PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
MSEJĦA TAL-ĦJATA - PROĠETT NRU. 2 ġ L.S.343.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.02
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA MSEJĦA TAL-
ĦJATA - PROĠETT NRU. 2
2 ta’ Mejju, 1952
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 214 ta’ l-1952, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 114 u 523 ta’ l-1953, u 210 ta’ l-1957, bl-Att
XLIV ta’ l-1965, u bl-Avviżi Legali 32 ta’ l-1967, 119 ta’ l-1969, 47 u 77
ta’ l-1970, 124 ta’ l-1976, 61 u 86 ta’ l-1977, 51 ta’ l-1978 u 80 ta’ l-1979.
Titolu.
msejħa tal-Ħjata - Proġett Nru. 2.
Tifsir.
Kap. 343.
2. F’dan il-proġett, ħlief jekk ir-rabta tal-kliem ma titlobx
xort’oħra, il-kliem u l-espressjonijiet użati għandhom ikollhom l-
istess tifsiriet bħal dawk mogħtijin lilhom fl-Att dwar is-Servizzi
ta’ Impieg u Taħriġ.
Applikabilità .
stabbiliment fejn issir il-ħjata ta’ lbiesi ta’ rġiel u subien.
Impieg bħala 
apprendista.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 51 ta’ l-1978.
4. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat jew ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-Kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’.
Proċessi li jiġu 
mgħallma.
5. Il-prinċipali li jimpjegaw apprendisti skond dan il-proġett
għandhom jintrabtu li jgħallmuhom dawn il-proċessi:
Ġenerali - l-użu tal-labra, tal-ħolqa u ta’ l-imqassijiet
tat-tifsil; kif jingħarfu l-partijiet mill-ilbies differenti;
ponti, li huma: pont tal-makna maħdum bl-idejn, pont
dritt, pont lura u ’l quddiem, soprapont, pont ta’ l-
irbattir, pont xewka, pont tat-trapuntar, puntaturi, pont
tat-tixlil, pont tas-sarsir, pont ta’ l-aċċetti; markar tal-
kmiem, inforor, bwiet, fursetti, patti, orlijiet, sussuni,
bwiet tas-sider; iffurmar ta’ l-ispalel; kif isiru l-
paramenti u x-xfar.
Mogħdija - l-użu tal-ħdejjed, ftuħ tal-ħjatat, mogħdija
tax-xfar, mogħdija tal-bwiet u patti; l-użu tat-tixrib,
tas-sapun u tixrib tad-drapp; xorb u tartir ta’ partijiet
mill-ilbies; mogħdija tal-ħwejjeġ.
Makni tal-hjata - kif tintrama l-makna tal-ħajt; kif tiġi
rregolata t-tensjoni; it-testjar u l-kura tal-makna.
Ħjata tal-qliezet - fursetti, kużakki, kużakki tal-
buttuni, bwiet, remisijiet, sassuni, patti, ħjatat, irfinar
ta’ isfel, ċinet, piegi, twaħħil ta’ buttuni.
Ħjata ta’ sdieri - bwiet, sussuni, tlugħ tax-xfar, spalel,
inforor, bwiet ta’ ġewwa, dentijiet, kmiem tas-sdieri.
Ħjata tal-ġkieket - immarkar, għeluq tas-sussuni,
bwiet, qtugħ u tifsil tal-fursetti, tlugħ ta’ l-inforor,
irfinar tal-quddimin, għenuq u kmiem.
2 L.S.343.02 ħ
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
MSEJĦA TAL-ĦJATA - PROĠETT NRU. 2
Qisien ta’ figuri normali, imżaqqin, fuq in-normali,
taħt in-normali u difetti.
Disinn u tifsil ta’ ħwejjeġ, magħdud it-tqegħid tad-
drapp lixx, irrigat u kwadrat; tqabbil ta’ kwadri;
tqabbil ta’ kwadri fi drapp diffikultuż.
Xogħol ta’ l-ilbiesi - libsa komuni, kompleta,
ikkruċjata u single; ġlekk sports; ġlekk bil-pavri tal-
ħarir; ġlekk qasir għav-vita; u xogħol ieħor ta’ surtun
jew frakk, inkella kapott.
Żmien ta’ 
apprendistat.
Emendat:
XLIV. 1965.4;
A.L. 119 ta’ l-
1969.
