PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA 
TAŻ-ŻRABEN - PROĠETT NRU. 12 ġ L.S.343.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.10
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA
TAL-MANIFATTURA TAŻ-ŻRABEN
- PROĠETT NRU. 12
11 ta’ Mejju, 1954
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 194 ta’ l-1954, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 218 ta’ l-1957, bl-Att XLIV ta’ l-1965, u bl-Avviżi
Legali 32 ta’ l-1967, 119 ta’ l-1969, 47 u 77 ta’ l-1970, 124 ta’ l-1976, 61
u 86 ta’ l-1967, 51 ta’ l-1978 u 80 ta’ l-1979.
Titolu.
Manifattura taż-Żraben - Proġett Nru. 12.
Tifsir.
Kap. 343.
2. F’dan il-proġett, ħlief jekk il-kontest ma jitlobx xort’oħra,
il-kliem u l-espressjonijiet użati għandhom l-istess tifsiriet bħal
dawk mogħtijin lilhom fl-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ.
Applikabilità .
taż-żraben li titħaddem fi stabbilimenti li jipproduċu żraben
prinċipalment jew għal kollox bil-makni u għas-snajja’ ta’ dawk li
jagħmlu l-uċuh taż-żraben u ta’ skarpan rispettivament fi
stabbilimenti li jipproduċu żraben prinċipalment jew għal kollox
b’metodu ta’ l-idejn sew għall-ordni jew xort’oħra.
Impieg bħala 
apprendista.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 51 ta’ l-1978.
4. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’.
Proċessi.
għandhom jintrabtu li jgħallmuhom u li jagħtuhom il-faċilitajiet li
jitgħallmu dawn il-proċessi:
A. Ħaddiema li jaħdmu ż-żraben:
(1) L-apprendisti għandhom jgħaddu l-ewwel erba’
ġimgħat tal-perijodu tagħhom ta’ prova jitgħallmu
b’mod ġenerali l-proċessi wara xulxin tal-produzzjoni
fid-dipartimenti kollha msemmijin hawn taħt.
(2) Imbagħad jitqiegħdu f’xi wieħed minn dawn id-
dipartimenti biex jitgħallmu l-proċessi deskritti, li
huma:
(a) Dipartiment tal-qtugħ ta’ l-irkaptu
(i) Karatteristiċi u identifikazzjoni tat-tipi
prinċipali ta’ ġilda u ta’ materjali użati
għal barra u għall-inforra.
(ii) Qtugħ tal-partijiet ta’ barra ta’ l-inforra
bis-sikkina jew bil-pressa tal-qtugħ.
(iii) Prekawzjonijiet ta’ sigurtà  fil-maħżen tax-
xogħol.
(b) Dipartiment tal-preparazzjoni u ta’ l-irkaptu tal-
qigħan
2 L.S.343.10 ħ
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA 
TAŻ-ŻRABEN - PROĠETT NRU. 12
(i) Karatteristiċi u identifikazzjoni tat-tipi
prinċipali ta’ ngħal għall-qigħan u
materjali oħra użati għall-qigħan.
(ii) Qtugħ ta’ ngħal tal-qigħan u tkaken.
(iii) Tondjar u formar ta’ qigħan maqtugħin;
inġustar u xikkatura ta’ qigħan; twaqqif ta’
tkaken.
(iv) Prekawzjonijiet ta’ sigurtà  fil-maħżen tax-
xogħol.
(ċ) Dipartiment ta’ l-Immontar
(i) Titqiegħ tas-sullatura fuq il-forma; furmar.
(ii) Twaħħil tan-ngħal tal-qigħan mas-
sullatura; twaqqif tat-tkaken.
(iii) Prekawzjonijiet ta’ sigurtà  fil-maħżen tax-
xogħol.
(d) Dipartiment ta’ l-Irfinar
(i) Irfinar ta’ ngħal tal-qigħan u tkaken.
(ii) Irfinar tat-truf.
(iii) Żebgħa u lustrar tal-qigħan.
(iv) Prekawzjonijiet ta’ sigurtà  fil-maħżen tax-
xogħol.
B. Ħaddiema ta’ l-Uċuh taż-Żraben
(1) Karatteristiċi u identifikazzjoni tat-tipi prinċipali ta’
ġilda u ta’ materjali użati għas-sallatura ta’ barra u ta’
l-inforra.
(2) Tifsil tas-sullatura għall-partijiet ta’ barra u ta’ l-
inforra billi tintuża s-sikkina.
(3) Skarnar tat-trufijiet; simentjar u tini tat-trufijiet; titqib
tas-sullatura; ħjata bil-makna tal-partijiet ta’ barra u
ta’ ġewwa flimkien u għeluq ta’ l-istess; ċattjar tal-
ħjata; titqib għall-anelli u għall-buttuni u twaqqif ta’
buttuni.
(4) Prekawzjonijiet ta’ sigurtà  fil-maħżen tax-xogħol.
