PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16 ġ L.S.343.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.14
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U 
SNAJJA LI JAGĦMLU MAGĦHA
- PROĠETT NRU. 16
20 ta’ Frar, 1970
L-AVVIŻ LEGALI 20 ta’ l-1970, kif emendat bl-Avviżi Legali 47 u 77 ta’
l-1970, 37 ta’ l-1971, 124 ta’ l-1976, 61 u 86 ta’ l-1967, 51 ta’ l-1978 u 80
ta’ l-1979.
Titolu u 
applikazzjoni.
Kap. 343.
1. It-titolu ta’ dan il-Proġett hu Proġett dwar l-Inġinerija
Mekkanika u Snajja’ li jagħmlu magħha - Proġett Nru. 16 - u
għandu japplika għas-snajja’ ta’ fitter ta’ vetturi tal-mutur, fitter
ġenerali, ħaddiem fi pjanċi tal-metall, kaldaran, ħaddied, fundatur,
welder u panel beater f’kull fabbrika, liema impiegi qegħdin
hawnhekk jissejħu snajja’ skond it-tifsir u għall-finijiet ta’ l-Att
dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
2. F’dan il-proġett, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-Ħadd) dikjarati għal dak
iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar il-Jum
Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xogħol;
"sigħat tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
apprendisti jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ, iżda nkluż kull
perijodu ta’ tagħlim fil-Kulleġġ jew nuqqas mill-post tan-negozju
tal-prinċipal bil-permess tal-prinċipal.
Kwalifiki għad-
dħul.
Sostitwit:
A.L. 37 ta’ l-1971;
A.L. 51 ta’ l-1978.
3. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat jew ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’.
Perijodu ta’ taħriġ.
mutur, fitter ġenerali, ħaddiem fi pjanċi tal-metall, kaldaran,
ħaddied, fundatur, welder u panel beater u t-taħriġ teoriku u
prattiku relattiv għalihom għandhom ikunu dawk speċifikati fit-
Taqsima I, fit-Taqsima II, fit-Taqsima III, fit-Taqsima IV, fit-
Taqsima V, fit-Taqsima VI, fit-Taqsima VII, u fit-Taqsima VIII
rispettivament ta’ l-Iskeda.
Obbligu ta’ 
prinċipal.
5. Prinċipal li jimpjega apprendisti taħt dan il-proġett ikun
obbligat li jgħallimhom u jagħtihom faċilitajiet biex jiġu mgħallma
fis-sengħa relattiva skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-proġett.
Klassijiet ta’ 
taghlim.
6. (1) Id-Direttur jista’ jispeċifika b’avviż bil-miktub mogħti
lill-prinċipal dawk il-klassijiet ta’ tagħlim li ma għandhomx jieħdu
iktar minn għaxar sigħat f’kull ġimgħa, li l-apprendisti mpjegati
taħt dan il-proġett għandhom jattendu.
(2) Kull prinċipal hekk avżat għandu jagħti lil kull apprendista
mpjegat taħt dan il-proġett, faċilitajiet biex jattendi dawk il-
2 L.S.343.14 ħ
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16
klassijiet matul il-perijodu kollu ta’ taħriġ.
(3) Jekk xi apprendista jonqos milli jattendi xi klassijiet ta’
tagħlim f’xi ġurnata mingħajr kawża ġusta, il-prinċipal ikollu d-
dritt li jnaqqas mill-paga ta’ l-apprendista ammont ta’ daqs minn
tnax wieħed tar-rata fil-ġimgħa dwar kull nofs ta’ nhar jew parti
minnu ta’ nuqqas:
Iżda meta l-apprendista jkun imħaddem ġimgħa ta’ ħamest
ijiem it-tnaqqis għandu jkun bir-rata ta’ minn wieħed għaxra tar-
rata fil-ġimgħa dwar kull nofs ta’ nhar jew parti minnu ta’ nuqqas.
Sigħat ta’ xogħol u 
sahra.
Sostitwit:
A.L. 47 ta’ l-1970.
7. (1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan
il-proġett ma għandhomx ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull
ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas b’rata
ta’ sahra - ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu - ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Pagi. 8.  Il-pagi li għandhom jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li
għalihom japplika dan il-proġett għandhom ikunu dawk speċifikati
fit-Tieni Skeda:
Iżda apprendista ma jkunx intitolat awtomatikament għall-
ħlas tar-rata ta’ paga ogħla relattiva jekk fil-fehma tad-Direttur ma
jkunx għamel progress sodisfaċenti.
Mistrieħ fil-
ġimgħa.
9. Apprendisti għandhom jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ
f’kull ġimgħa kalendarja.
Vaganzi.
Sostitwit:
A.L. 77 ta’ l-1970;
A.L. 86 ta’ l-1977.
10. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16 ġ L.S.343.14 3
għal tagħlim teoriku.
Leave għal mard.
Kap. 318.
