BEJGĦ B’IRKANT PUBBLIKU ġ L.S.342.01 1
Kap. 328.
REGOLAMENTI DWAR BEJGĦ B’IRKANT 
PUBBLIKU
1 ta’ Ġunju, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 69 ta’ l-1991.
Titolu.
Bejgħ b’Irkant Pubbliku.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 342.
"bejjiegħ" tfisser is-sid ta’ partita offerta għall-bejgħ f’irkanti;
Kap. 339.
"Bibljotekarju" tfisser il-Bibljotekarju imsemmi fl-artikolu 3 ta’
l-Att dwar l-Arkivji Nazzjonali, li hu Kuratur ta’ l-Arkivji
Nazzjonali;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-kummerċ u
tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull persuna awtorizzata
mill-Ministru f’dak ir-rigward għal kull għan ta’ dawn ir-
regolamenti;
"oġġett antik" u "irkantatur" għandhom l-istess tifsir kif mogħti
lilhom fl-artikolu 2 ta’ l-Att, u "irkantar" tfisser il-kummerċ ta’
irkant organizzat minn irkantatur;
"partita" tfisser oġġett wieħed, jew iktar minn oġġett wieħed
aggruppati flimkien, maħsuba għall-bejgħ f’irkant;
"prezz riservat" tfisser l-inqas prezz li taħtu bejjiegħ ma jkunx
jixtieq ibiegħ partita u li jkun għarraf bih lill-irkantatur;
"xerrej" tfisser min jixtri partita f’irkant.
Meta l-irkantatur 
jirċievi l-oġġetti.
3. (1) Irkantatur għandu joħroġ irċevuta ffirmata lil bejjiegħ
għal partiti riċevuti minnu għall-bejgħ bl-irkant.
(2)‘L-irċevuta msemmija fis-subregolament (1) għandu jkollha
dan it-tagħrif li ġej:
(a) l-isem, kunjom u indirizz ta’ l-irkantatur u/jew l-isem
tal-kumpannija jew tas-soċjetà  li f’isimha l-irkantatur
ikun qiegħed jikkummerċja u l-isem, kunjom u indirizz
tal-bejjiegħ;
(b) deskrizzjoni ta’ kull partita;
(ċ) il-prezz riservat, jekk ikun il-każ;
(d) id-dritt ta’ l-inkantatur u kull dritt għall-ħżin jew dritt
ieħor u kummissjonijiet mitluba mill-irkantatur lill-
bejjiegħ;
(e) l-ammont, jekk ikun il-każ, li l-bejjiegħ għandu jħallas
lill-irkantatur jekk il-bejjiegħ jieħu lura l-partita jew
jekk il-partita ma tinbiegħx;
2 L.S.342.01 ħ BEJGĦ B’IRKANT PUBBLIKU
(f) kull kondizzjoni oħra rigward l-irkant li l-bejjiegħ u l-
irkantatur jistgħu jaqblu dwarha.
(3) Irkantatur jista’ jirrifjuta li jaċċetta partita għall-bejgħ
f’irkant.
Katalogu. 4. (1) Għal kull irkant li irkantatur ikun ser jagħmel, huwa
għandu jippubblika katalogu tal-partiti li jkunu ser jiġu irkantati.
(2) Fil-katalogu imsemmi fis-subregolament (1) għandu jkun
hemm dan it-tagħrif li ġej:
(a) isem l-irkantatur u/jew isem id-ditta jew soċjetà  li l-
irkantatur jkun qiegħed jikkummerċja f’isimha u l-
indirizz ta’ l-uffiċċju tiegħu;
(b) il-post fejn ikun ser isir l-irkant;
(ċ) id-dati u l-ħinijiet għall-wiri tal-partiti fl-irkant u d-
dati u l-ħinijiet ta’ l-irkant;
(d) il-partiti li għandhom jiġu irkantati għal kull jum ta’ l-
irkant;
Kap. 364.