Ċ. Skarpar
(1) Karatteristiċi u identifikazzjoni tat-tipi prinċipali tal-
ġild tal-qiegħ u materjal ieħor użat għall-qiegħ.
(2) Tifsil ta’ ngħal tal-qigħan, tkaken u partijiet oħra biex
isiru żarbun.
(3) Tlestija tal-materjal tal-qigħan għat-twaħħil; twaqqif
ta’ tkaken.
(4) Pariġġar ta’ l-uċuh mill-partijiet tal-materjal tal-
qigħan; titliegħ tas-sullatura fuq il-forma; furmar;
twaħħil tal-qigħan mas-sullatura; twaqqif ta’ tkaken.
(5) Irfinar ta’ ngħal tal-qigħan u tkaken; irfinar tat-truf;
żebgħa u lustrar tal-qigħan; tindif ta’ l-uċuh.
(6) Prekawzjonijiet ta’ sigurtà  fil-maħżen tax-xogħol.
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA 
TAŻ-ŻRABEN - PROĠETT NRU. 12 ġ L.S.343.10 3
Żmien ta’ 
apprendistat.
Emendat:
XLIV. 1965.4;
A.L. 119 ta’ l-
1969.
6. (1) Iż-żmien tat-tagħlim f’kull waħda mis-snajja’ ta’ hawn
fuq għandu jkun ta’ erba’ snin:
Iżda dan il-perijodu ta’ erba’ snin għandu jitnaqqas b’sitt
xhur sa tnaqqis b’kollox ta’ mhux iżjed minn sena għal:
(i) kull sena sħiħa ta’ attendenza mill-apprendista
prospettiv, wara li jkun għalaq l-età  ta’ tnax-il sena,
f’kors ta’ manifattura taż-żraben fi skola jew istitut
tas-snajja’ ta’ grad approvat mill-Ministru, jekk din l-
attendenza tkun ċertifikata bħala sodisfaċenti mid-
direttur ta’ l-iskola jew istitut li jkun; u
(ii) kull sena ta’ tagħlim f’xi waħda mis-snajja ta’ hawn
fuq, li jkun għamel l-apprendista prospettiv buil-
permess tad-Direttur:
Iżda dwar dawk il il-kuntratti ta’ taħriġ li jsiru
wara l-ewwel ta’ Jannar, 1970 -
(a) minflok il-kliem "f’kull waħda mis-snajja ta’
hawn fuq għandu jkun ta’ erba’ snin" għandhom
jidħlu l-kliem "fil-każ ta’ ħaddiem taż-żraben u
skarpan ikun ta’ erba’ snin u fil-każ ta’ ħaddiem
ta’ l-uċuh taż-żraben ikun ta’ tlett snin; u
(b) minflok il-kliem "erba’ snin" fil-proviso għas-
subartikolu (1) għandhom jidħlu l-kliem "erba’ u
tlett snin skond il-każ".
(2) Min ikun għamel kors ta’ apprendista f’xi waħda mis-
snajja’ ta’ ħaddiem ta’ l-uċuh taż-żraben jew ta’ skarpar ikun
ikkreditat b’sentejn favur il-perijodu tal-kors ta’ apprendista fis-
sengħa l-oħra.
Pagi.
Emendat:
N.G. 218 ta’ l-
1957.
Sostitwit:
A.L. 32 ta’ l-1967;
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
7. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
(a) fil-każ ta’ ħaddiema taż-żraben u skrapar:
(b) fil-każ ta’ ħaddiema ta’ l-uċuh taż-żraben:
Ħinijiet ta’ xogħol.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 47 ta’ l-1970.
8. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 10.55,0
It-Tieni Lm 13.22,0
It-Tielet Lm 15.90,0
Ir-Raba’ Lm 18.57,0
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 14.56,0
It-Tieni Lm 16.57,0
It-Tielet Lm 18.57,0.
4 L.S.343.10 ħ
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA 
TAŻ-ŻRABEN - PROĠETT NRU. 12
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu - ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Żmien ta’ mistrieħ.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 80 ta’ l-1979.
9. Apprendisti għandhom jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ
f’kull ġimgħa kalendarja.
Leave ta’ vaganza.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 77 ta’ l-1970;
A.L. 86 ta’ l-1977.
10. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
Permess għal mard 
b’paga sħiħa.
Emendat:
N.G. 217 ta’ l-
1957.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Kap. 318.
11. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal għoxrin ġurnata permess għall-
mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju
għall-mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ permess għall-mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ permess għall-mard bi ħlas.
Permess bi ħlas fil-
każ ta’ mewt.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
12. L-apprendisti jkollhom jumejn permess bi ħlas fil-każ tal-
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA 
TAŻ-ŻRABEN - PROĠETT NRU. 12 ġ L.S.343.10 5
Festi tas-soltu.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
13. F’dan il-proġett "festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-
Ħadd) dikjarati għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew
taħt l-Att dwar il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
14. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
