PROĠETT DWAR KOKI (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 14 ġ L.S.343.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.12
PROĠETT DWAR KOKI (APPRENDISTI) 
- PROĠETT NRU. 14
1 ta’ Jannar, 1970
L-AVVIŻ LEGALI 120 ta’ l-1967, kif emendat bl-Avviżi Legali 47 u 77
ta’ l-1970, 124 ta’ l-1976, 61 u 86 ta’ l-1967, 51 ta’ l-1978 u 80 ta’ l-1979.
Titolu u 
applikazzjoni.
Kap. 343.
1. It-titolu ta’ dan il-Proġett hu Proġett dwar Koki
(Apprendisti) - Proġett Nru. 14 - u għandu japplika għall-impieg ta’
koki f’lukandi, każini, ristoranti, sptarijiet u kull stabbiliment ieħor
li jipprovdi ikel, liema mpieg qiegħed hawnhekk jissejjaħ sengħa
skond it-tifsir u għall-finijiet ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u
Taħriġ.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
2. F’dan il-proġett, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-Ħadd) dikjarati għal dak
iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar il-Jum
Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"Kulleġġ" tfisser il-Kulleġġ ta’ Malta ta’ l-Arti, Xjenza u
Teknoloġija;
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xogħol;
"sigħat tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
apprendisti jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ, iżda nkluż kull
perijodu ta’ tagħlim fil-Kulleġġ jew nuqqas mill-post tan-negozju
tal-prinċipal bil-permess tal-prinċipal.
Kwalifiki għad-
dħul.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 51 ta’ l-1978.
3. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat jew ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’.
Obbligu ta’ 
prinċipal.
4. Prinċipal li jimpjega apprendisti taħt dan il-proġett ikun
obbligat li jgħallimhom u jagħtihom faċilitajiet biex jiġu mgħallma
fis-sengħa ta’ kok, skond id-disposizzjonijiet ta dan il-proġett.
Żmien u dettalji ta’ 
taħriġ.
5. (1) Iż-żmien għat-taħriġ għandu jkun ta’ tliet snin u nofs.
(2) Iż-żmien ta’ taħriġ għandu jkun maqsum f’seba’ perijodi
ta’ sitt xhur-il wieħed, li matulhom apprendisti jirċievu t-taħriġ
teoriku u prattiku kif maħsub fl-Ewwel, fit-Tieni u fit-Tielet Skeda:
Iżda l-apprendisti għandhom jirċievu wkoll it-taħriġ
teoriku u prattiku fil-prinċipji u l-proċessi maħsuba fir-Raba Skeda
matul l-ewwel sitt perijodi ta’ sitt xhur fil-Kulleġġ u fil-post tan-
negozju tal-prinċipal rispettivament.
(3) Matul l-aħħar perijodu ta’ sitt xhur ta’ taħriġ l-apprendisti
għandhom jispeċjalizzaw f’waħda mill-fergħat partikolari ta’
studju speċjali li ġejjin:
(i) Produzzjoni Prinċipali fil-Kċina;
2 L.S.343.12 ħ PROĠETT DWAR KOKI (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 14
(ii) Xogħol ta’ l-Għaġina u tal-Ħelu; jew
(iii) Xogħol ta’ preparazzjoni tal-laħam u ta’ Ikel
Kiesaħ.
(4) Il-fergħa speċjali ta’ studju għandha tingħażel għal kull
apprendista mill-Kap tad-Dipartiment tal-Catering tal-Kulleġġ li
jikkonsidra il-ħtiġiet tal-prinċipal kif ukoll ix-xewqa u l-kapaċità
ta’ l-apprendista, fi tmiem il-ħames perijodu ta’ sitt xhur.
Attendenza fi 
klassijiet.
6. Kull apprendista jkun obbligat li jattendi l-klassijiet kollha
provduti skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-proġett. Jekk jonqos
milli jagħmel hekk f’xi ġurnata mingħajr raġuni ġusta, il-prinċipal
ikollu dritt li jnaqqas mill-paga ta l-apprendista daqs minn tnax
wieħed tar-rata fil-ġimgħa dwar kull nofs ġurnata jew parti minnha
li jonqos.
Ħinijiet ta’ xogħol 
u sahra.
Sostitwit:
A.L. 47 ta’ l-1970.
7. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu - ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Pagi ta’ 
apprendisti.
Sostitwit:
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
8. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
Mistrieħ fil-
ġimgħa.
Sostitwit:
A.L. 80 ta’ l-1979.
9. Apprendisti għandhom jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ
f’kull ġimgħa kalendarja.
Vakanzi.
Sostitwit:
A.L. 77 ta’ l-1970;
A.L. 86 ta’ l-1977.
10. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-ewwel sitt xhur Lm 10.55,0
It-tieni u t-tielet sitt xhur Lm 13.22,0
Ir-raba’ u l-ħames sitt xhur Lm 15.90,0
Is-sitt u s-seba’ sitt xhur Lm 18.57,0.
PROĠETT DWAR KOKI (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 14 ġ L.S.343.12 3
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
Leave għal mard.
Kap. 318.
11. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal tnax-il ġurnata leave għal mard
b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju għall-
mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ leave għal mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ leave għal mard bi ħlas.
Leave għal luttu.
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
13. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
L-EWWEL SKEDA
(Artikoli 4, 5)
L-EWWEL U T-TIELET PERIJODI TA’ SITT XHUR
(Taħriġ fil-Kulleġġ)
1. L-apprendisti għandhom jattendu korsijiet ta’ studju fil-
Kulleġġ kif ġej:
(1) Matul l-ewwel perijodu ta’ sitt xhur li jkopri l-ewwel
żewġ perijodi tas-sena tal-Kulleġġ, li matulu
għandhom jistudjaw il-proċessi li ġejjin:
1. Introduzzjoni fis-sengħa tal-Catering.
2. Bażijiet u zlazi bażiċi.
3. Sopop bażiċi.
4. Preparazzjoni u tisjir ta’ ħaxix u patata.
5. Pjetanzi tal-bajd, ħut u farinaċi.
4 L.S.343.12 ħ PROĠETT DWAR KOKI (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 14
6. Laħam - Metodi xotti.
7. Laħam - Metodi fiz-zlazi.
8. Preparazzjoni ta’ laħam.
9. Preparazzjoni ta’ ħut.
10. Preparazzjoni ta’ kaċċa u tjur.
11. Hors d’oeuvres u insalati.
12. Pastiċċeriji u l-użu tagħhom.
13. Pudini tal-ħalib, frott mgħolli u pudini li jsiru
fil-fwar.
14. Taħlitiet mill-ħmira, ftajjar u sfineġ.
15. Ħelu kiesaħ, kejkijiet u gallettini.
(2) Matul it-tielet perijodu ta’ sitt xhur li jkopri l-ewwel
żewġ perijodi tas-sena tal-Kulleġġ, li matulhom
għandhom jistudjaw il-proċessi li ġejjin:
1. Zlazi klassiċi, sopop klassiċi u mhux klassiċi,
consommes.
2. Pjetanzi tal-bajd, frejjeġ tal-bajd, pilaff, ross u
pjetanzi farinaċi.
3. Reportoire estensiv ta’ pjetanzi tal-ħaxix u
patata.
4. Reportoire estensiv ta’ pjetanzi tal-ħut (inklużi
pjetanzi klassiċi).
5. Pjetanzi klassiċi bl-użu ta’ tjur u fniek u kaċċa.
6. Pjetanzi klassiċi bl-użu ta’ majjal, ċanga u
vitella.
7. Metodi avvanzati fil-preparazzjoni ta’ laħam,
kaċċa u tjur.
8. Metodi avvanzati fil-preparazzjoni ta’ ħut u frott
tal-baħar bil-qoxra.
9. Insalati, arranġament ta’ insalata, zlazi kesħin u
affariijet li jsiru minn mayonnaise.
10. Hors d’oeuvres komuni u canapes russe,
waħedhom u kollettivi.
11. Użu avvanzat ta’ għaġejjen (1) sfuljurati u tal-
bajd.
12. Użu avvanzat ta’ għaġejjen (2) tal-ħmira u taz-
zokkor.
13. Entremets chand (ħelu sħun).
14. Entremets froid (ħelu kiesaħ).
2. (i) Matul il-perijodu tal-vaganzi tal-Kulleġġ u ġurnata
f’kull ġimgħa kalendarja matul il-perijodi speċifikati
fil-paragrafu 1 ta’ din l-Iskeda, l-apprendisti għandhom
jattendu fil-post tan-negozju tal-prinċipal tagħhom
biex japplikaw it-tagħrif tagħhom taħt it-tmexxija tax-
Chef ta’ l-istabbiliment.
(ii) Ix-Chef għandu jħares dawk id-direttivi kif jistgħu
jingħatawlu minn żmien għal żmien mill-awtoritajiet
tal-Kulleġġ.
PROĠETT DWAR KOKI (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 14 ġ L.S.343.12 5
(iii) Matul dawk il-perijodi ta’ mpieg, l-apprendisti jkunu
suġġetti għas-sigħat ta’ xogħol li soltu japplikaw għall-
impjegati ta’ dak l-istabbiliment.