11. (1) Wara li jagħlqu u l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu intitolati għal tnax-il ġurnata leave għal mard
b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju għall-
mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi preżentat ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkunu intitolati għal ebda ħlas ta’ paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ leave għal mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ permess għall-mard ma
għandux jitnaqqas mid-dritt ta’ leave għal mard bi ħlas.
Leave għal luttu.
mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier) iben, bint, ħu u oħt l-
apprendista.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
13. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
Emendata:
A.L. 37 ta’ l-1971.
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 4)
TAQSIMA I
SENGĦA TA’ FITTER TA’ VETTURI BIL-MUTUR
1. Il-perijodu ta’ taħriġ fis-sengħa ta’ fitter ta’ vetturi bil-mutur
għandu jkun ta’ tliet snin fil-każ apprendisti li jkollhom iċ-ċertifikat
Intermediate tas-City and Guilds of London Institute fis-sengħa, jew li
jkunu kisbu livell ekwivalenti għas-sodisfazzjon tad-Direttur qabel ma
daħlu apprendisti, jew ta’ ħames snin fil-każijiet l-oħra kollha.
2. Kull wieħed mill-perijodi speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom
jitqassmu fi tmien sezzjonijiet separati li matul kull waħda minnhom l-
apprendisti jingħataw it-taħriġ teoriku u prattiku speċifikat hawn taħt: 
SEZZJONI I
Xogħol tal-Bank
Introduzzjoni: reviżjoni ta’ tagħrif bażiku; prekawzjonijiet għas-sigurtà ;
prekawzjonijiet ta’ nar u ta’ elettriku; regolamenti ta’ ħwienet tax-xogħol;
xorta ta’ moros tal-bank; metodi kif issir prattika fix-xogħol bl-użu ta’
sega, imrietel, limi u scrapers.
Immarkar sempliċi: l-użu ta’ riga, imrietel, u centre-punch scriber,
divider, skwerra, surface gauge, vee-blocks, mejda ta’ l-immarkar, angle-
plate.
Titqib u Reaming: xorta ta’ trapani; prattika fl-użu ta’ drill braces ta’ l-
idejn u tas-sider; makni ta’ titqib bl-elettriku, ta’ l-idejn u tal-bank; l-użu
tal-morsa ta’ l-idejn; metodi kif jinżamm ix-xogħol, xorta u użu ta’
4 L.S.343.14 ħ
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16
reamers.
Qtugħ ta’ kamini bl-idejn, qtugħ ta’ kamini minn ġewwa; titqib u tapsjar
ta’ Standard, British Standard Whitworth, British Standard Fine, British
Association u vee-threads metriċi; qtugħ ta’ kamini minn barra; użu ta’
mastri li jaġġustaw (mastri split jew sfużi) u die-nuts.
Sinn tal-għodda: angoli ta’ truf u ponot li jaqtgħu; sinn ta’ scrapers u
mwielaq.
Qisien u spezzjonar: Skali ta’ qisien Ingliżi u Metriċi; użu ta’ riga u
kumpass, vernier caliper, height gauge, protractor, mikrometru, gauge tal-
fond, guage biex jitkejjel l-angolu, sett ta’ kombinazzjoni, feeler gauge,
dial-indicator, surface plate, limit gauges u slip gauges.
Prinċipji u istruzzjoni ta’ saldjar, briżar u trattib ta’ metalli.
SEZZJONI II
1. Korrożjoni
Kif tagħraf li hemm, trattament ta’ u metodu ta’ evitar ta’ korrożjoni.
Tindif u kura tal-body; ħasil; lustrar tax-xogħol taż-żebgħa; tindif tal-
makna; żieda ta’ ilma fil-batterija; infiħ ta’ tyres; ċekkjar tar-radiator u
tal-livelli taż-żejt tal-makna; tindif ta’ xogħol taż-żebgħa u tħejjija għal
spray mill-ġdid.
2. Lubrikazzjoni tal-Makna u tax-Chassis
Prekawzjonijiet għas-sigurtà  waqt l-iġġakkjar; użu tajjeb ta’ żjut u
lubrikanti; tiswija u manutenzjoni ta’ tyres; tneħħija, bdil u eżaminar tar-
roti tal-karrozza; eżaminar biex tibbilanċja r-roti.
SEZZJONI III
Elettriku
Prekawzjonijiet għas-sigurtà ; servizz, eżaminar u ċarġjar ta’ batteriji;
servizz u eżaminar ta’ sparking plugs; servizz, tiswija u eżaminar ta’
dynamos u starters; tfittxija tad-difetti fid-dawl u fis-circuits awżiljari;
bdil ta’ bozoz u ħġieġ; servizz tas-sistemi ta’ l-ignition, kontroll tal-
vultaġġ u cut-out.
SEZZJONI IV
Steering u Sospensjoni
Prekawzjonijiet għas-sigurtà ; kwalitajiet ta’ steering u sospensjoni;
ċekkjar ta’ sistemi; aġġustament għad-deterjorar; tiswija u tibdil ta’
partijiet; ċekkjar tal-ġometrija ta’ l-isteering; aġġustament tal-linja tar-roti;
toe-in; camber angle; king pin u inklinazzjoni.
