PROĠETT DWAR WEJTERS (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 15 ġ L.S.343.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.13
PROĠETT DWAR WEJTERS (APPRENDISTI) 
- PROĠETT NRU. 15
1 ta’ Jannar, 1970
L-AVVIŻ LEGALI 121 ta’ l-1967, kif emendat bl-Avviżi Legali 47 u 77
ta’ l-1970, 124 ta’ l-1976, 61 u 86 ta’ l-1967, 51 ta’ l-1978 u 80 ta’ l-1979.
Titolu u 
applikazzjoni.
Kap. 343.
1. It-titolu ta’ dan il-Proġett hu Proġett dwar Wejters
(Apprendisti) - Proġett Nru. 15 - u għandu japplika għall-impieg ta’
wejters fl-istabbilimenti li jipprovdu ikel, liema mpieg qiegħed
hawnhekk jissejjaħ sengħa skond it-tifsir u għall-finijiet ta’ l-Att
dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
2. F’dan il-proġett, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-Ħadd) dikjarati għal dak
iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar il-Jum
Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"Kulleġġ" tfisser il-Kulleġġ ta’ Malta ta’ l-Arti, Xjenza u
Teknoloġija;
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xogħol;
"sigħat tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
apprendisti jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ, iżda nkluż kull
perijodu ta’ tagħlim fil-Kulleġġ jew nuqqas mill-post tan-negozju
tal-prinċipal bil-permess tal-prinċipal.
Kwalifiki għad-
dħul.
Sostitwit:
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 51 ta’ l-1978.
3. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat jew ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’.
Obbligu ta’ 
prinċipal.
4. Prinċipal li jimpjega apprendisti taħt dan il-proġett ikun
obbligat li jaħallimhom u jagħtihom faċilitaijet biex jiġu mgħallma
fis-sengħa ta’ wejter, skond id-disposizzjonijet ta’ dan il-proġett.
Żmien u dettalji ta’ 
taħriġ.
5. (1) Iż-żmien ta’ taħriġ għandu jkun ta’ tliet snin.
(2) Iż-żmien ta’ taħriġ għandu jkun maqsum f’sitt perijodi ta’
sitt xhur il-wieħed, li matulhom apprendisti jirċievu t-taħriġ teoriku
u prattiku kif maħsub fl-Ewwel, fit-Tieni u fit-Tielet Skeda:
Iżda l-apprendisti għandhom jirċievu wkoll it-taħriġ
teoriku u prattiku fil-prinċipji maħsuba fir-Raba’ Skeda matul l-
ewwel ħames perijodi ta’ sitt xhur fil-Kulleġġ u fil-post tan-
negozju tal-prinċipal rispettivament.
(3) Matul l-aħħar sitt xhur ta’ taħriġ l-apprendisti għandhom
jispeċjalizzaw f’waħda mill-fergħat ta’ studju speċjali li ġejjin:
(i) Ikel;
(ii) Bar; u
(iii) Nbid.
2 L.S.343.13 ħ PROĠETT DWAR WEJTERS (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 15
(4) Il-fergħa speċjali ta’ studju għandha tingħażel għal kull
apprendista mill-Kap tad-Dipartiment tal-Catering tal-Kulleġġ li
jikkonsidra kemm il-ħtiġiet tal-prinċipal u x-xewqa u l-kapaċità  ta’
ta’ l-apprendista, fi tmiem ir-raba’ perijodu ta’ sitt xhur.
Attendenza fi 
klassijiet.
6. Kull aprrendista jkun obbligat li jattendi l-klassijiet kollha
provduti skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-proġett. Jekk jonqos
milli jagħmel hekk f’xi ġurnata mingħajr raġuni ġusta, il-prinċipal
ikollu dritt li jnaqqas mill-paga ta’ l-apprendista daqs minn tnax
wieħed tar-rata fil-ġimgħa dwar kull nofs ġurnata jew parti minnha
li jonqos.
Ħinijiet ta’ xogħol 
u sahra.
