PROĠETT DWAR IS-SNAJJA GĦALL-MANIFATTURA TA’ 
ĠOJJELLERIJA, U OĠĠETTI 
TAD-DEHEB U FIDDA - PROĠETT NRU. 10 ġ L.S.343.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.08
PROĠETT DWAR IS-SNAJJA
GĦALL-MANIFATTURA TA’ ĠOJJELLERIJA,
U OĠĠETTI TAD-DEHEB U FIDDA 
- PROĠETT NRU. 10
28 ta’ Awissu, 1953
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 524 ta’ l-1953, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 216 ta’ l-1957, bl-Att XLIV ta’ l-1965, u bl-Avviżi
Legali 32 ta’ l-1967, 119 ta’ l-1969, 47 u 77 ta’ l-1970, 124 ta’ l-1976, 61
u 86 ta’ l-1967, 51 ta’ l-1978 u 80 ta’ l-1979.
Titolu.
Manifattura ta’ Ġojjellerija, u Oġġetti tad-Deheb u Fidda - Proġett
Nru. 10.
Tifsir.
Kap. 343.
2. F’dan il-proġett, ħlief jekk il-kontest ma jitlobx xort’oħra,
il-kliem u l-espressjonijiet użati għandhom l-istess tifsiriet bħal
dawk mogħtijin lilhom fl-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ.
Applikabilità .
ingastatur, arġentier tal-fidda, arġentier tad-deheb u ħaddiem tal-
filograno.
Impieg bħala 
apprendista.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 51 ta’ l-1978.
4. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’.
Proċessi.
għandhom jintrabtu li jgħallmuhom u li jagħtuhom il-faċilitajiet li
jitgħallmu dawn il-proċessi bl-idejn li ġejjin:
(1) Ġojjellier
(a) Pulir;
(b) Użu ta’ limi, segi, xuxxarelli, trapani u għodod
oħra;
(ċ) L-użu ta’ rigi, kumpassi u raxkaturi, u traċċjar
ta’ disinji fuq metalli;
(d) Ġbid miċ-ċilindri u mill-filliera;
(e) Sistema ta’ legar tad-deheb u ta’ saldatura;
(f) Kif isiru forom sempliċi u bil-gost fil-metall;
(g) Kif isiru labar u ganċijiet ta’ l-imsielet, ħoloq,
molol, gambi, granfi u affarijiet bil-molol;
saldjar; stampar u furmar; kif isiru galleriji
sempliċi u bil-gost;
(h) Aġġustar ta’ metall għal ħaġar prezzjuż;
(i) Formar, tidwib u għemil ta’ ċrieket; kif isiru
ċrieket b’ħaġra sempliċi u rużetti, labar imsielet,
u brazzuletti (barra minn xogħol ċerniera);
2 L.S.343.08 ħ
PROĠETT DWAR IS-SNAJJA GĦALL-MANIFATTURA TA’ 
ĠOJJELLERIJA, U OĠĠETTI 
TAD-DEHEB U FIDDA - PROĠETT NRU. 10
(j) prekawzjonijiet ta’ sigurtà  fil-ħanut tax-xogħol.
(2) Ingastatur
(a) Użu ta’ trapani, bulini u għodod oħra;
(b) Aġġustar ta’ metall biex jaqbel mal-ħaġar;
(ċ) Tqegħid ta’ ħaġar fuq ix-xogħol bil-granfi,
settjar lixx, imkaxxar u rotella;
(d) prekawzjonijiet ta’ sigurtà  fil-ħanut tax-xogħol.
(3) Arġentier tad-deheb
(a) Pulir;
(b) Użu ta’ limi, segi, xuxxarelli, trapani u għodod
oħra;
(ċ) L-użu ta’ rigi, kumpassi u raxkaturi u traċċjar ta’
disinji fuq metalli;
(d) Ġbid miċ-ċilindri u mill-filliera;
(e) Xogħol ta’ ċerniera;
(f) Kif isiru forom sempliċi u bil-gost fil-metall;
(g) Sistema ta’ legar tad-deheb u ta’ saldatura;
(h) Kif isiru labar u ganċijiet ta’ l-imsielet, malji,
molol, gambi, granfi u affarijiet bil-molol u
clips; saldjar, stampar u formar; kif isiru
galleriji sempliċi u bil-gost;
(i) Furmar, tidwib u għemil ta’ ċrieket; kif isiru
ċrieket, labar, imsielet, u brazzuletti;
(j) Irfinar u proċess tal-kulur;
(k) Prekawzjonijiet fil-ħanut tax-xogħol;
(l) Skond ma jagħżel il-prinċipal, l-apprendista
jista’ jkun imgħallem ukoll ix-xogħol tal-fidda.