SEZZJONI V
Sistemi ta’ Brejkijiet
Prekawzjonijiet għas-sigurtà ; kwalitajiet ta’ sistemi ta’ brejkijiet eż.
cam-operated, idrawliku, vacuum, servo-assisted, brejkijiet ta’ pressjoni
għolja u ta’ l-arja; taħriġ prattiku fuq chocks ta’ sistema, aġġustar, tiswija u
testjar.
SEZZJONI VI
Sistemi ta’ Trasmissjoni
Prekawzjonijiet għas-sigurtà ; servizz, tiswija u testjar ta’ clutches, gear-
boxes, universal joints, shaft tad-tidwir, u axles ta’ wara.
SEZZJONI VII
Makni Internal u  Combustion 
(Petrol u Compression Ignition)
Prekawzjonijiet għas-sigurtà ; istruzzjoni ġenerali u xogħol prattiku fuq
manutenzjoni u servizz tal-makna, inklużi: 
(a) L-użu ta’ tagħmir ta’ testjar biex jingħarfu difetti.
(b) Ċekkjar għad-deterjorar u clearance korrett tal-partijiet tal-
makna.
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16 ġ L.S.343.14 5
(ċ) Timing tal-valvoli u ta’ l-ignition.
(d) Tneħħija ta’ carbon, iggrindjar u lappjar ta’ valvoli; tneħħija
u tqegħid mill-ġdid tal-gwidi; aġġustar ta’ tappets.
(e) Ċekkjar għad-deterjorar u clearance ta’ bores taċ-ċilindru,
piston  rings, gudgeon pins, crank shaft, bronżini u conrod
alignment.
(f) Żarmar, tindif u armar ta’ karburaturi.
(g) Reboring taċ-ċilindri, tneħħija ta’ carbon u grindjar tal-
valvoli (diesel).
(h) Żarmar ta’ makni fl-ordni korretta.
(i) Twaħħil mill-ġdid u armar ta’ shafts, pistons u connecting
rods.
(j) Aġġustar tal-pompi tal-fuel injector.
(k) Tindif u settjar mill-ġdid ta’ nozzles (injectors).
SEZZJONI VIII
Reviżjoni ġenerali, speċjalizzazzjoni f’waħda mit-Taqsimiet III jew
Taqsimiet IV, V, VI jew Taqsima VII.
Istruzzjoni fis-sewqan.
3. Meta ż-żmien ta’ taħriġ ikun għal tliet snin, is-Sezzjoni I, II, III,
IV, V, VI, VII u VIII għandhom ikunu għal tliet, tliet, tliet, tliet, tliet, tliet,
sitt xhur u tnax-il xahar rispettivament u meta ż-żmien ta’ taħriġ ikun għal
ħames snin is-Sezzjoni I, II, III, IV, V, VI, VII u VIII ikunu għal disa’, sitt,
sitt, erba’, erba’, erba’ xhur u tnax u ħmistax-il xahar rispettivament.
TAQSIMA II
SENGĦA TA’ FITTER ĠENERALI
1. Il-perijodu ta’ taħriġ fis-sengħa ta’ fitter ġenerali għandu jkun ta’
tliet snin fil-każ ta’ apprendisti li jkollhom iċ-ċertifikat Intermediate tas-
City and Guilds of London Institute fis-sengħa jew li jkunu kisbu livell
ekwivalenti għas-sodisfazzjon tad-Direttur qabel il-bidu tat-taħriġ u ta’
ħames snin fil-każijiet l-oħra kollha.
2. Kull wieħed mill-perijodi speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ din it-
Taqsima għandu jinqasam f’sitt sezzjonijiet separati li matul kull waħda
minnhom l-apprendista jingħata t-taħriġ teoriku u prattiku speċifikat hawn
taħt:
SEZZJONI I
Tagħrif bażiku
Prattika fil-ħanut tax-xogħol u taħriġ fil-ħanut biex ikopri l-prinċipji
ġenerali dwar prekawzjonijiet għas-sigurtà ; prevenzjoni ta’ inċidenti;
prekawzjonijiet dwar ħruq u elettriku; l-ewwel sokkors, respirazzjoni
artifiċjali.
L-Ordinanza dwar il-Fabbriki; kura u użu ta’ għodda ta’ l-idejn u
għodda speċjali; użu ta’ mikrometru; għodda ta’ l-immarkar u metodi; użu
ta’ trapani; kwalitajiet ta’ kamini u fejn jintużaw; qtugħ ta’ kamini bit-taps
u bid-dadi; xorta ta’ rivets u fejn jintużaw; konnessjonijiet ta’ irbattir
sempliċi; għodod ta’ l-irbattir u metodi ta’ irbattir; saldjar; użu ta’ blow
lamps u saldaturi; xorta ta’ fluxes użati; kif tagħraf saldatura iebsa u ratba.