Sostitwit:
A.L. 47 ta’ l-1970.
7. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu - ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Pagi ta’ 
apprendisti.
Sostitwit:
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
8. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
Mistrieħ fil-
ġimgħa.
Sostitwit:
A.L. 80 ta’ l-1979.
9. Apprendisti għandhom jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ
f’kull ġimgħa kalendarja.
Vakanzi.
Sostitwit:
A.L. 77 ta’ l-1970;
A.L. 86 ta’ l-1977.
10. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
Sena Pagi fil-ġimgħa
L-ewwel sitt xhur Lm 10.55,0
It-tieni u t-tielet sitt xhur Lm 13.22,0
Ir-raba’ u l-ħames sitt xhur Lm 15.90,0
Is-sitt u s-seba’ sitt xhur Lm 18.57,0.
PROĠETT DWAR WEJTERS (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 15 ġ L.S.343.13 3
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
Leave għal mard.
Kap. 318.
11. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal tnax-il ġurnata leave għal mard
b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju għall-
mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ leave għal mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ leave għal mard bi ħlas.
Leave għal luttu.
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
13. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
L-EWWEL SKEDA
(Artikoli 4, 5)
L-EWWEL U T-TIELET PERIJODU TA’ SITT XHUR
(Taħriġ fil-Kulleġġ)
l. L-apprendisti għandħom jattendu korsijiet ta’ studju fil-
Kulleġġ kif ġej:
(a) Matul l-ewwel perijodu ta’ sitt xhur li jkopri l-ewwel
żewġ perijodi ta’ sena tal-Kulleġġ, li matulu
ghandhom jistudjaw il-proċessi li ġejjin:
1. Introduzzjoni fis-servizz ta’ ikel u xorb; attributi
ta’ persunal, uniformijiet, iġjene.
2. Riċeviment - Ħila soċjali; teknika ta’ pjanar,
riċeviment u l-mod kif in-nies jitpoġġew bil-
qiegħda.
3. Servizz fir-ristorant - Mise en place, taħriġ u
persunal.
4. Servizzi anċillari - ta’ platti, fil-kamra, still
4 L.S.343.13 ħ PROĠETT DWAR WEJTERS (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 15
room, ħasil, rutini, servizzi, taħriġ.
5. Servizz ta’ wejter - gradazzjoni.
6. Servizz ta’ xorb - teħid ta’ ordni, teknika ta’
bejgħ, preżentazzjoni.
7. Liġi ta’ Catering fl-industrja - regoli,
regolamenti, penalitajiet.
8. Servizz fil-Bar - teknika ta’ servizzi fil-bar,
kontroll tal-bar, cash register u iġjene.
9. Nbid - pajjiżi u l-inbejjed tagħhom, kura u
ħażna, maturazzjoni.
(b) Matul it-tielet perijodu ta’ sitt xhur li jkopri l-ewwel
żewġ perijodi ta’ sena tal-Kulleġġ li matulhom
ghandhom jistudjaw il-proċessi li ġejjin:
1. Servizz ta’ bankett - pjanar ta’ xorta ta’ bankett,
arranġament, dmirijiet tat-toast master.
2. Catering speċjali- - barra, baħar, industrjali.
3. Kontijiet u ċekkjar - metodi, kontroll u summary
sheets.
4. Servizz mal-bank - self service, kafetterija,
servizz ta’ malajr.
5. Terminoloġija tal-kċina - zlażi, tiżjin,
kumpanaġġ, Franċiż.
6. Kontroll ta’ stokk - stock taking, użu ta’
idrometru, reviżjoni, proof spirits.
7. Demostrazzjoni - użu ta’ tagħmir, tinqix fir-
ristorant, xogħol tal-lampa.
8. Persunal - gradazzjoni ta’ persunal u d-dmirijiet
tagħhom fil-klassijiet differenti ta’
stabbilimenti. Rosters tax-xogħol.
