ĦANUT ĦIELES MINN DAZJU ġ L.S.337.43 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.43
REGOLAMENTI DWAR ĦANUT ĦIELES 
MINN DAZJU
15 ta’ Novembru, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 177 ta’ l-1991, kif emendat bl-Avviżi Legali 60 ta’ l-
1994 u 136 ta’ l-2002.
Titolu.
Ħanut Ħieles minn Dazju.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 136 ta’ l-
2002.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"ħanut ħieles minn dazju" tfisser dawk il-faċilitajiet f’inhawi
approvati mill-Kontrullur, liema faċilitajiet bħal dawk, skond
liċenza maħruġa mill-imsemmi Kontrullur, huma wżati biex fih
jinżammu provvisti ta’ oġġetti għal bejgħ lil passiggieri intitolati li
jkunu ser jsiefru u li jkunu ġejjin minn barra ġewwa ajruport jew
port tal-baħar;
"Kontrullur" tfisser il-Kontrullur tad-Dwana u tinkludi kull
persuna awtorizzata minnu biex taġixxi f’ismu għall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
"operatur" tfisser il-persuna awtorizzata mill-Kontrullur biex
tmexxi ħanut ħieles minn dazju ġewwa ajruport jew port tal-baħar;
"passiġġieri intitolati" tfisser persuni li jkunu ser jitilgħu abbord
inġenju ta’ l-ajru jew tal-baħar għal destinazzjoni barra minn Malta
jew persuni li jaslu minn post li jkun barra minn Malta, iżda ma
tinkludix membri ta’ l-ekwipaġġ ta’ dawn l-inġenji ħlief meta dawn
jivvjaġġaw mingħajr uniformi u/jew bħala passiġġieri ordinarji u
kull persuna oħra li fil-fehma tal-Kontrullur ma tkunx intitolata
taħt il-Convention Concerning Customs Facilities for Touring:
Iżda l-Kontrollur jista’ jippermetti x-xiri ta’ oġġetti ħielsa
mid-dazju mill-membri ta’ ekwipaġġi ta’ dawk l-opri tal-baħar li
jkunu ser jitilqu lejn xi destinazzjoni barra minn Malta taħt dawk
il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li huwa jista’ jistabbilixxi sabiex
jiżgura l-kontrolli meħtieġa u jiġi salvagwardjat id-dħul
finanzjarju;
"persuna" tinkludi għaqda jew korp ta’ persuni.
Liċenzi.
Emendat:
A.L. 60 ta’ l-1994.
3. (1) L-operatur għandu jkollu liċenza maħruġa mill-
Kontrullur li turi l-oġġetti li hu jista’ jżomm għall-bejgħ ħielsa
minn dazju, liema liċenza għandu jkun fiha dawk il-kondizzjonijiet
li l-Kontrullur jista’ minn żmien għal żmien jidhirlu xieraq li
jimponi.
(2) Kull liċenza tali ma tibqax tkun valida wara l-31 jum ta’
Diċembru li jiġi minnufih wara d-data tal-ħruġ iżda tista’ tiġi
2 L.S.337.43 ħ ĦANUT ĦIELES MINN DAZJU
mġedda mill-Kontrullur minn sena għal sena:
Iżda l-Kontrullur jista’ f’kull żmien jirrevoka kull liċenza
mogħtija jew imġedda taħt dawn ir-regolamenti.
(3) Jintalab dritt ta’ ħames mitt lira fis-sena pagabbli lill-
Kontrullur fuq l-għoti u kull tiġdid ta’ kull liċenza maħruġa taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti:
Iżda meta jintwera b’mod sodisfaċenti li l-liċenza
kummerċjali tal-Pulizija tkun anqas minn ħames mitt lira fis-sena,
l-ammont tad-dritt pagabbli bis-saħħa ta’ dan ir-regolament tkun
daqs l-ammont tal-liċenza kummerċjali tal-Pulizija.
Provvisti għal 
ħanut ħieles minn 
dazju.
