PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ KOK F’LUKANDI, 
KAŻINI, RISTORANTI U SPTARIJIET - PROĠETT NRU. 8 ġ L.S.343.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.06
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ KOK 
F’LUKANDI, KAŻINI, RISTORANTI U SPTARIJIET 
- PROĠETT NRU. 8*
28 ta’ Awissu, 1953
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 479 ta’ l-1953, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 523 ta’ l-1953 u 215 ta’ l-1957, bl-Att XLIV
ta’ l-1965, u bl-Avviżi Legali 32 ta’ l-1967, 23 ta’ l-1968, 119 ta’ l-1969 u
77 ta’ l-1970.
Titolu.
Kok f’Lukandi, Każini, Ristoranti u Sptarijiet - Proġett Nru. 8.
Tifsir.
Kap. 343.
2. Il-kelmiet u l-espressjonijiet użati f’dan il-Proġett, kemm-
il darba s-sens tat-test ma jitlobx xort’oħra, ikollhom l-istess tifsira
bħal ma għandhom fl-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ.
Applikabilità .
każini, ristoranti u sptarijiet, u dan ix-xogħol huwa hawnhekk
magħdud b’sengħa skond it-tifsira u għall-finijiet ta’ l-Att
imsemmi.
Impieg bħala 
apprendista.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
A.L. 23 ta’ l-1968.
4. Ħadd ma jista’ jiġi mpjegat bħala apprendista taħt dan il-
proġett kemm-il darba ma tinġiebx prova għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna għandha grad ta’ tagħlim li mill-inqas
ikun daqs dak ta’ persuna li tkun għaddiet mill-eżami ta’ dħul għal
Form I ta’ l-Iskejjel Sekondarji tal-Gvern jew ta’ l-Istitut Tekniku.
Proċessi.
Sostitwit:
A.L. 23 ta’ l-1968.
5. Taħriġ taħt dan il-proġett ikun ta’ perijodu ta’ erba’ snin, li
matulu apprendista jiġi mgħallem fil-proċessi speċifikati fl-Ewwel
Kolonna ta’ l-Ewwel Skeda għal perijodu ta’ mhux anqas minn dak
speċifikat fit-Tieni Kolonna ta’ l-imsemmija Skeda u b’mod
ġenerali l-prinċipji u l-proċessi speċifikati fit-Tieni Skeda.
Klassijiet.
minnhom taħt dan il-proġett faċilitajiet sabiex imur, tul żmien it-
taħriġ, għal dawk il-klassijiet ta’ tagħlim illi l-Ministru jista’,
b’ordni, jiffissa, kemm-il darba l-prinċipali ma jagħmlux
arranġamenti biex ikomplu jedukaw lill-apprendisti li l-Ministru
jidhirlu li huma biżżejjed sabiex din il-ħtieġa ma jkollhiex għalfejn
titħares. Jekk xi klassijiet ta’ tagħlim minn dawn isiru matul il-
ħinijiet ordinarji tax-xogħol, il-ħinijiet hekk imgħoddijin
għandhom jitqiesu bħala ħinijiet ta’ xogħol għall-fini tal-ħlas tal-
pagi.
L-apprendista jkun meħtieġ li jattendi l-klassijiet ordnati
bħal ma hu msemmi fuq. Jekk huwa jfalli f’xi ġurnata mingħajr
kawża ġusta, il-prinċipal ikollu l-jedd li jnaqqas mill-paga ta’ l-
apprendista sehem ugwali għat-tnax-il parti tar-rata ta’ kull ġimgħa
għal kull ġurnata li jonqos.
Ħinijiet ta’ xogħol.
jitgħallmu impjegati skond dan il-proġett ma għandhomx ikunu
*Ara wkoll l-Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għall-Lukandi u Każini li jirregola l-Pagi.
2 L.S.343.06 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ KOK F’LUKANDI, 
KAŻINI, RISTORANTI U SPTARIJIET - PROĠETT NRU. 8
iżjed minn għaxar sigħat f’kull ġurnata lanqas il-perijodu tagħhom
ta’ impieg iżjed minn tnax-il siegħa f’kull ġurnata. L-apprendisti u
dawk li jkunu qegħdin jitgħallmu ta’ età  taħt is-16-il sena ma
jistgħux ikunu mħaddmin bejn il-11 ta’ bil-lejl ta’ ġurnata u s-6 ta’
fil-għodu tal-għada.