IT-TIENI SKEDA
(Artikoli 4, 5)
IT-TIENI, IR-RABA’ U S-SITT PERIJODI TA’ SITT XHUR
(Taħriġ Prattiku fl-Industrja)
l. Matul it-tieni perijodu ta’ sitt xhur, l-apprendisti
għandhom jattendu fil-post tan-negozju tal-prinċipal tagħhom u
għandhom jingħataw it-taħriġ prattiku fil-proċess speċifikat fil-
paragrafu 1(1) ta’ l-Ewwel Skeda.
2. Matul ir-raba’ perijodu ta’ sitt xhur, l-apprendisti
għandhom jattendu fil-post tan-negozju tal-prinċipal tagħhom u
għandhom jingħataw it-taħriġ prattiku fil-proċessi speċifikati fil-
paragrafu 1(2) ta’ l-Ewwel Skeda.
3. Matul is-sitt perijodu ta’ sitt xhur, l-apprendisti għandhom
jattendu fil-post tan-negozju tal-prinċipal tagħhom u għandhom
jingħataw impieg full time b’responsabbiltà  ta’ Senior Commis fil-
fergħa li fiha l-apprendista jkun ser jispeċjalizza matul is-seba’
perijodu ta’ sitt xhur.
IT-TIELET SKEDA
(Artikoli 4, 5)
IL-ĦAMES U S-SEBA’ PERIIODI TA’ SITT XHUR
(Taħriġ Prattiku fl-Industrja)
l. Matul il-ħames perijodu ta’ sitt xhur, l-apprendisti
għandhom jattendu fil-post tan-negozju tal-prinċipal tagħhom u
għandhom jingħataw taħriġ prattiku f dan li ġej:
l. Pjetanzi klassiċi.
2. Menus (kampilazzjoni, preparazzjoni, tisjir u servizz).
3. Kwalità  u preżentazzjoni.
2. Matul is-seba’ perijodu ta’ sitt xhur, l-apprendisti
għandhom jattendu fil-post tan-negozju tal-prinċipal tagħhom u
għandhom jispeċjalizzaw f’waħda mill-fergħat li ġejjin:
(a) Produzzjoni prinċipali fil-kċina;
(b) Xogħol tal-għaġina u tal-ħelu; u
(ċ) Xogħol ta’ preparazzjoni tal-laħam u ta’ ikel kiesaħ.
3. F’ġurnata waħda kull ġimgħa kalendarja matul il-ħames u
s-seba’ perijodi ta’ sitt xhur matul il-perijodi tal-Kulleġġ, l-
apprendisti għandhom jattendu l-Kulleġġ għal aktar taħriġ teoriku
fil-proċessi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2.
6 L.S.343.12 ħ PROĠETT DWAR KOKI (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 14
IR-RABA’ SKEDA
(Artikoli 4, 5)
PRINĊIPJI U PROĊESSI ĠENERAI.I
1. L-użu korrett ta’ skieken u ta’ utensili oħra żgħar. Kura,
manutenzjoni u użu tajjeb ta’ skieken, moli, openers, u għodod
oħra tal-kċina.
2. Prinċipji bażiċi ta’ tisjir, jiġifieri:
(a) Id-deskrizzjoni, klassifikazzjoni u l-iżvilupp tal-
proċessi fondamentali tas-sengħa tat-tisjir bħala
xogħlijiet distinti;
(b) Preservazzjoni tal-valutazzjoni ta’ ikel.
3. It-tagħmir u l-apparat kollu tal-kċina:
(a) Prinċipji u metodi tax-xogħol;
(b) Manutenzjoni u tnaddif;
(ċ) Ħasil ta’ l-oġġetti tal-kċina;
(d) Ilbies.
4. Organizzazzjoni fil-kċina:
(a) Rutina u pjan ta’ xogħol;
(b) Rosters;
(ċ) Iġjene;
(d) Xogħol fil-kafetterija;
(e) Evitar ta’ ħela.
5. Kompilazzjoni ta’ menus:
(a) In-numru ta’ persuni li ordnaw l-ikel;
(b) Spejjeż;
(ċ) Bilanċ inter alia ta’ kulur, varjetà , togħma, tiżjin u
staġuni.
6. Aġġunti kulinari - oriġini, derivazzjoni u użu.
7. Prinċipji ta’ servizz tajjeb:
(a) Relazzjoni bejn dawk li jaħdmu fil-kċina u l-persunal
tar-ristorant;
(b) Verifika tas-sistema ta’ l-ordnijiet;
(ċ) Metodi ta’ servizz.
8. Generali:
(a) Kulinari, vokabularju;
(b) Kwantitajiet, metodi, ħinijiet, produzzjoni,
temperaturi, tiżjin relativvament għal riċetti u
proċessi.
