ĦLAS LURA FUQ IKEL SNACK ESPORTAT ġ L.S.337.38 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.38
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ IKEL SNACK 
ESPORTAT
4 ta’ Jannar, 1985
L-AVVIŻ LEGALI 1 ta’ l-1985.
Titolu.
Snack Esportat.
Ħlas lura fuq ikel 
snack esportat.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-dispozizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan l-Ordni, għandu
jingħata ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq pellets li
jittieklu ma’ l-esportazzjoni jew imbark bħala provvisti jew mat-
tqegħid fid-depożt sakemm jiġu esportati jew imbarkati bħala
provvisti, skond il-każ, ta’ ikel snack maħdum f’dawn il-Gżejjer,
minn dawk il-pellets.
Għoti ta’ kampjuni 
u dokumenti lill-
Kontrullur tad-
Dwana.
3. Kampjuni u dokumenti li jixhdu x-xorta, il-valur u l-pajjiż
ta’ l-oriġini tal-pellets li għandhom jintużaw fil-produzzjoni ta’
ikel snack għall-eaportazzjoni għandhom jingħataw lill-Kontrullur
tad-Dwana fil-ħin ta’ l-importazzjoni jew irtirar mid-depożt ta’
dawk il-pellets.
Tiżmim ta’ records 
mill-fabbrikant.
4. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant ta’
l-ikel snack biex iżomm dawk ir-records li jidhirlu meħtieġa biex
jidhru l-kwantitajiet ta’ pellets importati jew irtirati mid-depożt u
wżati fil-produzzjoni ta’ dak l-ikel snack.
(2) Dawk ir-records għandhom jinżammu disponibbli għall-
ispezzjon ta’ uffiċjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana.
5. (1) Ikel snack li ikun ser jiġi esportat għandu jkun
spezzjonat minn uffiċjali tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant jew
f’dak il-post l-ieħor li jiġi stabbilit mill-Kontrullur tad-Dwana
għas-spejjeż tal-fabbrikant u wara li jiġi hekk spezzjonat għandu
jiġi ppakkjat u ssiġillat quddiem dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġ skond id-
dispozizzjonijiet tas-subartikolu (1) il-fabbrikant għandu jagħti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux inqas minn tliet
ijiem dwar id-data li fiha jkun bi ħsiebu jesporta l-ikel snack u dak
l-avviż għandu jkun fih dawk il-partikolaritajiet tal-post li fih u l-
ħin li matulu jista’ jsir dak l-ispezzjon.