4. (1) L-operatur għandu jikseb il-provvisti tiegħu għall-
ħanut ħieles minn dazju minn maħżen tad-depożt bonded tal-Gvern
jew minn maħżen tad-depożt bonded iddestinat li jkun approvat
mill-Ministru responsabbli għad-dwana.
(2) L-operatur għandu, minnufih u mingħajr dewmien, jgħarraf
lill-uffiċjal xieraq tad-Dwana permezz ta’ nota ta’ konsenja ta’ l-
oġġetti li jkunu ser jiġu rtirati mill-maħżen tad-depożt u trasferiti
fil-ħanut.
(3) L-oriġinal ta’ dan id-dokument għandu jinżamm mill-
uffiċjal tad-Dwana u għall-inqas kopja waħda għandha tinżamm
mill-operatur.
Riċevuti u 
kondizzjonijiet 
għall-bejgħ.
5. (1) Oġġetti ħielsa minn dazju għandhom jinbiegħu lil
passiġġieri intitolati li jkunu ġejjin minn barra jew li jkunu ser
jsiefru.
(2) (a) Għal kull bejgħ ta’ oġġetti ħielsa minn dazju għandha
tinħareġ riċevuta u din għandu jkollha dawk il-
partikolaritajiet li l-Kontrullur jista’ jordna.
(b) Ir-riċevuta għandha titwaħħal mal-pakk speċjali li jkun
fih l-oġġetti ħielsa minn dazju.
(3) L-operatur għandu jbiegħ oġġetti lil passiggieri intitolati li
jkunu ser jsiefru mit-taqsima tad-departures biss tal-ħanut ħieles
minn dazju u lil passiggieri intitolati li jkunu ġejjin minn barra mit-
taqsima ta’ l-arrivals biss tal-ħanut ħieles minn dazju. Bejgħ bħal
dan għandu jsir biss fuq il-preżentazzjoni tad-dokumenti msemmija
fil-liċenza kif maħruġa mill-Kontrullur.
(4) L-oġġetti li jinbiegħu lil kull passiġġier individwali
intitolat li jkun ġej minn barra ma għandhomx jeċċedu l-
konċessjoni normali ta’ ħielsa minn dazju li tingħata lil passiġġieri
li jkunu ġejjin minn barra.
Marki fuq oġġetti 
ħielsa minn dazju.
Sostitwit:
A.L. 60 ta’ l-1994.
6. Il-Kontrullur jista’ jordna li l-oġġetti ħielsa minn dazju
jkollhom fuqhom marki li jfissru dan.
Għoti ta’ oġġetti. 7. (1) Oġġetti ħielsa minn dazju għandhom ikunu mgeżwra
f’pakk speċjali, bħal borża jew kartuna, magħluq b’siġill li
jiddistruġġi lilu nnifsu hekk li l-pakk ma jkunx jista’ jinfetaħ
mingħajr ma tiġri ħsara lill-egħluq.
(2) Il-pakk għandu jkollu bi stampar ċar l-istruzzjonijiet lill-
passiġġier li l-pakkett ma għandux jiġi miftuħ qabel ma l-inġenju
ĦANUT ĦIELES MINN DAZJU ġ L.S.337.43 3
ta’ l-ajru jew tal-baħar ikun telaq minn Malta fil-każ ta’ passiġġieri
intitolati li jkunu ser jsiefru u li l-pakkett ma għandux jiġi miftuħ
qabel ma jiġi eżaminat mid-Dwana fil-każ ta’ passiġġieri intitolati
li jkunu ġejjin minn barra.
Kontroll ta’ ħażniet 
u records li għandu 
jżomm l-operatur.
8. (1) L-operatur għandu jżomm records kontinwi taż-żidiet
mal-ħażniet u tnaqqis minnhom.
(2) Dawn ir-records għandhom jinżammu skond prattika tajba
ta’ accounting għas-sodisfazzjon tal-Kontrullur u b’tali mod li tkun
tista’ tittieħed pożizzjoni tal-ħażniet f’kull żmien determinat.
(3) Il-Kontrullur jista’ jiċċekkja dawn ir-records u jagħmel
f’kull żmien spot checks fiżiċi ta’ l-oġġetti fil-ħażniet.
