ĦLAS LURA FUQ OĠĠETTI 
TAL-PORĊELLANA ESPORTATI ġ L.S.337.42 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.42
ORDNI DWAR ĦLAS LURA
FUQ OĠĠETTI TAL-PORĊELLANA ESPORTATI
27 ta’ Novembru, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 197 ta’ l-1990.
Titolu.
Oġġetti tal-Porċellana Esportati.
Ħlas lura fuq l-
esportazzjoni ta’ 
oġġetti tal-
porċellana.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id- Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan l-Ordni, għandu
jingħata ħlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mħallsa fuq oġġetti
tal-porċellana bojod jew kuluriti mhux dekorati, sew jekk ikollhom
xifer ta’ lewn-id deheb sew jekk ma jkollhomx, meta dawn l-
oġġetti jerġgħu jiġu esportati wara li jkunu reġgħu ġew proċessati
jew dekorati f’dawn il-Gżejjer.
Tiżmim ta’ records 
mill-manifattur.
3. (1) Il-Kontrollur tad-Dwana jista’ jeħtieg lill-manifattur
ta’ oġġetti tal-porċellana biex iżomm dawk ir-records li jidhirlu
meħtieġa sabiex tidher il-kwantità  u l-kwalità  ta’ oġġetti tal-
porċellana importati jew irtirati mid-depożt bil-għan li dawn l-
oġġetti jiġu dekorati jew jerġgħu jiġu proċessati.
(2) Dawk ir-records għandhom jinżammu disponibbli għall-
ispezzjon minn kull uffiċjal tad-Dwana fil-post tal-manifattur.
Prova li l-
esportazzjoni tkun 
saret.
4. It-talba għall-għoti ta’ ħlas lura għandha tkun imsaħħa
b’dawk id-dokumenti li l-Kontrollur tad-Dwana jista’ f’kull każ
partikolari jenħtieġ sabiex ikollu prova li l-oġġetti tal-porċellana li
dwarhom tkun qegħda ssir it-talba għall-għoti ta’ ħlas lura jkunu
fil-fatt gew esportati; dawk id-dokumenti għandhom jagħtu wkoll
deskrizzjoni sħiħa ta’ l-oġġetti tal-porċellana esportati.
Kontroll tad-
Dwana.
5. (1) Oġġetti tal-porċellana li jkunu ser jiġu esportati
għandhom ikunu spezzjonati minn uffiċjali tad-Dwana fil-post tal-
manifattur, jew f’dak il-post l-ieħor li jista’ jiġi stabbilit mill-
Kontrollur tad-Dwana għas-spejjeż tal-manifattur, u wara li jkunu
ġew hekk spezzjonati l-oġġetti tal-porċellana jiġu ppakkjati u
ssiġillati quddiem dawk l-uffiċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ l-ispezzjon meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-manifattur għandu jagħti
lill-Kontrollur tad-Dwana avviż bil-miktub ta’ mhux inqas minn
tliet ijiem dwar id-data li fiha jkun bi ħsiebu jesporta l-oġġetti tal-
porċellana u dak l-avviż għandu jkun fih dawk il-partikolaritajiet
tal-post fejn, u l-ħin li matulu jista’ jsir dak l-ispezzjon.
Validità .
li jibda għaddej mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.