(4) Arġentier tal-fidda
(a) Pulir;
(b) Użu ta’ limi, segi, xuxxarelli, trapani, imrietel,
imbornituri u għodod oħra;
(ċ) Użu ta’ rigi, kumpassi u raxkaturi u traċċjar ta’
disinji fuq metalli;
(d) Sistema ta’ legar tal-fidda u ta’ saldatura;
(e) Qtugħ ta’ disinji b’sega; formar, irfigħ,
imbuzzar u riżaltar;
(f) Kif isiru oġġetti tal-fidda immartellati jew
maqtugħin minn folja tal-metall; immuntar u
saldar flimkien tal-partijiet maħdum bil-form
ippressati, stampati jew partijiet oħra;
(g) Prekawzjonijiet fil-ħanut tax-xogħol.
(5) Ħaddiem tal-filograno
(a) Użu ta’ limi, xuxxarelli u għodod oħra;
(b) Użu ta’ rigi, kumpassi u gejġijiet;
(ċ) Ġbid miċ-ċilindri u mill-filliera u brim. Kif isiru
PROĠETT DWAR IS-SNAJJA GĦALL-MANIFATTURA TA’ 
ĠOJJELLERIJA, U OĠĠETTI 
TAD-DEHEB U FIDDA - PROĠETT NRU. 10 ġ L.S.343.08 3
disinji sempliċi u ornamentali bil-metall skond
disinji differenti;
(d) Kif isiru labar, imsielet, brazzuletti u u oġġetti
oħra;
(e) Irfinar; il-proċess tal-kulur (jekk jintuża d-
deheb);
(f) Induratura (jekk jintuża dan il-proċess mill-
prinċipal);
(g) Prekawzjonijiet fil-ħanut tax-xogħol.
Żmien ta’ 
apprendistat.
Emendat:
XLIV. 1965.4;
A.L. 119 ta’ l-
1969.
6. Iż-żmien tat-taħriġ f’kull waħda mis-snajja’ skond dan il-
proġett għandu jkun ta’ sitt snin:
Iżda għandhom jitnaqqsu sitt xhur miż-żmien imsemmi ta’
sitt snin, sa tnaqqis b’kollox ta’ mhux iżjed minn sentejn, għal kull
sena trawwim fis-sengħa li jkun għamel l-apprendista prospettiv
bil-permess tad-Direttur:
Iżda dwar dawk il-kuntratti ta’ taħriġ li jsiru wara l-ewwel
ta’ Jannar, 1970, il-perijodu ta’ taħriġ ikun ta’ ħames snin fis-
snajja’ ta’ Ġojjellier u Ingastatur u ta’ erba’ snin fis-snajja’ ta’
Arġentier tad-Deheb, Arġentier tal-Fidda u Ħaddiem tal-Filograno.
Pagi.
Sostitwit:
N.G. 216 ta’ l-
1957;
A.L. 32 ta’ l-1967;
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
7. Il-pagi li jitħallsu lill-apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
(a) meta t-tagħlim ikun għal ħames snin:
(b) meta t-tagħlim ikun għal erba’ snin:
Ħinijiet ta’ xogħol.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 47 ta’ l-1970.
8. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 10.55,0
It-Tieni Lm 12.55,0
It-Tielet Lm 14.56,0
Ir-Raba’ Lm 16.57,0
Il-Ħames Lm 18.57,0;
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 10.55,0
It-Tieni Lm 13.22,0
It-Tielet Lm 15.90,0
Ir-Raba’ Lm 18.57,0.
4 L.S.343.08 ħ
PROĠETT DWAR IS-SNAJJA GĦALL-MANIFATTURA TA’ 
ĠOJJELLERIJA, U OĠĠETTI 
TAD-DEHEB U FIDDA - PROĠETT NRU. 10
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu - ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Żmien ta’ mistrieħ.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 80 ta’ l-1979.
9. Apprendisti għandhom jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ
f’kull ġimgħa kalendarja.
Leave ta’ vaganza.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 77 ta’ l-1970;
A.L. 86 ta’ l-1977.
10. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
Permess għal mard 
b’paga sħiħa.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Kap. 318.
11. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal għoxrin ġurnata permess għall-
mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju
għall-mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ permess għall-mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ permess għall-mard bi ħlas.
Permess bi ħlas fil-
każ ta’ mewt.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
12. L-apprendisti jkollhom jumejn permess bi ħlas fil-każ tal-
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
PROĠETT DWAR IS-SNAJJA GĦALL-MANIFATTURA TA’ 
ĠOJJELLERIJA, U OĠĠETTI 
TAD-DEHEB U FIDDA - PROĠETT NRU. 10 ġ L.S.343.08 5
Festi tas-soltu.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
13. F’dan il-proġett "festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-
Ħadd) dikjarati għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew
taħt l-Att dwar il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
14. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