SEZZJONI II
Proprjetajiet ta’ Metalli
Komposizzjoni, proprjetajiet fiżiċi u użu għall-inġinerija ta’ ħadid
fondut, azzar mild, azzar medium u high carbon, ramm aħmar, ramm isfar,
bronż bil-fosfru, metall abjad u taħlita ħafifa; identifikazzjoni ta’ metalli
bl-applikazzjoni ta’ eżamijiet sempliċi tal-ħanut tax-xogħol; konvenjenza
ta’ metalli għal saldar artab u iebes, briżar u weldjar.
Korrosjoni
Prekawzjonijiet għas-sigurtà ; kif tagħraf il-korrożjoni; il-kawżi u l-
effetti tagħha; kura u prevenzjoni; kura kontra l-korrożjoni applikata għal
6 L.S.343.14 ħ
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16
metalli; trattamenti temporanji applikati lil metalli għat-tħaris kontra l-
korrożjoni.
Trattament tal-Metalli bis-Sħana
Prekawzjonijiet għas-sigurtà , raġuniiiet għal u effetti ta’ trattamenti bis-
sħana ta’ metalli komuni; normalizzar u effetti ta’ trattib ta’ azzar bil-
karbonju u azzar high speed; proċess ta’ case hardening.
Makni tat-titqib
Minn liema partijiet huma magħmula u tħaddim ta’ makni tat-titqib;
titqib through u blind holes; użu ta’ moros, klampijiet, angle plate, vee-
blocks; metodi kif issinn trapani u għodod ta’ qtugħ; ħeffa u feeds ta’
qtugħ; użu ta’ lubrikanti għal qtugħ.
Ċwani
Introduzzjoni ġenerali għal ċwani u xogħol sempliċi dwar dawn il-
makni.
Strumenti ta’ kejl
Xogħol iktar avvanzat fl-immarkar; użu ta’ vernier height gauge,
vernier calliper, angle plate u surface table; limiti u iffitjar (British
Standard 1916); użu ta’ reamers ta’ l-idejn u mekkaniċi.
Xogħol ta’ Metall
Prekawzjonijiet għas-sigurtà ; użu ta’ għodod u tagħmir tax-xogħol ta’
pjanċi tal-metall; kwalitajiet ta’ sims u joints ta’ pjanċi tal-metall; saldar
artab u briżar; metodi ta’ qtugħ ta’ pjanċi tal-metall meħtieġa fil-
manifattura ta’ clips, stays u brackets; proċessi ta’ irbattir solidi, tubular u
blind; tagħwiġ ta’ tubi u flaring.
3. Wara t-Tieni Sezzjoni l-apprendisti għandhom jidħlu f’waħda
mis-sezzjonijiet speċjali ta’ taħriġ, jiġifieri dik ta’ machine operator u dik
ta’ fitter tal-makni.
FITTER ĠENERALI (MACHINE OPERATOR)
SEZZJONI III
It-Torn
Tornjar ta’ xogħol li jeħtieġ sliding, boring, facing u l-użu ta’ steadies;
l-użu ta’ l-attachment tat-turnjar taper; off-setting tat-tail stock biex isiru
tapers esterni u interni preċiżi; qtugħ ta’ kamini singli u multistart; tornjar
u titqib li jinvolvi xogħol tal-faceplate.
SEZZJONI IV
Il-Makna tal-Milling
Milling ta’ uċuh ċatti b’relazzjoni angulari u ta’ dimensjoni korretta, bl-
użu ta’ face u slot cutters; użu ta’ feed screw dials biex tiġi ottjenuta l-
istock removal massima fir-roughing cuts u l-kontroll ta’ qtugħ ta’ tlestija;
milling li jinvolvi faċċata, faċċata u ġenb u forma jew qtugħ ieħor li
jipproduċi tolerance dwar relazzjoni bejn waħda għall-oħra; użu tad-
dividing head għal gear cutting u operazzjonijiet spiral milling.
SEZZJONI V
Taħriġ prattiku f’waħda jew iżjed minn dawn il-makni li ġejjin:
(a) Ċana: inċanar ta’ uċuh f’relazzjoni right-angled f’setting
wieħed; formar ta’ uċuh angolari u slots.
(b) Mola: molar ċilindriku jew tal-għodda u tal-cutter; l-użu ta’
din il-makna għal xogħol ta’ molar jew is-sinn mill-ġdid ta’
milling cutters.
(c) Makna tas-slotting: użu ta’ din il-makna għall-produzzjoni
ta’ key ways jew splines. 
SEZZJONI VI
Applikazzjoni ġenerali u sodizza fit-taħriġ ta’ qabel.
impieg tal-futur, prospetti u opportunitajiet; taħditiet fuq ix-xogħol tad-
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16 ġ L.S.343.14 7
Direzzjoni, Trade Unions u Impjegati fl-Industrja; tmexxija għat-taħriġ
f’impieg speċjalizzat.
