PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
TAL-MASTRUDAXXI - PROĠETT NRU. 1 ġ L.S.343.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.01
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA TAL-
MASTRUDAXXI - PROĠETT NRU. 1
2 ta’ Mejju, 1952
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 213 ta’ l-1952, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 114 u 523 ta’ l-1953, u 209 ta’ l-1957, bl-Att
XLIV ta’ l-1965, u bl-Avviżi Legali 32 ta’ l-1967, 119 ta’ l-1969, 47 u 77
ta’ l-1970, 124 ta’ l-1976, 61 u 86 ta’ l-1977, 51 ta’ l-1978 u 80 ta’ l-1979.
Titolu.
Mastrudaxxi - Proġett Nru. 1.
Tifsir.
Kap. 343.
2. F’dan il-proġett, ħlief jekk ir-rabta tal-kliem ma titlobx
xort’oħra, il-kliem u l-espressjonijiet użati għandhom ikollhom l-
istess tifsiriet bħal dawk mogħtijin lilhom fl-Att dwar is-Servizzi
ta’ Impieg u Taħriġ.
Applikabilità .
cabinet-maker f’kull fabbrika.
Impieg bħala 
apprendista.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 51 ta’ l-1978.
4. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat jew ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-Kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’.
Proċessi li jiġu 
mgħallma.
5. Il-prinċipali li jimpjegaw apprendisti skond dan il-proġett
għandhom jintrabtu li jgħallmuhom u jagħtuhom faċilitajiet biex
jitgħallmu dawn il-proċessi:
(a) Joiner - isserrar, inċanar, taħfir, minċottjar u tagħqid
ta’ l-injam bl-idejn u/jew bil-makni użati fis-sengħa;
il-kura tal-makni u/jew għodda; kif jgħarrfu l-injam bl-
isem tiegħu; kif jagħtu l-istain u l-primitura; kif
jagħmlu twieqi, bibien, armarji, kaxex u ħwejjeġ oħra
f’din il-linja; kif jagħmlu d-disinji meħtieġa u kif
wieħed ikun jista’ jaħdem minn fuq dawn id-disinji; il-
prekawzjonijiet biex wieħed ma jkorrix;
(b) Cabinet-maker - is-serrar ta’ njam artab u iebes,
inċanar, taħfir, minċottjar, tagħqid ta’ l-injam u xogħol
ta’ gwarniċi sempliċi bl-idejn u/jew bil-makni użati
fis-sengħa; il-kura tal-makni u/jew għodda; kif jgħarfu
l-injam bl-isem tiegħu; kif jagħtu l-istain u l-primitura;
kif jagħmlu armarji, gradenzi, imwejjed, siġġijiet,
għamara tal-kamra tas-sodda u xogħol ieħor ta’
għamara; l-istorju u l-istili ta’ l-għamara; kif jirfinaw u
jillustraw; kif jagħmlu d-disinji meħtieġa u kif wieħed
ikun jista’ jaħdem minn fuq dawn id-disinji; il-
prekawzjonijiet biex wieħed ma jkorrix.
2 L.S.343.01 ħ
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
TAL-MASTRUDAXXI - PROĠETT NRU. 1
Żmien ta’ 
apprendistat.
Emendat:
XLIV. 1965.4;
A.L. 119 ta’ l-
1969.
6. Iż-żmien li wieħed idum apprendista għandu jkun sitt snin:
Iżda għandhom jitnaqqsu sitt xhur minn dan iż-żmien, sa
tnaqqis b’kollox ta’ mhux iżjed minn sentejn, għal:
(i) kull sena attendenza mill-apprendista prospettiv
wara li jkun laħaq l-età  ta’ tnax-il sena f’kors ta’
mastrudaxxa fi skola teknika ta’ bin-nhar tal-
Gvern, fl-Istitut ta’ San Ġużepp, il-Ħamrun, jew
f’xi skola jew istitut ieħor tekniku jew tas-
sengħa ta’ l-istess grad approvati mill-Ministru,
u jekk din l-attendenza tkun iċċertifikata bħala
sodisfaċenti mid-direttur ta’ l-iskola jew istitut li
jkun; u
(ii) kull sengħa ta’ tagħlim f’waħda mis-snajja’ ta’
joiner jew cabinet-maker li jkun għamel l-
apprendista prospettiv bil-permess tad-Direttur:
Iżda dwar dawk il-kuntratti ta’ taħriġ li jsiru wara l-ewwel
ta’ Jannar, 1970, minflok il-kliem "sitt snin" kull fejn jinsabu f’dan
l-artikolu għandhom jidħlu l-kliem "ħames snin".
