INFORMAZZJONI GĦAL KLASSIFIKA 
OBBLIGATORJA QABEL ID-DĦUL F’MALTA ġ L.S.337.44 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.44
REGOLAMENTI DWAR INFORMAZZJONI
GĦAL KLASSIFIKA OBBLIGATORJA
QABEL ID-DĦUL F’MALTA
14 ta’ April, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 66 ta’ l-2000.
Titolu.
Informazzjoni għal Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta.
Ħruġ ta’ 
informazzjoni għal 
Klassifika 
Obbligatorja qabel 
id-dħul f’Malta.
2. Il-Kontrullur tad-Dwana għandu joħroġ Informazzjoni għal
Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta, skond il-proċeduri u
l-kondizzjonijiet stipulati fl-Ewwel Skeda fuq il-formola adatta li
tidher fit-Tieni Skeda.
Formola ta’ 
applikazzjoni.
3. L-applikazzjonijiet għal Informazzjoni għal Klassifika
Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta għandhom jiġu ppreżentati fuq
il-formola adatta li tidher fit-Tieni Skeda.
2 L.S.337.43 ħ
INFORMAZZJONI GĦAL KLASSIFIKA 
OBBLIGATORJA QABEL ID-DĦUL F’MALTA
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 2)
1. Il-Kontrullur tad-Dwana għandu joħroġ Informazzjoni għall-Klassifika
Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta fuq talba bil-miktub li tiġi ppreżentata mill-
applikant fuq il-formola adatta. Għandha tintuża formola separata għall-
applikazzjoni għal kull prodott li dwaru tintalab Klassifika Obbligatorja qabel id-
Dħul f’Malta.
2. L-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata bil-miktub lill-applikant kemm
jista’ jkun malajr iżda mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data ta’ l-applikazzjoni.
3. L-Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta
għandha tkun torbot lill-awtoritajiet tad-Dwana għar-rigward tad-detentur ta’ l-
informazzjoni biss dwar il-klassifika ta’ oġġetti għat-tariffa.
4. L-Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta
għandha tkun torbot lill-awtoritajiet tad-Dwana biss dwar oġġetti li dwarhom ikunu
ntemmu l-formalitajiet tad-Dwana wara d-data meta tkun ingħatat l-informazzjoni.
L-informazzjoni hekk mogħtija ma timponi ebda obbligi fuq l-awtoritajiet tad-
Dwana għar-rigward ta’ formalitajiet tad-Dwana li jiġu kompletati qabel id-data
msemmija.
5. Id-detentur ta’ Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul
f’Malta għandu jġib prova li l-oġġetti importati jkunu jikkorrispondu għalkollox ma’
dawk deskritti fl-Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta.
6. L-Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta
għandha tkun valida għal perjodu ta’ sitt snin minn meta din tinħareġ. Din tiġi
annullata meta tkun imsejsa fuq informazzjoni mhux preċiża jew inkompleta li
tingħata mill-applikant.
7. Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta ma
tibqax iktar valida:
(a) meta din ma tibqax kompatibbli ma’ l-interpretazzjoni tal-Harmonised
Commodity Description and Coding System (HS) jew minħabba f’xi
fehma dwar il-klassifika jew xi emenda fin-Noti Spjegattivi għall-HS
adottati mill-Organizzazzjoni tad-Dwana Dinjija; f’dak il-każ id-data
meta l-Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul
f’Malta tieqaf milli tkun valida tkun id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawk
il-miżuri;
(b) meta d-detentur jiġi avżat bl-irtirar, bir-revoka u bl-emenda relattivi
minħabba f’iktar dettalji li jkunu inkisbu u li jolqtu dik l-Informazzjoni
għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta.
