ĦLAS LURA FUQ LAĦAM U PRODOTTI TAL-LAĦAM ġ L.S.337.39 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.39
ORDNI DWAR ĦLAS LURA FUQ LAĦAM
U PRODOTTI TAL-LAĦAM
10 ta’ Ġunju, 1986
L-AVVIŻ LEGALI 32 ta’ l-1986.
Titolu.
u Prodotti tal-Laħam.
Ħlas lura fuq 
laħam u prodotti 
tal-laħam esportati.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-dispozizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, għandu jingħata
ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq il-laħam imsemmi
fl-Ewwel Kolonna ta’ l-Iskeda ma’ l-esportazzjoni ta’ laħam u
prodotti tal-laħam imħejjijin jew fabbrikati f’Malta u ma’ l-
esportazzjoni ta’ laħam li mhuwiex hekk imħejji b’dik ir-rata
indikata fit-Tieni Kolonna ta’ l-Iskeda.
Tiżmim ta’ 
records.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant
biex iżomm dawk ir-records li jidhirlu meħtieġa biex jidhru l-
kwantità  ta’ laħam importat jew irtirat mid-depożt u wżat fit-
tħejjija jew produzzjoni ta’ laħam u prodotti tal-laħam esportati u li
fuqhom jintalab ħlas lura ta’ dazju.
(2) Dawk ir-records għandhom jinżammu disponibbli għall-
ispezzjon ta’ uffiċjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana.
4. (1) Laħam u prodotti tal-laħam li jkunu ser jiġu esportati
għandhom jiġu spezzjonati minn uffiċjali tad-Dwana u miżunin fil-
post tal-fabbrikant, jew f’dak il-post l-ieħor li jiġi stabbilit mill-
Kontrullur tad-Dwana, għas-spejjeż ta’ l-esportatur u wara li jiġu
hekk spezzjonati għandhom jiġu ppakkjati u ssiġillati quddiem
dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu l-fabbrikant għandu jagħti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviċ bil-miktub ta’ mhux inqas minn tliet
ijiem dwar id-data li fiha jkun bi ħsiebu jesporta il-laħam jew
prodotti tal-laħam u dak l-avviż għandu jkun fih dawk il-
partikolaritajiet tal-post u tal-ħin li fih u li matulu jista’ jsir dak l-
ispezzjon.
Tifsir.
importatur tal-laħam importat u l-persuna li tkun ħadet il-konsenja
ta’ dak il-laħam direttament minn għandu.
2 L.S.337.39 ħ ĦLAS LURA FUQ LAĦAM U PRODOTTI TAL-LAĦAM
SKEDA
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Oġġetti Rata ta’ ħlas lura
Laħam importat
frisk, imkessaħ jew
tal-friża Lm2.00,0 kull l00 kg. ta’ laħam nett
