PROĠETT DWAR IS-SENGĦA
TA’ ĦADDIEM TA’ L-IRĦAM - PROĠETT NRU. 13 ġ L.S.343.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.11
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA
TA’ ĦADDIEM TA’ L-IRĦAM - PROĠETT NRU. 13
18 ta’ April, 1967
L-AVVIŻ LEGALI 26 ta’ l-1967, kif emendat bl-Avviżi Legali 119 ta’ l-
1969, 47 u 77 ta’ l-1970, 124 ta’ l-1976, 61 u 86 ta’ l-1967, 51 ta’ l-1978 u
80 ta’ l-1979.
Titolu.
Ħaddiem ta’ l-Irħam - Proġett Nru. 13.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
2. F’dan il-proġett, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-Ħadd) dikjarati għal dak
iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar il-Jum
Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
"sigħat tax-xogħol" jinkludu kull perijodu ta’ tagħlim f’kull
wieħed mill-proċessi; u kull perijodu ta’ assenza mix-xogħol
minħabba mard appoġġat minn ċertifikat mediku prodott lill-
prinċipal, għall-perijodi ta’ mhux iżjed fit-total mis-sigħat tax-
xogħal totali li jkun hemm fi tmien ġimgħat tax-xogħol ordinarji,
matul sena tal-kalendarju; u kull perijodu ta’ assenza mill-post tax-
xogħol jew tat-tagħlim bil-permess tal-prinċipal;
"proċessi" tfisser u tinkludi kull wieħed mill-proċessi speċifikati
fl-artikolu 4.
Edukazzjoni 
bażika.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 51 ta’ l-1978.
3. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat jew ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’.
Proċessi li 
għandhom jiġu 
mgħallma waqt l-
apprendistat.
4. Il-prinċipali għandhom jintrabtu li jgħallmu lill-apprendisti
taħt dan il-proġett u li jagħtuhom dawk il-faċilitajiet biex
jitgħallmu l-proċessi li ġejjin:
(a) il-klassifikazzjoni ta’ l-irħam u l-użu differenti tiegħu;
(b) it-taħlit ta’ tajn li għandu jiġi wżat ma’ kull tip ta’
rħam;
(ċ) xogħol fuq il-bank inkluż mudellar u inċiżjoni ta’ ittri;
(d) tisnin bl-idejn u lustrar ta’ rħam;
(e) l-użu ta’ għodod pnewmatiċi u għodod oħra użati fis-
sengħa ta’ ħaddiem ta’ l-irħam;
(f) it-teħid ta’ qisien u l-egħmil ta’ mudelli;
(g) l-użu ta’ makkinarju użat fil-proċessar ta’ rħam fil-
fabbrika u fuq il-post, bħalma huma makni ta’ qtugħ,
makni ta’ titqib, makni ta’ lustrar, makni ta’ mudellar,
makni li jrammlu u makni mobbili ta’ lustrar u ta’
tisnin;
(h) it-tqegħid ta’ rħam bħalma huma uċuħ tat-taraġ, zokkli
2 L.S.343.11 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA
TA’ ĦADDIEM TA’ L-IRĦAM - PROĠETT NRU. 13
u pavimenti fix-xogħol tal-bini;
(i) il-kisi ta’ ħitan bl-irħam inklużi dawk tal-faċċati tal-
ħwienet u ta’ l-oqbra;
(j) il-finitura, il-mili u l-lustrar tal-faċċati tal-ħwienet u
tal-monumenti.
Perijodu ta’ 
apprendistat.
5. Il-perijodu ta’ apprendistat jkun ta’ erba’ snin.
Pagi ta’ 
apprendisti.
Sostitwit:
A.L. 119 ta’ l-
1969;
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
6. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
Sigħat ta’ xogħol u 
sahra.
Sostitwit:
A.L. 47 ta’ l-1970.
7. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu - ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Vakanzi bi ħlas.
Sostitwit:
A.L. 77 ta’ l-1970;
A.L. 86 ta’ l-1977.
8. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-Ewwel Lm 10.55,0
It-Tieni Lm 13.22,0
It-Tielet Lm 15.90,0
Ir-Raba’ Lm 18.57,0.
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA
TA’ ĦADDIEM TA’ L-IRĦAM - PROĠETT NRU. 13 ġ L.S.343.11 3
Permess għal mard 
b’paga sħiħa.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
Kap. 318.
9. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal għoxrin ġurnata permess għall-
mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju
għall-mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ permess għall-mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ permess għall-mard bi ħlas.
Permess bi ħlas fil-
każ ta’ mewt.
Miżjud:
A.L. 119 ta’ l-
1969.
10. L-apprendisti jkollhom jumejn permess bi ħlas fil-każ tal-
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
L-apprendisti 
suġġetti għall-
prinċipal.
11. L-apprendisti jkunu suġġetti għall-prinċipal tagħhom u
għandhom iħarsu l-ordnijiet tiegħu safejn ma jkunux inkonsistenti
mad-disposizzjonijiet espressi ta’ dan il-proġett.
Klassijiet speċjali 
ta’ tagħlim.
12. (1) Il-prinċipal għandu jagħti lil kull apprendist impjegat
minnu taħt dan il-proġett faċilitaliet biex jattendi waqt il-perijodu
ta’ apprendistat dawk il-klassijiet ta’ tagħlim kif il-Ministru jista’
jistabbilixxi b’ordni.
(2) Dawk il-klassijiet ma għandhomx jieħdu aktar minn għaxar
siegħat f’kull ġimgħa waħda, u, jekk dawk il-klassijiet isiru waqt
is-sigħat tax-xogħol ordinarji, is-sigħat hekk meħuda għandhom
jiġu kalkolati bħala sigħat ta’ xogħol għall-finijiet tal-ħlas tal-paga.
Nuqqas ta’ 
attendenza għal 
tagħlim.
13. (1) L-apprendista jkun marbut li jattendi l-klassijiet kollha
stabbiliti kif intqal qabel.
(2) Jekk jonqos milli jattendi f’xi ġurnata mingħajr kawża
ġusta, il-prinċipal ikun jista’ jagħmel tnaqqis mill-pagi ta’ l-
apprendista daqs waħda minn tnax tar-rata fil-ġimgħa relattivament
għal kull nofs ta’ nhar jew parti minn nofs ta’ nhar ta’ nuqqas.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
14. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