9. Sigarri u tabakk.
2. (i) Matul il-perijodu tal-vaganzi tal-Kulleġġ, u f’ġurnata
kull ġimgħa kalendarja il-perijodi speċifikati fil-
paragrafu l-apprendisti għandhom jattendu fil-post tan-
negozju tal-prinċipal tagħhom biex japplikaw it-
tagħlim tagħhom taht it-tmexxija tad-Diriġent tar-
Ristorant ta’ l-istabbiliment.
(ii) Id-Diriġent tar-Ristorant għandu jħares dawk id-
direttivi li jistgħu jingħatawlu minn żmien għal żmien
mill-awtoritajiet tal-Kulleġġ.
(iii) Matul dawk il-perijodi ta’ mpieg, l-apprendisti
għandhom ikunu soġġetti għal dawk is-sigħat ta’
xogħol li soltu japplikaw għall-impjegati fl-
istabbiliment in kwistjoni.
IT-TIENI SKEDA
(Artikoli 4, 5)
PROĠETT DWAR WEJTERS (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 15 ġ L.S.343.13 5
IT-TIENI, IR-RABA’ U L-ĦAMES PERIJODI TA’ SITT XHUR
(Taħriġ Prattiku fl-Industrja)
1 Matul it-tieni perijodu ta’ sitt xhur, l-apprendisti
għandhom jattendu fil-post tan-negozju tal-prinċipal tagħhom u
għandhom jingħataw taħriġ fil-proċessi speċifikati fil-paragrafu
1(a) ta’ l-Ewwel Skeda.
2. Matul ir-raba’ perijodu ta’ sitt xhur, l-apprendisti
għandhom jattendu fil-post tan-negozju tal-prinċipal tagħhom u
għandhom jingħataw taħriġ prattiku fil-proċessi speċifikati fil-
paraarafu 1(b) ta’ l-Ewwel Skeda.
3. Matul il-ħames perijodu ta’ sitt xhur, l-apprendista għandu
jattendi l-post tan-negozju tal-prinċipal tiegħu u għandu jingħata
impieg full time bir-resnonsabbiltà  ta’ Commis Wejter fil-fergħa li
fiha l-apprendista jispeċjalizza matul is-sitt perijodu ta’ sitt xhur.
IT-TIELET SKEDA
(Artikoli 4, 5)
IS-SITT PERIJODU TA’ SITT XHUR
(Taħriġ Prattiku fl-Industrja)
1. Matul is-sitt perijodu ta’ sitt xhur. l-apprendisti għandhom
jattendu fil-post tan-negozju tal-prinċipal tagħhom u għandhom
jispeċjalizzaw f’waħda mill-fergħat li ġejjin:
(a) Ikel;
(b) Bar, u
(ċ) Nbid.
2. F’ġurnata f’kull ġimgħa kalendarja matul il-perijodu  tal-
Kulleġġ l-apprendisti għandhom jattendu l-Kulleġġ għal aktar
taħriġ teoriku fil-proċessi speċifikati fil-paragrafu 1.
IR-RABA’ SKEDA
(Artikoli 4, 5)
PRINĊIPJI ĠENERALI
1) Kura u Manutenzjoni ta’ Uniformijiet u Tagħmir
2) Organizzazzjoni fir-Ristorant
(i) Lay out,
(ii) Mise en scene,
(iii) Liaison ma’ dipartiment  oħra.
3) Koperazzjoni u lealtà  bejn l-istaff
Direzzjoni u mistednin.
4) Menu
6 L.S.343.13 ħ PROĠETT DWAR WEJTERS (APPRENDISTI) - PROĠETT NRU. 15
(i) Pjanar,
(ii) Spjegazzjoni,
(iii) Nutriment,
(iv) Varjetà ,
(v) Pjetanzi tradizzjonali,
(vi) Bilanċ.
5) Imġieba
(i) Dixxiplina,
(ii) Tattika,
(iii) Korteżija,
(iv) Inizjattiva,
(v) Mod ta’ taħdit.
