ĦLAS LURA FUQ ŻJUT 
LUBRIFIKANTI GĦALL-BASTIMENTI ġ L.S.337.41 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.41
ORDNI DWAR ĦLAS LURA
FUQ ŻJUT LUBRIFIKANTI GĦALL-BASTIMENTI
13 ta’ Frar, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 18 ta’ l-1990.
Titolu.
Lubrifikanti għall-Bastimenti.
Ħlas lura fuq żjut 
lubrifikanti għall-
bastimenti mħalltin 
lokalment.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijict ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, għandu jingħata
ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq il-materjal
imsemmi fl-Iskeda ma’ l-esportazzjoni jew imbark bħala provvisti
jew mat-tqegħid fid-depożt sakemm jiġu esportati jew imbarkati
bħala provvisti, skond il-każ, ta’ żjut lubrifikanti għall-bastimenti
mħalltin f’dawn il-Gżejjer minn dak il-materjal.
Tiżmim ta’ 
records.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ lil min iħallat iż-
żjut biex iżomm dawk ir-records li jidhirlu meħtieġa biex jidhru l-
kwantitajiet ta’ materjal importat jew irtirat mid-depożt u wżat fil-
preparazzjoni jew taħlit ta’ żjut lubrifikanti għall-bastimenti li jiġu
esportati, imqegħda fid-depożt jew imbarkati bħala provvisti u li
fuqhom jintalab il-ħlas lura.
(2) Dawk ir-records għandhom jinżammu disponibbli għall-
ispezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-post ta’ min iħallat iż-
żjut.
Kontroll tad-
Dwana.
4. (1) Iż-żjut lubrifikanti għall-bastimenti li jkunu ser jiġu
esportati jew imbarkati bħala provvisti jew imqegħda fid-depożt
għandhom ikunu spezzjonati u mkejlin minn uffiċjali tad-Dwana
fil-post ta’ min iħallat iż-żjut jew f’dak il-post l-ieħor li jiġi
stabbilit mill-Kontrullur tad-Dwana għas-spejjeż ta’ min iħallat iż-
żjut u wara li jiġu hekk spezzjonati u mkejlin, il-kontenituri taż-żejt
għandhom jiġu ppakkjati u ssiġillati quddiem dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon u tikjil meħtieġa skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) min iħallat iż-żjut għandu
jagħti lill-Kontrullur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux inqas
minn tliet ijiem dwar id-data li fiha jkun bi ħsiebu jesporta ż-żejt
lubrifikanti għall-bastimenti u dak l-avviż għandu jkun fih dawk il-
partikolaritajiet tal-post fejn, u l-ħin li matulu jista’ jsir dak l-
ispezzjon u tikjil.
2 L.S.337.41 ħ
ĦLAS LURA FUQ ŻJUT 
LUBRIFIKANTI GĦALL-BASTIMENTI
SKEDA
(Artikolu 2)
1. Żjut lubrifikanti li għandhom bai minerali/petrolea, bla
rigward għad-densità .
2. Additivi lubrifikanti preparati li jintużaw ma’ żjut minerali
tqal.