Pagi.
Sostitwit:
A.L. 32 ta’ l-1967;
A.L. 23 ta’ l-1968;
A.L. 119 ta’ l-
1969.
8. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
Żmien ta’ mistrieħ.
Emendat:
A.L. 23 ta’ l-1968.
9. L-apprendisti u dawk li jkunu qegħdin jitgħallmu
tingħatalhom ġurnata sħiħa jew żewġ perijodi ta’ tnax-il siegħa
mistrieħ f’kull ġimgħa bil-kalendarju, dawn il-perijodi jagħlqu
f’nofs-in-nhar jew jibdew fis-2 ta’ wara nofs-in-nhar ta’ kull
ġurnata tal-ġimgħa.
Leave ta’ vaganza.
Miżjud:
A.L. 23 ta’ l-1968.
Emendat:
A.L. 77 ta’ l-1970.
10. Wara li jagħalqu l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-apprendisti
jkunu intitolati għal ħmistax-il ġurnata vaganza bil-ħlas f’kull sena
tal-kalendarju jew inkella għad-diskrezzjoni tal-prinċipal.
F’dan l-artikolu "vaganzi tas-soltu" tfisser:
Permess għal mard 
b’paga sħiħa.
Miżjud:
A.L. 23 ta’ l-1968.
Kap. 318.
11. (1) Wara li jagħalqu l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal għoxrin ġurnata permess għall-
mard b’paga sħiħa f’kull sena tal-kalendarju iżda nieqes kull
benefiċċju għal mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, basta li jiġi preżentat lill-prinċipal
ċertifikat tat-tabib li jiċċertifika inkapaċità  għal xogħol li jkopri l-
perijodu ta’ assenza.
(2) L-apprendisti ma jkunux intitolati għall-ħlas ta’ paga għall-
ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ permess għall-mard; iżda, in-
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 2.50,0
It-Tieni Lm 3.80,0
It-Tielet Lm 5.10,0
Ir-Raba’ Lm 6.40,0.
Il-Festa tal-Ċirkonċiżjoni 1 ta’ Jannar
Il-Festa ta’ l-Epifanija 6 ta’ Jannar
Il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 10 ta’ Frar
Il-Festa ta’ San Ġużepp 19 ta’ Marzu
Il-Ġimgħa l-Kbira -
Jum l-Axxensjoni -
Il-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem 1 ta’ Mejju
Il-Festa ta’ Corpus Christi -
Il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl 29 ta’ Ġunju
Il-Festa ta’ l-Assunzjoni tal-Verġni Mqaddsa 15 ta’ Awissu
Il-Jum Nazzjonali 8 ta’ Settembru
Jum l-Indipendenza 21 ta’ Settembru
Jum il-Qaddisin Kollha 1 ta’ Novembru
Il-Festa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni 8 ta’ Diċembru
Il-Milied 25 ta’ Diċembru
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ KOK F’LUKANDI, 
KAŻINI, RISTORANTI U SPTARIJIET - PROĠETT NRU. 8 ġ L.S.343.06 3
numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma għandux
jitnaqqas mid-dritt ta’ permess għall-mard bi ħlas kif provdut fis-
subartikolu (1).
Permess bi ħlas fil-
każ ta’ mewt.
Miżjud:
A.L. 23 ta’ l-1968.
12. L-apprendisti jkollhom jumejn permess bi ħlas fil-każ tal-
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara jew ir-raġel, l-omm
jew il-missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt
qegħda tagħmilha bħala missier jew omm ta’ l-apprendist), l-iben
jew il-bint, u ħu jew oħt.
Sahra.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
13. Il-prinċipali jistgħu jimpjegaw apprendisti u dawk li jkunu
qegħdin jitgħallmu bis-sahra (jiġifieri aktar mill-massimu tal-
ħinijiet tax-xogħol ta’ kuljum jew aktar mill-massimu tal-perijodu
ta’ l-impieg) bl-approvazzjoni tad-Direttur li jista’ jimponi dawk il-
kondizzjonijiet li jista’ jidhirlu xierqa iżda dan ix-xogħol bis-sahra
għandu jkun imħallas b’darba u nofs tar-rata komuni.