FITTER ĠENERAL (FITTER TAL-MAKNI)
SEZZJONI III
Makna Internal Combustion
Prekawzjonijiet għas-sigurtà ; kompressjoni, ignition, prinċipji ta’ makni
four stroke u two-stroke; tkessiħ, lubrikazzjoni, prinċipji ta’ karburazzjoni
u fuel injection; kostruzzjoni u tħaddim ta’ partijiet komponenti u anċillari;
timing tal-valvoli u ta’ l-ignition; aġġustar tal-karburaturi; pompi tal-fuel
injection u atomisers, inkluż it-timing.
SEZZJONI IV
Makna Internal Combustion (ikompli)
Prekawzjonijiet għas-sigurtà ; prinċipji u applikazzjoni għal torque
loading; żmuntar, tneħħija ta’ karbon, tnaddif, osservazzjoni u immuntar
ta’ partijiet; metodi għall-kejl ta’ deterjorar u clearance ta’ partijiet, eż.
valvoli u valve-seats, crank-shafts, big ends; running in u testjar wara
qlugħ ġenerali; difetti fit-tħaddim u kif jiġu irranġati.
SEZZJONI V
Pressar biż-żejt jew ilma u bl-arja
Prekawzjonijiet għas-sigurtà ; prinċipji ġenerali, kostruzzjoni u
operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ jacking li jaħdmu biż-żejt jew bl-ilma;
xorta ta’ fluwidi ta’ żejt u ilma; prekawzjonijiet fil-mili ta’ reċipjenti;
tiġdid ta’ immuntar tas-seals, metodi ta’ bleeding u prining ta’ sistemi taż-
żejt; kif jinsadd fejn ikun jagħmel f’pajpijiet ta’ pressjoni għolja u f’joints
tal-wiċċ; prinċipji ġenerali, kostruzzjoni u tħaddim ta’ partijiet komponenti
ta’ kompressuri li jaħdmu mal-makna; metodu ta’ lubrikazzjoni; testjar
għad-deterjorar u kondizzjoni ta’ valvoli; aġġustar tal-clutch u taċ-ċineg li
jdawru l-makna; teknika ta’ kif tqabbad u twaqqaf il-makna; difetti waqt il-
ħdim u r-rimedji tagħhom.
SEZZJONI VI
Applikazzjoni ġenerali u sodizza fit-taħriġ ta’ qabel.
Tmexxija: impieg tal-futur, prospetti u opportunitajiet; taħditiet fuq ix-
xogħol tad-Direzzjoni, Trade Unions u Impjegati fl-Industrja; tmexxija
għat-taħriġ f’impieg speċjalizzat.
4. Meta t-taħriġ ikun għal tliet snin, is-Sezzjonijiet I, II, III, IV, V u
VI ikunu ta’ sitt xhur il-waħda; u meta t-taħriġ ikun għal ħames snin is-
Sezzjonijiet I, II, III, IV, V u VI jkunu ta’ sitta, tnax, tmien u tmien u
tmintax-il xahar rispettivament.
TAQSIMA III - SENGĦA TA’ ĦADDIEM FI PJANĊI TAL-METALL
1. Il-perijodu ta’ tagħlim fis-sengħa ta’ ħaddiem fi pjanċi tal-metall
għandu jkun ta’ erba’ snin.
2. Matul dak il-perijodu ta’ taħriġ, l-apprendisti għandhom
jingħataw it-taħriġ teoriku u prattiku kif speċifikat hawn taħt:
(a) Xogħol tal-pjanċi tal-metall li jinkludi - għemil, tiswija,
tqegħid u twaħħil bl-id jew bil-makna ta’ partijiet tal-pjanċi
tal-metall kif ikun meħtieġ inkluż ħdim, martellar, tagħwiġ,
qtugħ, ġonġir, ingulmar, intaljar, wiring, flanging, tiġbid,
ftuħ, għemil ta’ kanali, irbattir, titqib, limar, lixxar ta’ truf,
tapjar, ramjar, stanjar u saldjar ħafif, briżar, trattib ta’
metalli, taħfir, titligħ u lixxar.
(b) Xogħol ġenerali li jinkludi - użu ta’ l-għodod u strumenti tal-
qies adattati; sinn ta’ għodod; tisħin addattat ta’ metalli
differenti; fluxes u l-użu tagħhom; tlestija ta’ oġġetti li jridu
jiġu ibbriżati jew iwweldjati; użu ta’ l-għodda li tagħmel il-
gandotti; il-gilljottina, il-jenny, ir-romblu u l-makna tat-
tagħwiġ.
(ċ) Prekawzjonijiet għas-sigurtà  fil-ħwienet tax-xogħol.
8 L.S.343.14 ħ
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16
(d) Kif jidhirlu l-prinċipal, l-apprendista jista’ jiġi mgħallem
ukoll
JEW
Weldjar bl-Elettriku
(i) Tagħrif tat-tagħmir għall-iwweldjar, li jinkludi: l-użu
tal-ġeneraturi ta’ l-elettriku, reżistenzi, ammeters,
voltmeters, electrodes, użu ta’ l-għodda addattata,
kura u manutenzjoni ta’ dak hawn fuq imsemmi.