Apprendistat 
f’sengħa waħda.
7. Min ikun lesta mit-tagħlim tiegħu ta’ apprendista f’sengħa
waħda jkun ikkreditat b’erba’ snin favur iż-żmien ta’ tagħlim bħala
apprendista li jagħmel wara għal dawk li huma s-snajja’ oħra li
jinsabu f’dan il-proġett.
Pagi.
Emendat:
N.G. 523 ta’ l-
1953.
Sostitwit:
N.G. 209 ta’ l-
1957;
A.L. 32 ta’ l-1967;
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
8. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
Ħinijiet ta’ xogħol.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Sostitwit:
A.L. 47 ta’ l-1970.
9. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin-
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu - ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 10.55,0
It-Tieni Lm 12.55,0
It-Tielet Lm 14.56,0
Ir-Raba’ Lm 16.57,0
Il-Ħames Lm 18.57,0.
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
TAL-MASTRUDAXXI - PROĠETT NRU. 1 ġ L.S.343.01 3
Sahra.
Sostitwit:
N.G. 209 ta’ l-
1957.
10. Ir-rati tal-pagi speċifikati fl-artikolu 8 għandhom jitqiesu
għall-ġimgħa ta’ tmienja u erbgħin (48) siegħa xogħol, esklużi l-
ħinijiet tas-saħra u l-waqfiet għall-ikel u l-mistrieħ. Is-sahra
għandha titħallas kif ġej:
(a) għal xogħol li jiskorri disa’ (9) sigħat f’ġurnata waħda
- ħin u nofs;
(b) għal xogħol li jiskorri tmienja u erbgħin siegħa
f’ġimgħa waħda li ma jkunx jinkludi xi ħin imħallas
bir-rati ta’ sahra - ħin u nofs:
Iżda f’ġimgħa li tinkludi festa ta’ l-obbligu, il-Ħimgħa l-
Kbira jew it-8 ta’ Settembru, is-sahra titħallas bil-ħin u nofs għal
xogħol li jiskorri erbgħin (40) siegħa bla ma jitqies kull ħin
imħallas bir-rati tas-sahra.
Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu ħin u nofs tfisser darba u
nofs ir-rati li jitħallsu lill-apprendisti.
Klassijiet.
Emendat:
N.G. 114 ta’ l-
1953;
N.G. 209 ta’ l-
1957.
11. Il-prinċipal għandu jagħti lil kull apprendista impjegat
minnu skond dan il-proġett il-faċilitajiet biex matul iż-żmien li fih
ikun apprendista huwa jkun jista’ jattendi dawk il-klassijiet li jista’
jordna l-Ministru b’ordni. Dawn il-klassijiet ma għandhomx jieħdu
iżjed minn għaxar sigħat kull ġimgħa, u jekk dawn il-klassijiet isiru
matul il-ħinijiet ordinarji tax-xogħol dawn il-ħinijiet għandhom
jitqiesu bħala ħinijiet ta’ l-impieg għall-finijiet tal-ħlas tal-pagi.
L-apprendista jkun obbligat li jattendi l-klassijiet kollha
ordnati kif jingħad hawn qabel. Jekk huwa jonqos li jmur f’xi
ġurnata mingħajr raġuni ġusta, il-prinċipal ikollu d-dritt li jnaqqas
mill-pagi ta’ l-apprendista daqs minn tnax waħda tar-rata fil-
ġimgħa għal kull ġurnata assenza.
Żmien ta’ mistrieħ.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 80 ta’ l-1979.
12. Apprendisti għandhom jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ
f’kull ġimgħa kalendarja.
Leave ta’ vaganza.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Sostitwit:
A.L. 77 ta’ l-1970;
A.L. 86 ta’ l-1977.
13. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħal b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax xogħol
matul perijodu ta’ erba ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
4 L.S.343.01 ħ
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
TAL-MASTRUDAXXI - PROĠETT NRU. 1
Permess għal mard 
b’paga sħiħa.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Kap. 318.
14. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal għoxrin ġurnata permess għall-
mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju
għall-mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ permess għall-mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ permess għall-mard bi ħlas.
Permess bi ħlas fil-
każ ta’ mewt.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
15. L-apprendisti jkollhom jumejn permess bi ħlas fil-każ tal-
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
Festi tas-soltu.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
16. F’dan il-proġett "festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-
Ħadd) dikjarati għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew
taħt l-Att dwar il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
17. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