Applikabilità  ta’ l-
Att li jirregola l-
Kondizzjonijiet ta’ 
l-Impieg.
Kap. 452.
14. Il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg preskritti għal dawk li jkunu
qegħdin jitgħallmu fl-artikoli 7, 8, 9 u 13 għandhom jgħoddu
għalihom kemm-il darba ’il quddiem ma ssirx xi disposizzjoni
skond l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
Tifsir.
Kap. 452.
15. Il-kelmiet u l-espressjonijiet użati fl-artikoli 7, 8 u 14
għandu jkollhom l-istess tifsira mogħtija lilhom bl-Att dwar l-
Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
Miżjuda:
A.L. 23 ta’ l-1968.
L-EWWEL SKEDA
Artikolu 5
L-Ewwel Kolonna It-Tieni 
Kolonna
Proċess Perijodu ta’ 
taħriġ
Preparazzjonijiet ta’ laħam: xahar u nofs
(a) Kwalitajiet differenti ta’ laħmijiet;
ħażna, kwalità , użi u piż u qatgħat u
preparazzjoni differenti għall-kċina;
(b) Oriġini u preparazzjoni ta’ l-
interjuri;
(ċ) Produzzjoni u użu ta’ sottoprodotti;
(d) Preservazzjoni ta’ laħam;
(e) Manifattura ta’ zalzett.
Preparazzjoni ta’ ħut: xahar u nofs
(a) Kwalitajiet differenti ta’ ħut; ħażna,
kwalità , użi u piż ta’ qatgħat u
preparazzjoni differenti għall-kċina;
(b) Preparazzjoni u qtugħ fi fletti (meta
jkun hemm bżonn) tal-ħut kollu,
inkluż il-frott tal-baħar;
(ċ) Smoking u tmellieħ ta’ ħut.
3. Preparazzjoni ta’ tjur u ta’ kaċċa: xahar
4 L.S.343.06 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ KOK F’LUKANDI, 
KAŻINI, RISTORANTI U SPTARIJIET - PROĠETT NRU. 8
(a) Il-kwalitajiet differenti ta’ tjur u ta’
kaċċa, inklużi fniek tal-liebru u
fniek; ħażna, kwalità , staġuni, użi;
(b) Preparazzjoni (tnaddif, ħjut) fil-
kċina.
4. Preparazzjoni u servizzi fil-larder:  sitt xhur
(a) Hors d'oeuvres u antipasti;
(b) Gruppi ta’ zlazi tal-mayonnaise u
vinaigrette;
(ċ) Insalati ta’ kwalunkwe kwalità ;
(d) Xogħol dwar l-ikel kiesaħ;
(e) Sandwiches;
(f) Pietanzi adattati, inklużi torti.
5. Sezzjoni tas-Sopop; metodi kif jiġu
preparati is-sopop:
ħames xhur
(a) Bażijiet diversi wżati għas-sopop
(laħam, ħut, tjur, kaċċa);
(b) Sopop ċari, brodu, pureji, veloutes;
sapop kremati; sopop speċjali
(inklużi dawk imkesħa); 
(ċ) Tiżjin ta’ sopop ċari u magħqudin,
bil-kumpanaġġ u servizz tagħhom.
6. Sezzjoni tax-xiwi u xiwi bil-gradilja;
metodi, preparazzjoni, servizz u riċetti għal: 
tliet xhur
(a) Il-qatgħat kollha ta’ laħam mixwi u
t-tiżjin tiegħu;
(b) Il-pjetanzi kollha tal-kaċċa u tat-tjur
mixwija u t-tiżjin tagħhom;
(ċ) Il-qali kollu;
(d) Ix-xiwi kollu bil-gradilja u t-tiżjin
tiegħu;
(e) Is-savouries u canapes kollha;
(f) Qtugħ.
7. Ħxejjex; Tisjir ta’ bajd u oġġetti
farinaċi; Preparazzjoni, tisjir u servizz ta’: 
ħames xhur
(a) Il-ħaxix kollu xitli;
(b) Il-ħaxix aħdar;
(ċ) Fungi;
(d) Fażola;
(e) Varjazzjonijiet ta’ patata;
(f) Ħxejjex konġelati;
(g) Kwalitajiet varji ta’ pjetanzi tal-
bajd;
(h) Prodotti farinaċi.
