PROĠETT DWAR IS-SENGĦA 
TA’ WEJTER FIL-LUKANDI - PROĠETT NRU. 4 ġ L.S.343.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.03
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ WEJTER
FIL-LUKANDI - PROĠETT NRU. 4
2 ta’ Mejju, 1952
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 524 ta’ l-1952, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 114 ta’ l-1953 u 212 ta’ l-1957, bl-Att XLIV
ta’ l-1965, u bl-Avviżi Legali 32 ta’ l-1967, 119 ta’ l-1969, u 47 u 77 ta’ l-
1970.
Titolu.
Wejter fil-Lukandi - Proġett Nru. 4.
Tifsir.
Kap. 343.
2. F’dan il-proġett, ħlief jekk ir-rabta tal-kliem ma titlobx
xort’oħra, il-kliem u l-espressjonijiet użati għandhom ikollhom l-
istess tifsiriet bħal dawk mogħtijin lilhom fl-Att dwar is-Servizzi
ta’ Impieg u Taħriġ.
Applikabilità .
lukandi, u dan ix-xogħol huwa hawnhekk magħdud b’sengħa skond
it-tifsira u għall-finijiet ta’ l-Att imsemmi.
Impieg bħala 
apprendista.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
4. Ħadd ma jista’ jiġi impjegat bħala apprendista taħt dan il-
proġett kemm-il darba ma tinġiebx prova għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna għandha standard ta’ tagħlim li mill-inqas
ikun daqs dak ta’ persuna li għaddiet mill-Fifth Standard ta’ l-
iskejjel primarji.
Tagħlim tar-rutina 
tas-servizz.
5. Il-prinċipali li jqabbdu apprendisti taħt dan il-proġett
għandhom jintrabtu li jgħallmuhom u li jagħtuhom l-opportunità  li
jitgħallmu kull ħaġa dwar id-dixxiplina u r-rutina kollha tas-servizz
ta’ wejter f’lukanda ta’ l-ewwel klassi, u fost ħwejjeġ oħra:
(i) kif tinfirex il-mejda u li jiġi żgurat illi l-platti,
tazzi u pużati jkunu ndaf u mqegħdin sew;
(ii) kif jittieħdu l-ordnijiet, tittieħed il-kunsinna
mill-kċina u li l-ħwejjeġ jitqiegħdu quddiem il-
klijent kif jixraq;
(iii) tagħrif dwar il-pjetanzi differenti;
(iv) kif l-inbid jiġi servut;
(v) teħid bil-miktub ta’ l-ordnijiet u għemil u
ċċekkjar ta’ kontijiet.
Żmien tat-taħriġ.
f’żewġ taqsimiet, jiġifieri:
(i) fl-ewwel sentejn jitgħallmu d-dmirijiet
komunement imsejħin, fis-sengħa tal-lukandi,
bħala dawk ta’ "debarasseur";
(ii) fis-sentejn ta’ wara jitgħallmu d-dmirijiet
komunement imsejħin, fis-sengħa tal-lukandi,
bħala dawk ta’ "commis".
2 L.S.343.03 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA 
TA’ WEJTER FIL-LUKANDI - PROĠETT NRU. 4
Klassijiet.
Emendat:
N.G. 114 ta’ l-
1953;
N.G. 212 ta’ l-
1957.
7. Il-prinċipali għandhom jagħtu lil kull apprendista impjegat
minnhom taħt dan il-proġett l-opportunità  sabiex imorru, tul żmien
it-taħriġ, għal dawk il-klassijiet ta’ tagħlim illi l-Ministru jista’,
b’ordni, jiffissa, kemm-il darba l-prinċipali ma jagħmlux
arranġamenti biex ikomplu jedukaw lill-apprendisti li l-Ministru
jidhirlu li huma biżżejjed sabiex din il-ħtieġa ma jkollhiex għalfejn
titħares.
L-apprendista jkun marbut li jattendi l-klassijiet kollha
ordnati kif ingħad qabel. Jekk huwa jonqos li jattendi f’xi ġurnata
mingħajr raġuni ġusta, il-prinċipal ikollu d-dritt li jnaqqas mill-
pagi ta’ l-apprendista l-ekwivalenti għal kull waħda minn tnax tar-
rata ta’ kull ġimgħa dwar kull nofs ta’ nhar jew parti tiegħu li huwa
jonqos.
