PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ TALJATUR
TA’ L-INGWANTI TAL-ĠILDA - PROĠETT NRU. 9 ġ L.S.343.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.07
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ TALJATUR
TA’ L-INGWANTI TAL-ĠILDA - PROĠETT NRU. 9
28 ta’ Awissu, 1953
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 480 ta’ l-1953, kif emendata bl-Att
XLIV ta’ l-1965, u bl-Avviżi Legali 32 ta’ l-1967, 119 ta’ l-1969, 47 u 77
ta’ l-1970, 124 ta’ l-1976, 61 u 86 ta’ l-1967, 51 ta’ l-1978 u 80 ta’ l-1979.
Titolu.
Taljatur ta’ l-Ingwanti tal-Ġilda - Proġett Nru. 9.
Tifsir.
Kap. 343.
2. F’dan il-proġett, ħlief jekk il-kontest ma jitlobx xort’oħra,
il-kliem u l-espressjonijiet użati għandhom l-istess tifsiriet bħal
dawk mogħtijin lilhom fl-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ.
Applikabilità .
l-ingwanti tal-ġilda.
Impieg bħala 
apprendista.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 51 ta’ l-1978.
4. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’, u tkun għamlet
perijodu ta’ sitt xhur bħala learner fis-sengħa ta’ taljatur ta’ l-
ingwanti tal-ġilda.
Proċessi.
għandhom jobbligaw ruħhom li jgħallmuhom u li jagħtuhom il-
faċilitajiet li jitgħallmu dawn il-proċessi li ġejjin:
(1) Kif jgħarrfu d-diversi speċi ta’ ġlud użati fil-
manifattura ta’ l-ingwanti tal-ġilda, u b’mod
partikolari:
(a) Id-differenzi tan-nisġa skond:
(i) Ix-xorta u l-oriġini tal-ġlud użati; qabel ma
jkunu ikkonzati;
(ii) Proċessi preliminari u u kunzar użati;
(iii) Kif tingħata wara ż-żebgħa u l-proċessi
użati għar-raffinar.
(b) Adattabilità  tal-ġlud għal diversi tipi ta’
ingwanti:
Ingwanti ta’ l-irġiel; ingwanti tan-nisa; ingwanti
qosra; ingwanti twal għal filgħaxija. Differenzi
fl-istaġun bħalma huma ingwanti infurrati jew
bla inforra. Ingwanti li jinħaslu; ingwanti tas-
suede jew ikkusksjati; ingwanti miżbugħin bil-
pinzell jew imgħaddsin fiż-żebgħa; ingwanti
two-piece.
(2) Il-gradazzjoni u l-għażla tad-diversi ġlud użati għat-tip
ta’ ingwanti li jkunu qegħdin jiġu infurrati.
(3) Kif jiġu trattati individwalment kull waħda mill-ġlud
għall-aqwa produzzjoni skond il-kwalità  mixtieqa
qabel ma jsir it-tifsil.
2 L.S.343.07 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ TALJATUR
TA’ L-INGWANTI TAL-ĠILDA - PROĠETT NRU. 9
(4) Kif jiġġebbed il-ġild biex jikber fid-daqs u l-użin
korrett bħala għajnuna biex isir l-aqwa użu tal-materjal
u jkun hemm kwalità  aħjar ta’ l-ingwanta lesta.
(5) Il-għodda użata għall-qtugħ u titqib ta’ l-ingwanti, u l-
manutenzjoni tagħhom.
(6) Spjegazzjoni tal-prinċipji li jifformaw is-sengħa tat-
taljatur:
(a) il-pedament tal-qisien
(b) il-kontroll tas-"stretch" jew "run" naturali tal-
ġilda;
(ċ) il-proċedura korretta għall-kontroll tal-kwalità ,
inkluż kif jinsabu d-difetti, kif ukoll it-tlaqqigħ
ta’ kuluri u piż;
(d) xogħol metodiku għall-ħeffa u rendiment.
(7) It-tifsir ta’ l-effetti ta’ qtugħ indifferenti fuq:
(a) proċessi li jsiru wara l-manifattura;
(b) il-prodott lest.