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ KOK F’LUKANDI, 
KAŻINI, RISTORANTI U SPTARIJIET - PROĠETT NRU. 8 ġ L.S.343.06 5
Miżjuda:
A.L. 23 ta’ l-1968.
IT-TIENI SKEDA
Artikolu 4
Prinċipji u Proċessi Ġenerali
1. L-użu korrett ta’ skieken u ta’ utensili oħra żgħar. Kura,
manutenzjoni u użu tajjeb ta’ skieken, moli, openers, u għodod
oħra tal-kċina.
Fil-każ ta’ (a), (b) u (ċ) ta’ dan il-paragrafu
għandha tingħata attenzjoni wkoll għall-istaġuni,
kwalità  u ħażna.
8. Sezzjoni tal-ħut:  seba’ xhur
(a) Preparazzjoni, tisjir u servizz tal-
kwalitajiet kollha ta’ ħut, inkluż il-
frott tal-baħar meta applikabbli, kif
jintużaw il-metodi li ġejjin: togħlija,
qali, ħami, xiwi bil-gradilja, tisjir
fuq il-fwar, meuniere, court-
bouillon;
(b) Zlazi adattati u tiżjin tagħhom.
9. Sezzjoni taz-Zlazi: seba’ xhur
(a) Tipi varji ta’ roux u l-preparazzjoni
tagħhom;
(b) Preparazzjoni u tisjir ta’ espagnole,
demi-glace, veloutee, jus lie, meat
glaze;
(ċ) Zlazi oħra bażiċi u d-derivattivi
tagħhom;
(d) It-tipi kollha ta’ entrees u l-
preparazzjoni tagħhom b’attenzjoni
partikolari dwar il-proċessi kulinari
involuti.
10. Pastiċċerija: tmien xhur
(a) Tipi varji ta’ pastiċċerija;
(b) Sponges, cakes, taħlita mill-ħmira;
(ċ) Tipi varji ta’ taħlita ta’ pudini;
(d) Zlazi sħan u kesħin;
(e) Ħlewwiet sħan u kesħin;
(f) Pietanzi ta’ frott u tiżjin tiegħu;
(g) Tipi varji ta’ ġelati;
(h) Suflejiet;
(i) Frott tad-diżerta, inklużi l-istaġun u
kwalità ;
(j) Xogħol elementari biz-zokkor li
jinkludi dekorazzjoni;
(k) Pjetanzi speċjali ta’ pastiċċerija.
6 L.S.343.06 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ KOK F’LUKANDI, 
KAŻINI, RISTORANTI U SPTARIJIET - PROĠETT NRU. 8
2. Prinċipji bażiċi tas-sengħa ta’ tisjir, jiġifieri:
(a) Id-deskrizzjoni, klassifikazzjoni u l-iżvilupp tal-
proċessi fondamentali tas-sengħa tat-tisjir bħala
xogħlijiet distinti;
(b) Preservazzjoni tal-valutazzjoni ta’ ikel.
3. It-tagħmir u l-apparat kollu tal-kċina:
(a) Prinċipji u metodi tax-xogħol;
(b) Manutenzjoni u tnaddif;
(ċ) Ħasil ta’ l-oġġetti tal-kċina;
(d) Ilbies.
4. Organizzazzjoni fil-kċina:
(a) Rutina u pjan ta’ xogħol;
(b) Rosters;
(ċ) Iġiene;
(d) Xogħol fil-kafetterija;
(e) Evitar ta’ ħela.
5. Kompilazzjoni ta’ menus:
(a) In-numru ta’ persuni li ordnaw l-ikel;
(b) Spejjeż;
(ċ) Bilanċ inter alia ta’ kulur, varjetà , togħma, tiżjin u
staġuni.
6. Aġġunti kulinari - oriġini, derivazzjoni u użu.
7. Prinċipji ta’ servizz tajjeb:
(a) Relazzjoni bejn dawk li jaħdmu fil-kċina u l-persunal
tar-ristorant;
(b) Verifika tas-sistema ta’ l-ordnijiet;
(ċ) Metodi ta’ servizz.
8. Generali:
(a) Kulinari, vokabolarju;
(b) Kwantitajiet, metodi, ħinijiet, produzzjoni,
temperaturi, tiżjin relattivament għal riċetti u proċessi.