Eżenzjoni minn 
ċerti 
disposizzjonijiet.
8. L-apprendisti impjegati taħt dan il-proġett jiġu meħlusin
mid-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tħaddim tat-
Tfal*, iżda ma jistgħux jitħaddmu għal iżjed minn għaxar sigħat
f’kull jum jew, jekk ikunu ta’ l-età  taħt is-sittax-il sena bejn il-11
ta’ filgħaxija u s-6 ta’ filgħodu.
Pagi.
Sostitwit:
A.L. 32 ta’ l-1967;
A.L. 119 ta’ l-
1969.
9. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-sengħa li għaliha
japplika dan il-proġett ikunu dawn li ġejjin:
Ħinijiet tax-
xogħol.
Sostitwit:
N.G. 212 ta’ l-
1957;
A.L. 32 ta’ l-1967;
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 47 ta’ l-1970.
10. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li lista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol li jinħadem fil-ġurnata ta’
mistrieħ fil-ġimgħa - ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Żmien ta’ mistrieħ.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-1969
11. L-apprendisti għandhom jingħataw ġurnata sħiħa jew zewġ
perijodi ta’ tnax-il siegħa ’l waħda ta’ mistrieħ f’kull ġimgħa
kalendarja liema perijodi għandhom jispiċċaw f’nofs-in-nhar jew
jibdew fis-2 p.m. f’kull ġurnata tal-ġimgħa.
*Revokata bl-Att dwar l-Edukazzjoni - Kap. 327.
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 2.50,0
It-Tieni Lm 3.80,0
It-Tielet Lm 5.10,0
Ir-Raba’ Lm 6.40.0.
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA 
TA’ WEJTER FIL-LUKANDI - PROĠETT NRU. 4 ġ L.S.343.03 3
Leave ta’ vaganza.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Sostitwit:
A.L. 77 ta’ l-1970.
12. Wara li jagħmlu l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-apprendisti
jkunu intitolati f’kull sena kalendarja għal -
(a) ħmistax-il ġurnata vakanza bi ħlas f’vakanzi tas-soltu
jew inkella fid-diskrezzsoni tal-prinċipal; u
(b) ħmistax-il ġurnata vakanza bi ħlas li għandhom
jittieħdu fi ġranet bi ftehim mal-prinċipal:
Iżda -
(a) meta vakanza tas-soltu taħbat f’ġurnata tal-Ħadd jew
ġurnata oħra ta’ mistrieħ għall-istabbiliment
konċernat, id-dritt ta’ vakanza għal dik il-ġurnata
jintilef; u
(b) vakanzi ma għandhomx jittieħdu f’ġurnata li l-
apprendista għandu jattendi l-iskola għal tagħlim ta’
teorija.
Permess għal mard 
b’paga sħiħa.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Kap. 318.
13. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal għoxrin ġurnata permess għall-
mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju
għall-mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ permess għall-mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ permess għall-mard bi ħlas.
Permess bi ħlas fil-
każ ta’ mewt.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
14. L-apprendisti jkollhom jumejn permess bi ħlas fil-każ tal-
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
Vaganzi tas-soltu.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
15. F’dan il-proġett, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra, vaganzi tas-soltu tfisser kull waħda mill-ġranet
li ġejjin:
Il-Festa tal-Ċirkonċiżjoni 1 ta’ Jannar
Il-Festa ta’ l-Epifanija 6 ta’ Jannar
Il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 10 ta’ Frar
Il-Festa ta’ San Ġużepp 19 ta’ Marzu
Il-Ġimgħa l-Kbira -
Jum l-Axxensjoni -
Il-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem 1 ta’ Mejju
Il-Festa ta’ Corpus Christi -
Il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl 29 ta’ Ġunju
Il-Festa ta’ l-Assunzjoni tal-Verġni Mqaddsa 15 ta’ Awissu
Il-Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa 8 ta’ Settembru
Il-Jum Nazzjonali 21 ta’ Settembru
4 L.S.343.03 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA 
TA’ WEJTER FIL-LUKANDI - PROĠETT NRU. 4
Jum il-Qaddisin Kollha 1 ta’ Novembru
Il-Festa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni 8 ta’ Diċembru
Il-Milied 25 ta’ Diċembru