(e) il-kondizzjonijiet ta’ l-irkant u d-drittijiet dovuti li
jitħallsu fl-irkant mix-xerrej ta’ partita b’żieda mal-
prezz tax-xiri u ħlasijiet oħra permessi jew imposti
b’liġi, magħduda t-taxxa imposta bl-Att dwar it-Taxxa
fuq Dokumenti u Trasferimenti;
(f) id-depożitu li għandu jsir minn xerrej;
(g) lista ta’ partita wara l-oħra li tagħti deskrizzjoni
korretta ta’ kull partita fl-irkant;
(h) dawk il-partiti li jkollhom prezz riservat, li taħtu il-
bejjiegħ ma jkunx jixtieq ibiegħ il-partiti, għandhom
ikunu markati b’asterisk fil-katalogu;
(i) kull partita li tkun proprjetà  ta’ l-irkantatur;
(j) il-prezz tal-katalogu.
(3) Il-katalogi għandhom ikunu disponibbli għall-bejgħ fil-
post fejn ikun ser isir l-irkant fil-jiem stabbiliti għall-wiri tal-partiti
fl-irkant u fil-jiem ta’ l-irkant.
(4) Kopja tal-katalogu għandha wkoll tiġi esibita f’imkien
prominenti għall-wiri pubbliku f’kull kamra tal-bini fejn ikun
qiegħed isir l-irkant.
Avviżi pubbliċi. 5. (1) Irkantatur għandu jippubblika f’mill-inqas żewġ
ġurnali ta’ kuljum il-ħin u d-dati tal-post fejn isir il-wiri u l-irkant
flimkien ma’ deskrizzjoni ġenerali tal-partiti fl-irkant.
(2) Dik il-pubblikazzjoni għandha ssir mill-inqas jum sħiħ
qabel l-ewwel jum tal-wiri.
Wiri. 6. (1) F’kull jum tal-wiri irkantatur għandu jippermetti mill-
inqas sagħtejn għall-wiri tal-partiti fl-irkant.
(2) Ebda oġġett ma jista’ jiġi irtirat mill-irkant sew mill-
irkantatur jew mill-bejjiegħ f’xi ħin wara l-bidu taż-żmien għall-
wiri tal-pubbliku.
(3) Ma għandu jintalab ebda dritt mill-irkantatur jew minn xi
BEJGĦ B’IRKANT PUBBLIKU ġ L.S.342.01 3
ħadd ieħor għad-dħul fil-post fejn isir l-irkant sew fil-jiem tal-wiri
jew fil-jiem ta’ l-irkant.
L-irkant.
katalogu imsemmi fir-regolament 4:
Iżda meta l-irkant ikun ser jitmexxa minn irkantatur li ma
jkunx l-irkantatur avżat fil-katalogu, għandu jingħata avviż dwar
dan lill-pubbliku li jkun qiegħed jattendi għall-irkant fil-bidu ta’ l-
irkant f’kull jum tal-jiem ta’ l-irkant u avviż bil-miktub dwar din l-
istess sostituzzjoni għandu jintwera b’mod prominenti fil-post fejn
ikun qed isir l-irkant matul il-jiem ta’ l-irkant.
(2) Irkantatur għandu jirkanta l-partiti kollha li jidhru fil-
katalogu fl-ordni hemm indikat.
(3) Irkantatur għandu jidentifika kull partita li tkun ser tiġi
irkantata permezz tan-numru tal-partita u deskrizzjoni tal-partita
kif indikata b’mod ġeneriku fil-katalogu ta’ l-irkant.
(4) Irkantatur ma għandux joffri prezz la f’ismu w anqas
permezz ta’ ħaddieħor li jkun qed jaġixxi għalih, u irkantatur ma
għandu b’ebda mod jixtri partiti f’irkant li jkun qiegħed imexxi hu
stess.
