ĦLAS LURA FUQ ZKUK U SKART TAT-TABAKK ġ L.S.337.40 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.40
ORDNI DWAR ĦLAS LURA
FUQ ZKUK U SKART TAT-TABAKK
2 ta’ Frar, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 12 ta’ l-1990.
Titolu.
u Skart tat-Tabakk.
Ħlas lura fuq zkuk 
u skart tat-tabakk.
Kap. 337.
2. Bla ħsara għad-dispozizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3, 4, 5, 6 u 7 ta’ dan l-Ordni, għandu
jingħata ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq l-oġġetti
msemmija fl-Ewwel Kolonna ta' l-Iskeda meta dawn l-oġġetti
jirriżultaw matul il-manifattura jew proċessar ta’ tabakk importat
mhux manifatturat f’sigarri u tabakk tal-pipa għall-użu jew konsum
fis-suq lokali, b’dawk ir-rati indikati fit-Tieni Kolonna ta’ l-Iskeda.
Tiżmim ta’ 
records.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lill-fabbrikant
biex iżomm dawk ir-records li jidhirlu meħtieġa biex jidhru l-
kwantità  u l-oriġini tat-tabakk importat jew irtirat mid-depożt u
wżat fil-manifattura ta’ sigarri u proċessar ta’ tabakk tal-pipa għall-
użu jew konsum fis-suq lokali.
(2) Dawk ir-records għandhom jinżammu disponibbli għall-
ispezzjon ta’ uffiċjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Ammont ta’ zkuk u 
skart tat-tabakk li 
jista’ jsir ħlas lura 
fuqu.
4. Il-ħlas lura permess bis-saħħa ta’ din l-Ordni għandu
jitħallas -
(a) dwar zkuk u skart tat-tabakk li jirriżultaw mill-
manifattura ta’ sigarri u proċessar ta’ tabakk tal-pipa
minn weraq tat-tabakk mhux manifatturat u importat
għall-konsum lokali, li, f’kull każ, ma jkunux jiżnu
iżjed minn tmienja u għoxrin fil-mija (28%) mill-piż
tat-tabakk oriġinali importat jew irtirat mid-depożt
għal dak il-għan; u
(b) dwar zkuk u skart tat-tabakk li jirriżultaw mill-
manifattura ta’ sigarri u proċessar ta’ tabakk tal-pipa
minn tabakk mhux manifatturat u importat ta’ kull
għamla, li ma jkunx weraq tat-tabakk mhux
manifatturat, għall-konsum lokali, li f’kull każ, ma
jkunux jiżnu iżjed minn ħamsa fil-mija (5%) mill-piż
tat-tabakk oriġinali importat jew irtirat mid-depożt
għal dak il-għan.
Konsenja ta’ zkuk 
u skart tat-tabakk.
5. (1) Iz-zkuk u l-iskart tat-tabakk li jirriżultaw mill-
manifattura ta’ sigarri u proċessar ta’ tabakk tal-pipa kif imsemmi
fl-artikolu 4 ta’ dan l-Ordni, li dwarhom jintalab li jsir ħlas lura,
għandhom jiġu konsenjati lill-Kontrullur tal-Dwana sabiex jagħmel
minnhom b’dak il-mod li jista’ jidhirlu xieraq li jordna.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-Ordni ma għandha tapplika dwar zkuk u
skart tat-tabakk li jirriżultaw mill-manifattura u proċessar ta’
2 L.S.337.40 ħ ĦLAS LURA FUQ ZKUK U SKART TAT-TABAKK
tabakk mhux manifatturat u importat jew irtirat mid-depożt qabel
ma sar dan l-Ordni.
Kontroll tad-
Dwana.
6. (1) Iz-zkuk u skart tat-tabakk li jkunu ser jiġu konsenjati
lill-Kontrullur tad-Dwana għandhom jiġu spezzjonati minn uffiċjali
tad-Dwana u miżmumin fil-post tal-fabbrikant, jew kull post ieħor
li jista’ jiġi stabbilit mill-Kontrullur tad-Dwana.
(2) L-ispejjeż kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ispezzjon,
użin u tneħħija taz-zkuk u skart tat-tabakk meħtieġa skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5(1) u tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu għandhom jitħallsu mill-fabbrikant.
Tifsir.
Kap. 382.
7. F’dan l-Ordni, il-frażi "fabbrikant" tinkludi biss lill-
importatur ta’ tabakk mhux manifatturat li huwa fabbrikant regolari
ta’ sigarri u jipproċessa tabakk tal-pipa, u li hu debitament liċenzjat
għal dak il-għan bis-saħħa ta’ l-Att dwar Dazju tas-Sisa.
SKEDA
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Oġġetti Rata ta’ ħlas lura
Zkuk u skart tat-
Tabakk
Lm5.17,5 għal kull kilogramma ta’
zkuk u skart tat-tabakk li jirriżultaw
mill-manifattura u proċessar ta’ tabakk
mhux manifatturat, sew jekk f’għamla
ta’ weraq tat-tabakk jew f’xi għamla
oħra, importat għall-manifattura ta’
sigarri u proċessar ta’ tabakk tal-pipa, u
li fuqu jitħallas dazju bir-rata
applikabbli għal oġġetti mkabbrin jew
prodotti fil-Komunità  Ewropea; u
Lm5.20,0 għal kull kilogramma ta’
zkuk u skart tat-tabakk li jirriżultaw
mill-manifattura u proċessar ta’ tabakk
mhux manifatturat, sew jekk f’għamla
ta’ weraq tat-tabakk jew f’xi għamla
oħra, importat għall-manifattura ta’
sigarri u proċessar ta’ tabakk tal-pipa, u
li fuqu jitħallas dazju bir-rata tat-Tariffa
Ġenerali.