(ii) Striking arc jiġifieri d-depożitu ta’ qtar ta’ metall
imdewweb, effett ta’ distortion, l-użu xieraq ta’
kurrenti, distanza xierqa ta’ l-electrode mix-xogħol.
(iii) Xogħol ġenerali ta’ weldjar li jinkludi: preparazzjoni
tax-xogħol għall-iweldjar u posizzjoni u proċedura
tal-weld fuq is-simijiet tan-naħa ta’ barra; xogħol fuq
u madwar pjanċi kwadri; xogħol minn tarf jew ġenb
ta’ pjanċi; pjanċi fuq xulxin; xogħol madwar ċirku,
weldjar ta’ ċirku fuq pjanċa ċatta; kif tifforma passati
ma’ pjanċa mwaqqfa u pjanċa ċatta; passati ċirkolari
f’saqaf kif ukoll madwar pajpijiet
JEW
Weldjar bl-Aċitilena Ossiġenata
Tagħrif ta’ l-impjant għall-iweldjar; użu tal-gassijiet u
ċ-ċilindri, regulaturi, blowpipes u mekkaniżmu ieħor
għall-iweldjar; użu ta’ l-għodda addattata; kura u
manutenzjoni ta’ dak hawn fuq, imsemmi. Kif
tipprepara xogħol għall-iweldjar, posizzjoni u
proċedura ta’ weldjar; ħruq ta’ simijiet bi tlestija
għall-iweldjar; weldjar ta’ truf u kantunieri; xogħol
fuq u madwar pjanċi kwadri; tagħqid ta’ kantunieri;
xogħol ta’ pjanċi fuq xulxin; kif tiwweldja tubu ma
pjanċa u rkejjen f’kantunieri; tagħqid ta’ tubi, tees,
kantumeri, intersezzjonijiet, minkeb; tagħqid flimkien
ta’ metalli differenti; briżar bil-bronż u bil-fidda; it-
teknika kif tapplika s-sħana lokali u totali; mili ta’
uċuħ mikula; kif isiru mill-ġdid uċuħ iebsa; qtugħ bin-
nar; titqib bin-nar; weldjar madwar pajpijiet; tagħqid
ta’ kanen tipiċi, tees, bends, elbows u reducers,
flanġijiet.
TAQSIMA IV - SENGĦA TA’ KALDARAN
1. Il-perijodu ta’ tagħlim fis-sengħa ta’ kaldaran għandu jkun ta’
erba’ snin.
2. Matul dak il-perijodu ta’ taħriġ, l-apprendisti għandhom
jingħataw taħriġ teoriku u prattiku f’dan li ġej:
Il-kura ta’ l-għodda u l-aċċessorji ta’ kaldaran; saldjar, stanjar,
saldjar biċ-ċarruta, briżar bil-fidda; briżar ta’ flanġijiet u pjanċi tal-metall
bil-forġa, gass, aċitilena, ossiġenu u blowpipe; tagħwiġ ta’ pajpijiet tal-
metalli kollha; manufattura ta’ pajpijiet mill-pjanċi; espansjonijiet; coils
tal-pajpijiet, tankijiet, heaters ta’ l-istim, geysers, silencers, landi ta’ l-
ilma, imbibet u borom; mili ta’ bronżini, bushes, metallic packing, trust
blocks u bronżini kbar; prekawzjonijiet għas-sigurtà  fil-ħwienet tax-
xogħol.
TAQSIMA V - SENGĦA TA’ ĦADDIED
1. Il-perijodu ta’ tagħlim fis-sengħa ta’ ħaddied għandu jkun ta’
ħames snin.
2. Matul kull waħda minn dawn is-snin, l-apprendisti għandhom
jingħataw it-taħriġ teoriku u prattiku speċifikat hawn taħt: 
L-EWWEL SENA
Taħriġ Teoriku Taħriġ Prattiku
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16 ġ L.S.343.14 9
IT-TIENI SENA
IT-TIELET SENA
IR-RABA’ SENA
L-Ewwel sitt xhur
WELDJAR BL-AĊITILENA OSSIĠENATA
Teorija elementari tal-forġa. Użu ta’ l-inkwina tal-forġa.
Operazzjonijiet ġenerali bil-
forġa.
Kif isir bil-ponta materjal
kwadru,  tond jew ċatt.
Il-forġa tal-ħaddied tax-xorta
miftuħa jew vojta.
Ingast u tiġbid ta’ sezzjoni
kwadra ma’ sezzjoni tonda.
Kif tqabbad u żżomm in-nar. Ingast u tiġbid ta’ sezzjoni tonda
ma’ sezzjoni kwadra.
Metallurġija elementari, ħadid u
azzar.
Kif tbiddel il-forma ta’ materjal
tond u kwadru.
Użu tal-qisien u kumpassi.
Tiġbid ta’ ponta ta’ l-iskarpell,
ponta kwadra, ponta tonda.