(5) Irkantatur ma għandux joffri prezz jew jixtri, b’mod dirett
jew indirett, fl-irkantijet tiegħu għal xi ħadd ieħor.
(6) Irkantatur ma ghandux jagħti każ ta’ offerta ta’ prezz
sakemm din ma ssirx b’mod ċar u pubbliku.
(7) Irkantatur ma għandux itella’ l-prezz ta’ partita qabel ma
ssir offerta ta’ prezz ogħla u ġenwina minn persuna li toffri.
(8) Irkantatur għandu jaqtagħha dwar partita jekk, wara li
jtenni l-aħħar offerta għal tliet darbiet, ma jsirux aktar offerti.
(9) Irkantatur għandu jew jassenja l-partita lill-persuna li
tagħmel l-ogħla offerta l-aħħar, jew inkella, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tar-regolament 8, ineħħi dik il-partita mill-irkant
billi jiddikjaraha li tkun inxtrat akkont tas-sid.
Prezz riservat.
irkantatur ma għandux jiddikjaraha bħala mibjugħa jekk ma tkun
saret ebda offerta li tkun mill-inqas tilħaq il-prezz riservat.
(2) Meta ma jkunx hemm prezz riservat għal partita u ssir
offerta għal dik il-partita, l-irkantatur ma jistax jirtira dik il-partita
mill-irkant jew jiddikjaraha bħala mixtrija akkont tas-sid.
(3) Ma tistax partita tinxtara akkont tas-sid jekk il-prezz
riservat għaliha ikun daqs l-aħħar offerta jew jinqabeż minnha, u l-
irkantatur ma għandux jiddikjara partita bħala mixtrija akkont tas-
sid jekk tkun saret offerta għaliha li tkun mill-inqas daqs il-prezz
riservat tagħha.
Depożitu u 
riċevuta tax-xerrej.
9. (1) Ix-xerrej jista’ jenħtieġ mill-irkantatur li jagħmel
depożitu għal partita mixtrija minnu, iżda ebda depożitu ma jista’
jaqbeż l-għaxra fil-mija tal-prezz li bih il-partita tkun marret u
ingħatat lix-xerrej.
(2) Depożitu magħmul minn xerrej għandu jittieħed mill-
4 L.S.342.01 ħ BEJGĦ B’IRKANT PUBBLIKU
irkantatur jekk ix-xerrej ma jiġborx il-partita u ma jħallasx il-bilanċ
tal-prezz tax-xiri u d-dritt u l-ħlasijiet dovuti minnu skond ir-
regolament 4(e) sa tmiem it-tieni jum tax-xogħol li jiġi wara l-
aħħar jum ta’ l-irkant.
(3) Mat-teħid ta’ depożitu, li minnu irkantatur għandu jedd
iżomm ammont daqs il-kummissjoni li tinġabar mingħand ix-xerrej
taħt ir-regolament 14, il-bejgħ ta’ partita lil xerrej għandu jitqies li
jkun ġie annullat.
(4) Fil-konsenja ta’ partita lil xerrej, irkantatur għandu jitlob
lix-xerrej sabiex jipprovdilu irċevuta għall-partita.
Dokumenti. 10. (1) Meta irkantatur jkun jiġġestixxi negozju ieħor, l-
irkantar għandu jibqa’ u jitmexxa bħala negozju għalih, u
għandhom jinżammu inkartamenti, kotba, kontijiet u dokumenti
oħra separati kif meħtieġ b’dawn ir-regolamenti jew b’kull Att
ieħor.
(2) Irkantatur għandu jżomm dokumenti li jkunu juru dwar
kull bejgħ b’irkant u dwar il-partiti mibjugħa fih -
(a) id-data jew id-dati ta’ l-irkant;
(b) l-indirizz fejn ikun sar l-irkant;
(ċ) in-numru tal-partita għal kull partita mibjugħa;
(d) l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħa tal-partiti mibjugħa
b’irkant;
(e) l-isem u l-indirizz tax-xerrej ta’ kull partita, jew, fil-
każ ta’ partita li tkun inxtrat akkont tas-sid,
dikjarazzjoni li ssemmi dan;
(f) il-prezz kif tkun marret partita meta tkun inbiegħet.