(8) Il-metodu kif jitniddew il-ġlud sabiex isiru adattati
għall-proċess tal-qtugħ u x-xogħol proprju tal-ġilda.
(9) Prekawzjonijiet ta’ sigurtà  fil-ħanut tax-xogħol.
(10) Kif isir il-qtugħ tal-partijiet li jagħmlu l-ingwanti wara
xulxin kif jingħad hawn taħt:
(a) Maniġġar u ġbid tal-ġilda; tifsil u provi tal-
fourchettes; ġiruni; tberfil;
(b) Tifsil u provi ta’ "thumbs";
(ċ) Provi ta’ "tranks";
(d) Ġbid tat-tulijiet imfassla lesti għall-"parting";
(e) Tikjil u tqegħid ta’ "tranks"; "parting", provar u
raffinar;
(f) Tniddija; tiġbid tal-ġlud; estimi tal-produzzjoni;
tifsil sħiħ;
(g) Kif tikber u tiżdied l-esperjenza kemm jista’
jkun ta’ bosta xorta ta’ ġlud u ingwanti.
Żmien tat-tagħlim.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
6. Iż-żmien tat-tagħlim ikun ta’ erba’ snin:
Iżda jitnaqqsu sitt xhur mill-istess żmien ta’ erba’ snin,
għal kull żmien ta’ taħriġ ta’ sitt xhur jew aktar fis-sengħa ta’ hawn
fuq, li jkun sar mill-apprendista bil-permess tad-Direttur.
Klassijiet.
Miżjud:
A.L. 86 ta’ l-1977.
7. (1) Id-Direttur jista’ jispeċifika, b’avviż mogħti bil-miktub
lill-prinċipal, dawk il-klassijiet ta’ tagħlim li apprendisti mpjegati
taħt dan il-proġett għandhom jattendu. Dawk il-klassijiet
m’għandhomx jieħdu iktar minn għaxar sigħat f’kull ġimgħa.
(2) Prinċipal hekk avżat għandu jagħti lil kull apprendist
impjegat taħt dan il-proġett faċilitajiet biex jattendi dawk il-
klassijiet matul il-perijodu ta’ tagħlim.
(3) Jekk xi apprendist ma jattendix xi klassijiet ta’ tagħlim f’xi
ġurnata mingħajr raġuni xierqa, il-prinċipal ikollu d-dritt li jnaqqas
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ TALJATUR
TA’ L-INGWANTI TAL-ĠILDA - PROĠETT NRU. 9 ġ L.S.343.07 3
mill-paga ta’ l-apprendist daqs minn tnax wieħed tar-rata fil-
ġimgħa dwar kull nofs ta’ nhar jew parti minnu ta’ nuqqas:
Iżda meta l-apprendist ikun jaħdem ġimgħa ta’ ħamest
ijiem, it tnaqqis ikun bir-rata ta’ minn għaxra wieħed tar-rata fil-
ġimgħa dwar kull nofs ta’ nhar jew parti minnu ta’ nuqqas.
Pagi.
Sostitwit:
A.L. 32 ta’ l-1967;
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
8. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
Ħinijiet ta’ xogħol.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 47 ta’ l-1970.
9. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li lista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu - ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Żmien ta’ mistrieħ.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 80 ta’ l-1979.
10. Apprendisti għandhom jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ
f’kull ġimgħa kalendarja.
Leave ta’ vaganza.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 77 ta’ l-1970;
A.L. 86 ta’ l-1977.
11. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 10.55,0
It-Tieni Lm 13.22,0
It-Tielet Lm 15.90,0
Ir-Raba’ Lm 18.57,0.
4 L.S.343.07 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ TALJATUR
TA’ L-INGWANTI TAL-ĠILDA - PROĠETT NRU. 9
Permess għal mard 
b’paga sħiħa.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Kap. 318.
12. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal għoxrin ġurnata permess għall-
mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju
għall-mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ permess għall-mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ permess għall-mard bi ħlas.
Permess bi ħlas fil-
każ ta’ mewt.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
13. L-apprendisti jkollhom jumejn permess bi ħlas fil-każ tal-
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
Festi tas-soltu.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
14. F’dan il-proġett "festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-
Ħadd) dikjarati għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew
taħt l-Att dwar il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
15. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
