Dwana u dawk
il-kampjuni għandhom jinżammu mill-Kontrullur.
(2) L-importatur awtorizzat ikollu dritt li jikseb ħelsien bis-
saħħa ta’ ċertifikat ta’ dawk il-crown corks biss li jkunu għal kollox
identiċi, magħdud disinn u kulur għall-kampjuni approvati mill-
Kontrullur għall-fini ta’ dak iċ-ċertifikat.
Validità  ta’ 
ċertifikati.
7. Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi għa1 perijodu ta’
xahar mid-data tal-ħruġ.
Garanziji.
Kap. 37.
8. (1) Meta l-kwantità  ta’ crown corks meħlusa tkun iżjed
minn dak stmat li hu meħtieġ mill-persuna awtorizzata għal tliet
xhur il-crown corks għandhom mal-konsenja jittieħdu taħt is-
sorveljanza ta’ uffiċjal tad-Dwana mit-tinda jew maħżen ta’ depożt
tad-Dwana għal dak il-maħżen ta’ depożt jew post ta’ sigurtà  li jiġi
provdut mill-importatur awtorizzat kif jista’ jkun approvat skond l-
artikolu 27 ta’ l-Ordinanza tad-Dwana.
(2) Kull crown corks meħuda f’dak il-maħżen ta’ depożt jew
post ta’ sigurtà  kif jingħad qabel għandhom jinżammu taħt il-
kontroll tad-Dwana sakemm jiġu maħruġa għall-użu f’dawk il-
kwantitajiet li l-Kontrullur jista’ jippermetti.
Għandhom 
jinżammu kotba 
mill-importatur 
awtorizzat.
9. (1) L-importatur awtorizzat għandu jżomm fil-fabbrika
tiegħu ktieb li fih għandhom jiġu reġistrati l-ittra tas-serje u n-
numru tac-certifikati u l-kwantità  tal-crown corks meħlusa kontra
kull certifikat flimkien mad-dati tal-konsenja tagħhom.
(2) L-importatur awtorizzat għandu jżomm ukoll fil-fabbrika
tiegħu ktieb jew kotba li juru -
(a) il-kwantitajiet ta’ crown corks meħuda għall-użu fil-
fabbrika;
(b) il-kwantitajiet ta’ xorb eskluż prodott u siġillat b’dawk
il-crown corks; u
(ċ) il-kwantitajiet ta’ kull xorta ta’ xorb eskluż prodott u
dettalji dwar il-persuni li lilhom ikun ingħata matul
kull xahar kalendarju u l-kwantitajiet mibjugħa lil kull
persuna.
(3) Meta l-importatur awtorizzat ikollu maħżen ta’ depożt
għandu jżomm, b’żieda mal-ktieb jew mal-kotba msemmija hawn
fuq, ktieb li juri l-kwantitajiet ta’ crown corks imqegħdin f’dak il-
maħżen f’kull data speċifikata u l-kwantitajiet li jittieħdu wara
għall-użu fil-fabbrika.
Responsabbiltà  
għal ħlas ta’ dazju 
fuq nuqqasijiet.
10. Jekk f’xi żmien wara eżami jirriżulta illi l-kwantitajiet ta’
crown corks misjuba fil-maħżen ta’ depożt jew fil-fabbrika ta’ l-
importatur awtorizzat ikunu inqas mill-kwantitajiet li skond il-
kotba miżmuma sewwa u kif xieraq fil-fatt għandhom jinstabu f’xi
wieħed mill-imsemmija postijiet, allura f’kull każ l-importatur
awtorizzat ikollu minnufih iħallas lill-Kontrullur għal kull nuqqas
CROWN CORKS IMPORTATI 
(XORB ESKLUŻ) (ĦELSIEN MINN DAZJU) ġ L.S.337.37 3
li jirriżulta d-dazju ta’ importazzjoni kalkolat bir-rata ta’ żewġ liri
u sittax-il ċentezmu kull grossa ta’ crown corks, b’żieda ma’ kull
penali li jista’ jeħel skond dawn ir-regolamenti jew skond xi ligi
oħra:
Iżda meta jiġi aċċertat xi nuqqas il-crown corks meħuda
għall-użu fil-fabbrika ta’ l-importatur awtorizzat għandu jsir
allowance b’rata ta’ mhux iżjed minn nofs fil-mija tal-produzzjoni
bottiljata totali ta’ xahar għal crown corks li bil-fors jinħlew matul
il-proċess ta’ bottiljar.
Piena għan-nuqqas 
ta’ tħaris tar-
regolament 9.
11. Kull min jonqos milli jħares il-ħtiġiet tar-regolament 9
ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati multa ta’ għoxrin lira għal
kull reat.
Pieni għall-użu 
illegali ta’ crown 
corks.
Kap. 382.
12. Jekk xi importatur awtorizzat juża crown corks, rilaxxati
ħielsa mill-ħlas tad-dazju ta’ importazzjoni ta’ żewġ liri u sittax-il
ċenteżmu kull grossa li għandu jitħallas skond it-Tariffa tad-Dwana
għas-siġillar ta’ reċipjenti ta’ xorb mhux alkoholiku kif imfisser fl-
Att dwar Dazju tas-Sisa, ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati
multa ta’ ħamsin lira jew tliet darbiet id-dazju fuq il-crown corks li
dwarhom ikun sar ir-reat, liema jkun l-akbar.
Spezzjoni minn 
uffiċjal tad-Dwana.
13. L-uffiċjal xieraq tad-Dwana jista’ f’kull ħin xieraq jidħol
f’kull fabbrika jew post tan-negozju ta’ kull importatur awtorizzat
għal kull għan li għandu x’jaqsaxn ma’ dawn ir-regolamenti.
Spezzjonijiet 
jingħataw bla ħlas.
14. Għall-fini ta’ kull żjara jew spezzjoni mitluba jew
meħtieġa skond dawn ir-regolamenti is-servizzi ta’ l-uffiċjali tad-
Dwana jingħataw bla ħlas suġġetta għall-approvazzjoni tal-
Kontrullur.