(3) Għandu irkantatur iżomm kotba ta’ kontijiet li jkunu
konformi mal-prinċipji ta’ konteġġi regolari, kif ukoll dokumenti u
irċevuti maħruġin lil bejjiegħa u miksubin mingħand ix-xerrejja.
(4) Il-kontijiet, dokumenti w irċevuti għandhom jinżammu fl-
uffiċċju prinċipali ta’ l-irkantatur għal mhux inqas minn tliet snin
minn tmiem is-sena kalendarja li fiha jkunu saru l-kontijiet u
nġabru d-dokumenti w irċevuti.
(5) L-obbligu li jinżammu kotba ta’ kontijiet u jiġu konservati
dokumenti skond kull liġi oħra jew regolament ieħor għandu jibqa’
jseħħ.
Setgħat tal-
Ministru.
11. (1) Irkantatur għandu jagħti kull tagħrif meħtieġ mill-
Ministru fi żmien ħmistax-il jum mid-data tan-notifika ta’ talba bil-
miktub lil irkantatur biex jagħti dak it-tagħrif.
(2) Il-Ministru jkollu d-dritt jispezzjona l-kotba tal-kontijiet,
inkartamenti u dokumenti oħra kollha li jinżammu minn irkantatur
fil-fond tiegħu jew imkien ieħor.
Antikitajiet. 12. (1) Għandu irkantatur jinnotifika bil-miktub lid-Direttur
tal-Mużew dwar kull oġġett antik, u lill-Bibljotekarju dwar kull
xogħol stampat, mappa, stampa, manuskritt jew dokument ieħor ta’
importanza bibljografika jew storika, li jkunu ser jiġu irkantati,
mill-inqas sebat ijiem qabel l-ewwel data stabbilita għall-wiri ta’
BEJGĦ B’IRKANT PUBBLIKU ġ L.S.342.01 5
partiti li għandhom jinbiegħu fl-irkant.
(2) Għandu l-irkantatur, flimkien man-notifika bil-miktub
imsemmija fis-subregolament (1), jissupplixxi lid-Direttur tal-
Mużew u, jew, lill-Bibljotekarju b’żewġ kopji kull wieħed tal-
katalogu tal-partiti li għandhom jinbiegħu f’dak l-irkant.
(3) Mhux iktar tard minn jumejn tax-xogħol qabel ma jibda l-
irkant, id-Direttur tal-Mużew u, jew, il-Bibljotekarju jistgħu jagħtu
direttivi lil irkantatur dwar il-bejgħ ta’ oġġett antik li jkun ser jiġi
irkantat, u l-irkantatur għandu jimxi skond dawk id-direttivi.
Ġbir ta’ dritt għall-
ħruġ jew tiġdid ta’ 
liċenza.
13. Għandu jitħallas lid-Direttur tal-Kummerċ, dwar il-ħruġ
jew tiġdid ta’ liċenza taħt l-artikolu 4 ta’ l-Att, dritt ta’ mitt lira
(Lm100) fis-sena jew għal parti minnha.
Kummissjonijiet.
dwar partita li tinbiegħ f’irkant ma għandhomx jaqbżu, dwar -
(a) il-bejjiegħ, 10 fil-mija, u
(b) ix-xerrej, 5 fil-mija, 
tal-prezz li bih partita tmur.
Partita li ma 
tinbiegħx.
15. (1) Meta jiġri li partita ma tinbiegħx billi l-prezz riservat
għaliha ma jkunx intlaħaq f’irkant, irkantatur jista’ jitlob mingħand
il-bejjiegħ dritt li ma jkunx jeċċedi l-kummissjoni tal-bejjiegħ fuq
il-prezz riservat tal-partita.