8. Id-detentur ta’ Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul
f’Malta li ma tibqax iktar valida skond ma hemm fil-paragrafu 7 xorta jista’ juża dik
l-informazzjoni għal perjodu ta’ sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni jew ta’ l-avviż
sakemm ikun ikkonkluda kuntratt obbligatorju għax-xiri ta’ l-oġġett involuti, kif
imsejjes fuq l-Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta
maħruġa qabel ma tkun ġiet adottata dik il-miżura ta’ klassifika għat-tariffa. L-
awtoritajiet tad-Dwana jistgħu jestendu l-perjodu ta’ sitt xhur kulmeta jinħass li dan
ikun meħtieġ u xieraq biex id-detentur ikun kapaċi jikkompleta kuntratti obbligatorji
li jkun huwa għamel kif imsejsa fuq l-Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja
qabel id-Dħul f’Malta.
9. Il-klassifika f’Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul
INFORMAZZJONI GĦAL KLASSIFIKA 
OBBLIGATORJA QABEL ID-DĦUL F’MALTA ġ L.S.337.44 3
f’Malta tista’ tiġi applikata, bil-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 8, biss bil-għan
li jiġu kompletati dokumenti ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni.
10. L-Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta tiġi
pprovduta mingħajr ebda ħlas. Madankollu, meta d-Dipartiment tad-Dwana jagħmel
xi spejjeż fl-analiżi jew fil-kisba ta’ parir ta’ esperti, dawk l-ispejjeż għandhom jiġu
mħallsa mill-applikant.
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 3)
FORMOLA BPCI 01
DIPARTIMENT TAD-DWANA
INFORMAZZJONI GĦAL KLASSIFIKA OBBLIGATORJA QABEL ID-DĦUL 
F’MALTA
l. Riferenza BPCI: 2. Data tal-bidu tal-validità :
3. Detentur (isem u indirizz): 4. Klassifika ta’ oġġetti fin-Nomenklatura
tad-Dwana:
Avviż Importanti
Din il-BPCI tibqa’ valida għal perijodu ta’ sitt
snin mid-data tal-bidu tal-validità  tagħha.
L-informazzjoni pprovduta tiġi maħżuna
f’data base li jinsab għand id-Dipartiment tad-
Dwana.
Id-detentur ikollu dritt jappella kontra din il-
BPCI.
5. Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti:
6. Denominazzjoni kummerċjali u informazzjoni addizzjonali (konfidenzjali):
7. Ġustifikazzjoni għall-klassifika ta’ l-oġġetti:
8. Din il-BPCI nħarġet kif imsejsa fuq dan il-materjal li ġie pprovdut mill-applikant:
Deskrizzjoni þ Brochures þ Ritratti þ Kampjuni þ Oħrajn þ
DataFirma Timbru
4 L.S.337.43 ħ
INFORMAZZJONI GĦAL KLASSIFIKA 
OBBLIGATORJA QABEL ID-DĦUL F’MALTA
FORMOLA BPCI 02
APPLIKAZZJONI LID-DIPARTIMENT TAD-DWANA
GĦAL INFORMAZZJONI GĦAL KLASSIFIKA OBBLIGATORJA QABEL ID-
DĦUL F’MALTA
(jekk jogħġbok aqra n-noti fuq wara qabel ma timla din il-formola)
NOTI FUQ KIF TIMTELA L-FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI
Kull kaxxa għandha timtela bil-linka sewda u b'ittri kapitali. Applikazzjonijiet
għal Informazzjoni għall-Klassifika Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta għandhom
isiru biss għar-rigward ta’ operazzjonijiet kummer‘jali li jkunu proposti u għandu
jkun fihom il-partikolaritajiet meħtieġa kollha sabiex tittieħed deċiżjoni dwar
l. Applikant: (Isem u indirizz sħiħ) 2. Detentur intiż tal-BPCI:
(Isem u indirizz sħiħ)
(Biss jekk dan hu differenti mill-Kaxxa 1)
3. Deskrizzjoni ta’ l-Oġġetti:
(Ara wkoll il-Kaxxa 4)
4. Kompożizzjoni ta’ Oġġetti:
(Ara n-nota fuq wara)
5. Informazzjoni li qed tintehmeż biex tgħin fil-klassifika tat-tariffi ta’ l-oġġetti:
(immarka "X")*:
Kampjuni þ Ritratti þ Dijagrammi þ Brochures þ Oħrajn þ
*Indika kull partikular li dwaru qed tigi pretiża l-konfidenzjalità
6. Klassifika mistennija mill-applikant: Kodiċi ta’ Nomenklatura Nru.: ....................
7. Qatt qabel importajt/esportajt oġġetti simili jew identiċi'
Iva þ Le þ (immarka "X")
Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji .......................................................................
Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din l-applikazzjoni hija sa fejn naf jien waħda
vera u kompleta.
Naqbel li nipprovdi traduzzjoni ta’ kull dokument li jista’ jiġi hekk mitlub, u naqbel li l-
informazzjoni pprovduta, ħlief għal dawk il-partikolaritajiet li ġew indikati bħala
konfidenzjali, għandhom jiġu maħżuna fuq data base li għandu d-Dipartiment tad-Dwana u li
dawn jintużaw għall-għanijiet tar-Regolamenti dwar Informazzjoni għall-Klassifika
Obbligatorja qabel id-Dħul f’Malta.
Isem: ................................................ Firma: ................................. Data: ..........................
(ITTRI KAPITALI)
Telefon: .................................................. Fax: ..................................................................
INFORMAZZJONI GĦAL KLASSIFIKA 
OBBLIGATORJA QABEL ID-DĦUL F’MALTA ġ L.S.337.44 5
klassifika. Applikazzjoni għandha tkun għar-rigward biss ta’ tip wieħed ta’ oġġetti,
bħalma huma oġġetti prodotti jew artikoli li jirrelataw għal kodiċi ta' nomenklatura
tad-Dwana uniku.
Il-formola ta’ l-applikazzjoni mimlija flimkien ma’ kull kampjun mehmuż, eċċ.,
għandha tintbagħat lill-Kumitat dwar il-Klassifika ta’ Tariffi, Dipartiment tad-
Dwana.
KONFIDENZJALITÀ : Għar-rigward tal-kaxxi 3, 4 u 5 b’mod partikolari, kull
informazzjoni pprovduta li għandha tiġi ttrattata bħala waħda konfidenzjali għandha
tiġi indikata b’mod ċar.
Kaxxa 1: L-applikant jista’ jkun l-importatur attwali jew l-esportatur jew l-
aġent. Jekk l-applikant ikun aġent, għandha timtela wkoll il-Kaxxa 2
għar-rigward tad-detentur imsemmi.
Kaxxa 3: Din id-deskrizzjoni għandha tkun dettaljata biżżejjed sabiex l-oġġetti
jkunu jistgħu jiġu identifikati u kklassifikati fin-nomenklatura tad-
Dwana. Uża iktar karti jekk tkun trid tkompli tikteb iktar informazzjoni.
Kaxxa 4: In-nomenklatura tad-Dwana xi daqqiet ikollha sottodiviżjonijiet, bħal
fil-każ ta’ prodotti agrikoli skond il-kompożizzjoni perċentwali ta’ l-
oġġetti. F’każijiet bħal dawn id-diviżjoni perċentwali għandha tintwera
hawnhekk. Dan jista’ jkun japplika wkoll għal oġġetti li jkunu jeħtieġu
analiżi fil-laboratorju.
Uża iktar karti jekk tkun trid tkompli tikteb iktar dettalji dwar il-
kompożizzjoni.
Kaxxa 5: Ritratti, kampjuni, letteratura, eċċ, li jgħinu fil-klassifika tal-prodott
għandhom jintehmżu ma’ l-applikazzjoni.
Kaxxa 6: Kodici ta’ nomenklatura tfisser il-kodiċi b’għaxar ċifri tat-Tariffa tad-
Dwana ta’ Malta u kull nomenklatura oħra, bħalma hi n-Nomenklatura
Kombinata ta’ l-Unjoni Ewropea. L-applikant jista’ jesprimi ruħu dwar
kif jaħseb li għandha tkun il-klassifika tan-nomenklatura li tapplika
għall-oġġetti involuti.
Kaxxa 7: Għandha hawn tingħata indikazzjoni dwar jekk l-applikant jew id-
detentur propost ikunx qabel importa jew esporta oġġetti identiċi jew
simili. Għandhom jiġu inklużi wkoll dettalji dwar dik l-operazzjoni
kummerċjali.
