PROĠETT DWAR IL-MANIFATTURA
U TQASSIM TA’ GASS - PROĠETT NRU. 11 ġ L.S.343.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.09
PROĠETT DWAR IL-MANIFATTURA
U TQASSIM TA’ GASS - PROĠETT NRU. 11
24 ta’ Novembru, 1953
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 634 ta’ l-1953, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 217 ta’ l-1957, bl-Att XLIV ta’ l-1965, u bl-Avviżi
Legali 32 ta’ l-1967, 119 ta’ l-1969, 47 u 77 ta’ l-1970, 124 ta’ l-1976, 61
u 86 ta’ l-1967, 51 ta’ l-1978 u 80 ta’ l-1979.
Titolu.
Tqassim ta’ Gass - Proġett Nru. 11.
Tifsir.
Kap. 343.
2. F’dan il-proġett, ħlief jekk il-kontest ma jitlobx xort’oħra,
il-kliem u l-espressjonijiet użati għandhom l-istess tifsiriet bħal
dawk mogħtijin lilhom fl-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ.
Applikabilità .
gass ma’ Enemalta (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-
prinċipal"), impieg li hawnhekk huwa msejjaħ bħala sengħa skond
it-tifsira u għall-finijiet ta’ l-Att imsemmi.
Impieg bħala 
apprendista.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 51 ta’ l-1978.
4. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’.
Proċessi.
għandu jintrabat li jgħallimhom u li jagħtihom il-faċilitajiet li
jitgħallmu dawn il-proċessi:
(1) Ġenerali - Żarmar, armar u tqegħid ta’ partijiet fissi u
li jaħdmu ta’ arloġġi u strumenti tal-gass inkluż l-
immarkar, segar u titqib bl-idejn, ċippjar bl-iskarpell,
limar fin, ċanfrinar u counterboring; użu tal-għodda
adatti u strumenti tal-qies u gejġijiet; kif jinsabu difetti
fl-arloġġi u fl-istrumenti.
(2) Tqegħid tal-pipes prinċipali - Tqegħid tal-mains tal-
gass; ħruġ ta’ connections u fittings għal syphons u
valves; għeluq ta’ joints bit-tqallit; għeluq ta’ flanges u
qtugħ ta’ kamini.
(3) Fittings ta’ ġewwa - Tqegħid ta’ pipes tal-gass mill-
main u konnessjoni tagħhom ma’ l-arloġġi, kċejjen,
geysers, heaters u apparati oħra tad-dar, inkluż il-
qtugħ ta’ pipes, għemil ta’ joints, għeluq ta’ flanges u
qtugħ ta’ kamini.
(4) Prekawzjonijiet ta’ sigurtà .
(5) Matul l-aħħar sena ta’ tagħlim il-prinċipal jista’
jġiegħel lill-apprendista jispeċjalizza jew fit-tiswija ta’
l-arloġġi, fit-tqegħid ta’ pipes prinċipali jew fit-
twaħħil ta’ fittings interni.
2 L.S.343.09 ħ
PROĠETT DWAR IL-MANIFATTURA
U TQASSIM TA’ GASS - PROĠETT NRU. 11
Żmien ta’ 
apprendistat.
Emendat:
XLIV. 1965.4;
A.L. 119 ta’ l-
1969.
6. Iż-żmien tat-taħriġ għandu jkun ta’ sitt snin:
Iżda għandhom jitnaqqsu sitt xhur miż-żmien imsemmi ta’
sitt snin, sa tnaqqis b’kollox ta’ mhux iżjed minn sentejn, għal kull
sena sħiħa ta’ attendenza mill-apprendista prospettiv, wara li jkun
għalaq l-età  ta’ tnax-il sena, f’xogħol tal-metall tal-kors ta’ l-
inġinerija mekkanika fi skola teknika tal-Gvern ta’ bin-nhar, jekk
din l-attendenza tkun ċertifikata bħala sodisfaċenti mid-direttur ta’
l-iskola li tkun:
Iżda dwar dawk il-kuntratti ta’ taħriġ li jsiru wara l-ewwel
ta’ Jannar, 1970, minflok il-kliem "sitt snin" kull fejn jinsabu f’dan
l-artikolu għandhom jidħlu l-kliem "erba’ snin".
Pagi.
Emendat:
N.G. 217 ta’ l-
1957.
Sostitwit:
A.L. 32 ta’ l-1967;
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
7. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
Ħinijiet ta’ xogħol.
Emendat:
N.G. 217 ta’ l-
1957;
XLIV. 1965.4.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 47 ta’ l-1970.
8. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu - ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Żmien ta’ mistrieħ.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 80 ta’ l-1979.
9. Apprendisti għandhom jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ
f’kull ġimgħa kalendarja.
Leave ta’ vaganza.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
Sostitwit:
A.L. 77 ta’ l-1970;
A.L. 86 ta’ l-1977.
10. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 10.55,0
It-Tieni Lm 13.22,0
It-Tielet Lm 15.90,0
Ir-Raba’ Lm 18.57,0.
PROĠETT DWAR IL-MANIFATTURA
U TQASSIM TA’ GASS - PROĠETT NRU. 11 ġ L.S.343.09 3
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
Permess għal mard 
b’paga sħiħa.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Kap. 318.
11. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal għoxrin ġurnata permess għall-
mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju
għall-mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ permess għall-mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ permess għall-mard bi ħlas.
Permess bi ħlas fil-
każ ta’ mewt.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
12. L-apprendisti jkollhom jumejn permess bi ħlas fil-każ tal-
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
Festi tas-soltu.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
13. F’dan il-proġett "festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-
Ħadd) dikjarati għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew
taħt l-Att dwar il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
14. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