6. Iż-żmien li wieħed idum apprendista għandu jkun sitt snin:
Iżda għandhom jitnaqqsu sitt xhur minn dan iż-żmien, sa
tnaqqis b’kollox ta’ mhux iżjed minn sentejn, għal:
(i) kull sena attendenza mill-apprendista prospettiv
wara li jkun laħaq l-età  ta’ tnax-il sena f’kors
kontinwu ta’ ħajjat fl-Iskola tal-Ħjata tal-Gvern
jew f’xi skola jew istitut ieħor ta’ l-istess grad
approvati mill-Ministru, u jekk din l-attendenza
tkun iċċertifikata bħala sodisfaċenti mid-direttur
ta’ l-iskola jew istitut li jkun; u
(ii) kull sengħa ta’ tagħlim fis-sengħa ta’ ħajjat li
jkun għamel l-apprendista prospettiv bil-
permess tad-Direttur:
Iżda dwar dawk il-kuntratti ta’ taħriġ li jsiru wara l-ewwel
ta’ Jannar, 1970, minflok il-kliem "sitt snin" kull fejn jinsabu f’dan
l-artikolu għandhom jidħlu l-kliem "ħames snin".
Pagi.
Sostitwit:
N.G. 110 ta’ l-
1957;
A.L. 32 ta’ l-1967;
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
7. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
Ħinijiet tax-
xogħol.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Sostitwit:
A.L. 47 ta’ l-1970.
8. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li lista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu - ħin doppju.
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 10.55,0
It-Tieni Lm 12.55,0
It-Tielet Lm 14.56,0
Ir-Raba’ Lm 16.57,0
Il-Ħames Lm 18.57,0.
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
MSEJĦA TAL-ĦJATA - PROĠETT NRU. 2 ġ L.S.343.02 3
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Applikabilità  ta’ l-
Att dwar l-Impiegi 
u r-Relazzjonijiet 
Industrijali.
Kap. 452.
9. Ir-rati tal-pagi għal dawk li qegħdin jitrawmu speċifikati
fl-artikolu 7 għandhom jgħoddu suġġetti għal dik id-disposizzjoni
li tista’ ssir aktar ’l quddiem skond l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali.
Klassijiet.
Emendat:
N.G. 114 ta’ l-
1953;
N.G. 210 ta’ l-
1957.
10. Il-prinċipal għandu jagħti lil kull apprendista impjegat
minnu skond dan il-proġett il-faċilitajiet biex matul iż-żmien li fih
ikun apprendista huwa jkun jista’ jattendi dawk il-klassijiet li jista’
jordna l-Ministru b’ordni. Dawn il-klassijiet ma għandhomx jieħdu
iżjed minn medja ta’ tmien sigħat kull ġimgħa, u jekk dawn il-
klassijiet isiru matul il-ħinijiet ordinarji tax-xogħol dawn il-ħinijiet
għandhom jitqiesu bħala ħinijiet ta’ l-impieg għall-finijiet tal-ħlas
tal-pagi.
L-apprendista jkun obbligat li jattendi l-klassijiet kollha
ordnati skond kif imsemmi qabel. Jekk huwa jonqos li jmur f’xi
ġurnata mingħajr raġuni ġusta, il-prinċipal ikollu d-dritt li jagħmel
tnaqqis mill-paga ta’ l-apprendista li jkun ekwivalenti għal wieħed
minn tnax tar-rata ta’ kull ġimgħa dwar kull nofs ta’ nhar li jkun
naqas.
Żmien ta’ mistrieħ.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 80 ta’ l-1979.
11. Apprendisti għandhom jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ
f’kull ġimgħa kalendarja.
Leave ta’ vaganza.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Sostitwit:
A.L. 77 ta’ l-1970;
A.L. 86 ta’ l-1977.
12. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħal b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax xogħol
matul perijodu ta’ erba ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
Permess għal mard 
b’paga sħiħa.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Kap. 318.
13. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal għoxrin ġurnata permess għall-
mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju
għall-mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ permess għall-mard:
4 L.S.343.02 ħ
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
MSEJĦA TAL-ĦJATA - PROĠETT NRU. 2
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ permess għall-mard bi ħlas.
Permess bi ħlas fil-
każ ta’ mewt.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
14. L-apprendisti jkollhom jumejn permess bi ħlas fil-każ tal-
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
Festi tas-soltu.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
15. F’dan il-proġett "festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-
Ħadd) dikjarati għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew
taħt l-Att dwar il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
16. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