(2) Irkantatur jista’ jitlob bejjiegħ jiġbor lura partita li ma
tkunx inbiegħet wara li jgħaddu sebat ijiem minn notifika ta’ avvż
bil-miktub biex iwettaq dan.
(3) Fil-każ li l-bejjiegħ ma jiġborx il-partita li ma tkunx
inbiegħet fi żmien xahar minn dak l-avviż, irkantatur ikollu jedd
jirkanta l-partita mingħajr ma jagħti każ tal-prezz riservat, jekk il-
partita jkollha wieħed, u għandu jħallas lill-bejjiegħ il-qligħ
miksub minn dak il-bejgħ wara li jitnaqqsu l-kummissjonijiet u l-
ħlasijiet dovuti lill-irkantatur.
(4) Fil-każ li bejjiegħ ma jiġborx partita li ma tinbiegħx wara
li jingħatalu avvż bil-miktub mill-irkantatur dwar dan, l-irkantatur
ikollu l-jedd ukoll li jitlob mingħand il-bejjiegħ dritt għall-ħżin
b’seħħ minn ġurnata li tiġi ħmistax-il jum wara l-jum tan-notifika
ta’ l-avviż, u dak id-dritt għall-ħżin ma għandux jeċċedi ħamsa fil-
mija tal-kummissjoni tal-bejjiegħ dwar kull żmien ta’ ħażna ta’
xahar jew parti minnu.
Dritt għat-teħid 
lura.
16. Jekk partita tittieħed lura mill-bejjiegħ wara li din tkun
iddaħħlet f’katalogu ta’ l-irkant u qabel ma tkun tqegħdet għall-
wiri tal-pubbliku, l-irkantatur ikollu jedd jitlob lil bejjiegħ dritt li,
fil-każ li jkun ġie stabbilit prezz riservat, ma jkunx jeċċedi in-nofs
tal-kummissjoni tal-bejjiegħ.
Ħlas lill-bejjiegħ.
għandu jħallas lil bejjiegħ ta’ partita il-qligħ miksub mill-bejgħ tal-
partita wara li jitnaqqsu d-drittijiet u l-kummissjonijiet dovuti lilu.
Kwalifiki ta’ l-
irkantaturi.
18. (1) Sabiex persuna tikkwalifika għall-ħruġ ta’ liċenza biex
tagħmilha ta’ irkantatur, hija għandha -
(a) tkun ċittadin ta’ Malta;
6 L.S.342.01 ħ BEJGĦ B’IRKANT PUBBLIKU
(b) ikollha mhux inqas minn tmintax-il sena; u
(ċ) tkun ta’ karattru morali tajjeb u ma tkunx instabet
ħatja ta’ att kriminali li għandu x’jaqsam mal-frodi jew
approprjazzjoni bla jedd ta’ flus jew oġġetti oħra.
(2) Persuna kwalifikata skond is-subregolament (1) għandha
wkoll tissodisfa lill-Bord ta’ Eżaminaturi li jitwaqqaf minn żmien
għal żmien mill-Ministru sabiex iqis -
(a) il-kapaċità  tagħha li tivvaluta xogħolijiet ta’ l-arti u
oġġetti antiki b’riferenza speċjali għall-patrimonju
nazzjonali;
(b) il-konoxxenza tiegħu ta’:
(i) leġislazzjoni u proċeduri dwar l-irkantar;
(ii) liġijiet u regolamenti dwar oġġetti antiki; u
(iii) prattika kummerċjali ġenerali:
Iżda dan ir-regolament ma japplikax għal irkantaturi li
jkollhom liċenza rilevanti, valida w uffiċjali qabel l-1 ta’ Ġunju,
1991, u għal dawk il-persuni li jkunu kkummerċjaw kontinwament
u esklużivament bħala irkantaturi matul żmien ta’ ħames snin
minnufih qabel l-1 ta’ Ġunju, 1991.