Taħriġ Teoriku Taħriġ Prattiku
Stima ta’ materjal meħtieġ għal
xogħol tal-forġa.
Ingast, tiġbid u għemil ta’ kanali.
Kalkolu tal-piż approssimattiv
kull pied ta’ vireg tal-ħadid u azzar.
Formar, twessiegħ u titqib ta’
collars.
Stima ta’ tulijiet approssimattivi
ta’ materjal meħtieġ għal tiġbid u
xogħol tal-jumping.
Tgħawwiġ ta’ angoli bir-rokna
kwadra.
Tifsir u natura ta’ weldjar bin-nar. Għoti ta’ forma ibbuzzata,
tagħwiġ u ġogiljar.
Kondizzjonijiet ġenerali meħtieġa
biex tiwweldja tajjeb.
Għemil ta’ shackle pins u strap
hinges.
Xorta ta’ weldjar jew scarf. Xogħol bil-forġa ta’ xorta
komuni ta’ fastening, jointings u
connections, ħfief u tqal.
Taħriġ Teoriku Taħriġ Prattiku
Xogħol bil-forġa ta’ azzar ta’ l-
għodda.
Xogħol tal-forġa.
Temperatura tal-forġa. Produzzjoni ta’ bubini, wrench
hooks, double eye lever, lever arms,
stays, box spanners, ċappetti, viti
thumb, vireg accentric, reversing
lever, vireg li jikkonnettu, brake
shafts, staneg, ċrieki.
Sħana addattata għal ħadid u
azzar.
Taħriġ Teoriku Taħriġ Prattiku
Sistemi ta’ pressjoni għolja u
pressjoni baxxa.
Id-depożitu ta’ qtar fuq wiċċ ċatt.
Tagħmir ta’ weldjar bi pressjoni
għolja.
Weldjar ta’ kantunieri bl-użu ta’
filler rods, butt welds, fillet welds,
tee joints.
Regolaturi ta’ pressjoni. Weldjar ta’ ħadid fondut bil-
bronż.
Blowpipes u l-bekk. Kif tibni fuq ħadid fondut.
Manka u konnessjonijiet tal-gass. Qtugħ ta’ pjanċi u ta’ pajpijiet bl-
aċitilena ossiġenata.
10 L.S.343.14 ħ
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16
WELDJAR BL-ELETTRIKU
Meta ma jkunx hemm faċilitajiet ta’ weldjar, għandhom isiru
arranġamenti biex l-iwweldjar isir fi stabbiliment approvat għal hekk mid-
Direttur tax-Xogħol, taħt it-tmexxija ta’ għalliema li jkollhom esperjenza.
IR-RABA’ SENA
It-tieni sitt xhur
IL-ĦAMES SENA
TAQSIMA VI - SENGĦA TA’ FUNDATUR
1. Il-perijodu ta’ tagħlim fis-sengħa ta’ fundatur għandu jkun ta’
erba’ snin.
2. Matul dak il-perijodu ta’ tagħlim, l-apprendisti għandhom
jingħataw taħriġ teoriku u prattiku f’dan li ġej:
(a) Xogħol tal-Fonderija inkluż: il-kura u l-użu ta’ l-ghodda tal-
fonderija u l-aċċessorji; infurmar bir-ramel frisk biex
L-immuntar ta’ tagħmir.
Prekawzjonijiet għas-sigurtà  u
kura tat-tagħmir.
Il-fjamma tal-blowpipe.
Metodi ta’ weldjar u
manipulazzjoni tal-blowpipe.
Teknika ta’ l-iwweldjar.
Preparazzjoni ta’ joints għal azzar
artab.
Applikazzjoni ta’ weldjar tal-
bronż fuq ħadid fondut.
Taħriġ Teoriku Taħriġ Prattiku
Prinċipji ġenerali ta’ l-iwweldjar
bl-elettriku.
Id-depożitu ta’ qtar kontinwu
f’posizzjoni ċatta.
Weldjar ta’ joint imrikkba
f’posizzjoni ċatta.
Tagħmir ta’ l-iwweldjar.
Weldjar bl-elettriku; prekawzjo-
nijiet għas-sigurtà .
Weldjar ta’ tee joints.
Weldjar mad-dawra u fl-irkejjen.
Weldjar ta’ pjanċi tal-metall light
gauge.
Taħriġ Teoriku Taħriġ Prattiku
Materjal u l-użu tiegħu. Prattika fit-trattib, tqawwija u fit-
tempra ta’ azzar ta’ l-għodda.
Metallurġija elementari ħadid u
azzar.
Għemil ta’ għodda.
Punches, drifts, jullers sets, hot
sets, swages, hand mandrel, bolster
for harrow tal-ħadid.
Taħriġ Teoriku Taħriġ Prattiku
Is-sħana addattata ta’ ħadid u
azzar.
Xogħol tal-forġa ta’ rkejjen,
xikel, ganġ, aċċessorji ta’ katina.
