PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TAX-XOGĦOL TA’ TABELLI 
TAN-NEON - PROĠETT NRU. 5 ġ L.S.343.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.04
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TAX-XOGĦOL TA’ 
TABELLI TAN-NEON - PROĠETT NRU. 5
2 ta’ Mejju, 1952
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 554 ta’ l-1952, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 114 u 132 ta’ l-1953 u 213 ta’ l-1957, bl-Att
XLIV ta’ l-1965, u bl-Avviżi Legali 32 ta’ l-1967, 119 ta’ l-1969, 47 u 77
ta’ l-1970, 124 ta’ l-1976, 61 u 86 ta’ l-1977, 51 ta’ l-1978 u 80 ta’ l-1979.
Titolu.
Xogħol ta’ Tabelli tan-Neon - Proġett Nru. 5.
Tifsir.
Kap. 343.
2. It-tifsiriet tal-kelmiet u l-espressjonijiet li hemm fl-Att
dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ għandhom jgħoddu f’dan il-
proġett, kemm-il darba r-rabta tas-sens tat-test ma titlobx xort’oħra.
Applikabilità .
tabella tan-neon.
Impieg bħala 
apprendista.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 51 ta’ l-1978.
4. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun laħqet livell ta’ edukazzjoni li għall-
anqas ikun daqs dak ta’ persuna li tkun spiċċat jew ir-raba’ sena ta’
Skola Sekondarja jew il-Kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’, u tkun
għamlet perijodu ta’ sitt xhur bħala learner fis-sengħa ta’ neon sign
maker.
Proċessi li jiġu 
mgħallma.
5. Il-prinċipali li jqabbdu apprendisti skond dan il-proġett
għandhom jintrabtu li jgħallmuhom u li jagħtuhom il-faċilitajiet li
jitgħallmu dawn il-proċessi li ġejjin:
(a) kura u nfiħ tal-ħġieġ; tindif, qtugħ, tgħawiġ, weldjar,
tiġbid, twaħħil, traqqiq u ċċattjar;
(b) tindif, inxif u kisi ta’ tubi;
(ċ) tlestija ta’ electrodes;
(d) svujtar, bombardment u mili ta’ tubi;
(e) testjar ta’ tubi, kisi ta’ electrodes u sezzjonijiet ta’
tubi;
(f) armar, twaħħil u manutenzjoni ta’ tabelli tan-neon fil-
post;
(g) użu, kura u manutenzjoni ta’ tagħmir ta’ vakuum
għoli, torċi tal-bank u ta’ l-idejn.
Żmien ta’ 
apprendistat.
Emendat:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
6. Iż-żmien tat-taħriġ għandu jkun ta’ ħames snin u nofs:
Iżda għandhom jitnaqqsu sitt xhur miż-żmien imsemmi ta’
ħames snin u nofs, sa tnaqqis b’kollox ta’ mhux iżjed minn sentejn,
għal kull sena sħiħa ta’ attendenza mill-apprendista prospettiv
f’kull kors ta’ l-elettriċità  fi Skola Teknika tal-Gvern ta’ bin-nhar,
kemm-il darba dik l-attendenza tkun iċċertifikata bħala biżżejjed
mid-direttur ta’ l-iskola li tkun:
Iżda għal dawk il-kuntratti ta’ taħriġ li jsiru wara l-ewwel
2 L.S.343.04 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TAX-XOGĦOL TA’ TABELLI 
TAN-NEON - PROĠETT NRU. 5
ta’ Jannar, 1970, minflok il-kliem "ħames snin u nofs" kull fejn
jinsabu f’dan l-artikolu għandhom jidħlu l-kliem "ħames snin".
Pagi.
Sostitwit:
N.G. 132 ta’ l-
1953;
N.G. 213 ta’ l-
1957;
A.L. 32 ta’ l-1967;
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
7. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
Klassijiet.
Emendat:
N.G. 213 ta’ l-
1957;
XLIV. 1965.4.
8. Il-prinċipali għandhom jagħtu lill-apprendisti faċilitajiet
sabiex imorru, tul żmien it-taħriġ, għal dawk il-klassijiet ta’
tagħlim illi l-Ministru jista’jiffissa b’ordni. Dawn il-klassijiet ma
għandhomx jieħdu iżjed minn għaxar sigħat f’kull ġimgħa, u jekk
dawn il-klassijiet isiru matul il-ħinijiet ordinarji tax-xogħol, il-
ħinijiet hekk użati għandhom jitqiesu bħala ħinijiet fl-impieg għall-
finijiet tal-ħlas tal-pagi.
L-apprendista jkun marbut li jattendi l-klassijiet kollha
determinati kif imsemmi hawn fuq. Jekk jonqos li jattendi f’xi
ġurnata mingħajr raġuni ġusta, il-prinċipal ikun intitolat li jagħmel
tnaqqis mill-pagi ta’ l-apprendista l-ekwivalenti għal wieħed minn
tnax tar-rata fil-ġimgħa għal kull nofs ta’ nhar assenza jew parti
minnu.
Ħinijiet tax-
xogħol.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 47 ta’ l-1970.
9. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li lista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u l-vaganzi tas-soltu -
ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Żmien ta’ mistrieħ.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Sostitwit:
A.L. 80 ta’ l-1979.
10. Apprendisti għandhom jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ
f’kull ġimgħa kalendarja.
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 10.55,0
It-Tieni Lm 12.55,0
It-Tielet Lm 14.56,0
Ir-Raba’ Lm 16.57,0
Il-Ħames Lm 18.57,0.
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TAX-XOGĦOL TA’ TABELLI 
TAN-NEON - PROĠETT NRU. 5 ġ L.S.343.04 3
Leave ta’ vaganza.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Sostitwit:
A.L. 77 ta’ l-1970;
A.L. 86 ta’ l-1977.
11. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
Permess għal mard 
b’paga sħiħa.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Kap. 318.
12. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal għoxrin ġurnata permess għall-
mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju
għall-mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ permess għall-mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ permess għall-mard bi ħlas.
Permess bi ħlas fil-
każ ta’ mewt.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
13. L-apprendisti jkollhom jumejn permess bi ħlas fil-każ tal-
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
Festi tas-soltu.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
14. F’dan il-proġett "festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-
Ħadd) dikjarati għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew
taħt l-Att dwar il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
15. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