(4) L-operatur għandu mingħajr dewmien u kull meta jkun
mitlub jgħaddi lill-Kontrullur id-dikjarazzjonijiet ta’ kuljum dwar
iż-żidiet mal-ħażniet u tnaqqis minnhom kif ukoll record tar-
riċevuti tal-bejgħ kollha f’dik il-forma u f’dik l-ordni li huwa jista’
jordna.
Tingħata garanzija 
li tkopri d-dazju 
fuq il-ħażniet.
9. (1) L-operatur għandu jiddepożita mal-Kontrullur somma
li tkun daqs l-ammont ta’ dazju li għandu jitħallas fuq il-kwantità
ta’ oġġetti maħżuna fil-ħanut ħieles minn dazju jew jagħti dik il-
garanzija l-oħra kif il-Kontrullur jista’ jeħtieġ.
(2) L-ammont ta’ kull garanzija li tkun fi flus depożitati jew
f’garanzija bankarja għandu jiġi rikostitwit għall-ammont oriġinali
kull meta xi parti minnu titnaqqas għall-ġbir ta’ xi dazju mitlub taħt
ir-regolament 10 jew xi ammont dovut taħt ir-regolament 11.
Responsabbiltà  
għall-ħlas ta’ dazju 
fuq nuqqasijiet, 
eċċ.
10. Meta l-Kontrullur, fuq eżami minnu ta’ l-oġġetti fil-ħanut
ħieles minn dazju, isib li dawk l-oġġetti jkunu inqas fil-kwantità
minn dawk li għandu jkun hemm fih skond tiżmim xieraq ta’
records tal-ħażniet kif imsemmija fir-regolament 8, huwa għandu
jgħarraf b’dan lill-operatur, u dan ta’ l-aħħar għandu minnufih
iħallas l-ammont ta’ dazju dovut fuq dak li jkun hemm nieqes.
Pieni għal ksur.
Emendat:
A.L. 136 ta’ l-
2002.
11. (1) Kull persuna li tikser jew tonqos milli tħares xi wieħed
minn dawn ir-regolamenti tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab
ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura
Kriminali, pieni li ma jeċċedux multa ta’ mhux iżjed minn mitejn
lira jew ammont daqs tliet darbiet kull dazju u, jew taxxa fuq kull
oġġett li dwaru jkun sar ir-reat, liema jkun l-akbar jew priġunerija
għal mhux iżjed minn tliet xhur jew dik il-multa u dik il-priġunerija
flimkien.
(2) Kull riferenza fis-subregolament (1) għal persuna għandha
titqies ukoll bħala riferenza għal kull kumpannija, għaqda jew korp
ieħor ta’ persuni, kemm jekk ikollhom personalità  ġuridika kemm
jekk le.
(3) Meta reat taħt is-subregolament (1) isir minn kumpannija,
għaqda jew korp ta’ persuni, kull persuna li, fiż-żmien ta’ l-egħmil
tar-reat, kienet direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor
simili ta’ dik il-kumpannija, għaqda jew korp ta’ persuni jew kienet
tidher li qed taġixxi f’dik il-kariga tkun ħatja ta’ dak ir-reat jekk ma
tippruvax li r-reat sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li eżerċitat id-
diliġenza kollha xierqa biex tevita l-egħmil tar-reat:
4 L.S.337.43 ħ ĦANUT ĦIELES MINN DAZJU
Iżda ma tistax tinsab ħatja ta’ l-istess reat taħt dan is-
subregolament iktar minn persuna waħda.
Spezzjonijiet. 12. Kull uffiċjal tad-Dwana jista’, f’kull żmien, jidħol fil-
ħanut ħieles minn dazju għal kull għan li għandu x’jaqsam ma’
dawn ir-regolamenti.
Spezzjonijiet, eċċ., 
isiru mingħajr ħlas.
13. Għall-fini ta’ kull żjara jew spezzjon mitluba, meħtieġa
jew li jistgħu isiru skond dawn ir-regolamenti, is-servizzi ta’
uffiċjali tad-Dwana jingħataw mingħajr ħlas suġġett għall-
approvazzjoni tal-Kontrullur.