Kif tinnormalizza, trattab,
tqawwi, temperatura ta’ qawwa,
tgħaddas fl-ilma għat-tempra u
tagħti forma.
Għodda li terfa’ biha.
Xogħol tal-forġa għal metalli li
ma jkunx fihom ħadid.
Terminoloġija wżata fis-sengħa
ta’ ħaddied.
Għemil ta’ molol, trattib,
normalizzazzjoni u temprar.
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16 ġ L.S.343.14 11
tipproduċi xogħol tal-fondut, billi tuża’ taqlib ta’ taħt fuq,
tgħaddis u forom miftuħin; infurmar bir-ramel xott; infurmar
bit-tafel; tagħmel l-animi fit-tafal u fir-ramel taż-żejt; taħlit
u titwib ta’ metalli li ma fihomx ħadid biex isiru legaturi;
tidwib ta’ giża u ħadid fondut antik biex isir ħadid fondut
ġdid; kif jaħdem u l-forn kif tiksih, kif isir il-qliegħ, kif tibni
t-toqba ta’ l-iskart u t-toqba tal-ħadid imdewweb, kif timla’
l-forn bil-faħam, bil-ħadid u bil-ġebel tal-ġir, kif tiftaħ it-
toqba biex joħroġ il-ħadid u tagħlaqha.
(b) Ramel għall-forom: minn x’hiex hu magħmul u l-
proprjetajiet fiżiċi tiegħu.
(ċ) Metalli li fihom il-ħadid u metalli li ma fihomx ħadid:
karatteristiċi u proprjetajiet fiżiċi.
(d) Legaturi (komuni): minn x’hiex huma magħmula u l-
proprjetajiet fiżiċi tagħhom.
(e) Fuel: Faħam tal-ħaġra, faħam tal-kokk u żejt, l-użu tagħhom
fix-xogħol ta’ fonderija; kif isir il-faħam tal-kokk mill-
faħam tal-ħaġra.
(f) Prekawzjonijiet għas-sigurtà  fil il-ħwienet tax-xogħol.
TAQSIMA VII - SENGĦA TA’ WELDER
1. Il-perijodu ta’ tagħlim fis-sengħa ta’ welder għandu jkun ta’ erba’
snin.
2. Matul kull waħda minn dawk is-snin, l-apprendisti għandhom
jingħataw it-taħriġ teoriku u prattiku kif speċifikat hawn taħt:
L-EWWEL SENA
Taħriġ Teoriku Taħriġ Prattiku
Trattament ġenerali ta’ prinċipji
bażiċi u l-proċess ta’ l-iwweldjar;
paragun fil-qosor ma’ metodi oħra
ta’ kif tgħaqqad il-metalli.
Introduzzjoni fit-tagħmir tal-
ħanut ta’ l-iwweldjar.
Prekawzjonijiet għas-sigurtà  fl-
iwweldjar bl-aċitilena ossiġenata u
weldjar bl-elettriku b’mod
partikolari l-mod korrett ta’ earthing
ta’ tagħmir ta’ l-elettriku,
protezzjoni ta’ l-għajnejn u tal-wiċċ
matul l-iwweldjar u l-qtugħ.
Impjant ta’ weldjar; filler rods;
electrodes u x-xogħol tagħhom;
regolamenti dwar l-iwweldjar;
protezzjoni ta’ tagħmir ta’ l-
iwweldjar; l-evitar ta’ ħela ta’
electrodes; materjal u l-kwalitajiet
tiegħu għall-iwweldjar; metodi tal-
ħanut tax-xogħol biex jingħaraf il-
ħadid u l-azzar.
Magazzinaġġ u kif tuża’
b’sigurezza ċ-ċilindri tal-gass,
prekawzjonijiet għall-ħruq.
Prekawzjonijiet għas-sigurtà  li
għandhom jiġu mħarsa fl-użu tat-
tagħmir.
Aċitilena Ossiġenata Aċitilena Ossiġenata
Xogħol ta’ komponenti ta’
pressjoni baxxa u għolja fis-sistema
ta’ weldjar bl-aċitilena ossiġenata.
Metodi ta’ ċilindri li jissupplixxu l-
aċitilena ossiġenata, kontenuti u rata
ta’ ħruġ.
Armar u tħaddim ta’ tagħmir ta’
weldjar bl-aċitilena ossiġenata;
aġġustament ta’ fjamma u
pressjonijiet ta’ gass addattati għal
daqsijiet ta’ bekk differenti dwar
xogħol li jkun qed isir.
Struttura ta’ ossidemu tal-fjamma
ta’ aċitilena ossiġenata ta’ settjar ta’
fjamma u l-użu tagħhom,
temperaturi u applikazzioni.
(Azzar Artab)
Depożitu ta’ qtar fuq wiċċ ċatt
mingħajr l-użu tal-filler rod.
Għażla tal-bekk korrett u d-daqs
ta’ filler rods; kontroll tal-veloċità
tal-gass u kif jeffettwa l-prattika ta’
l-iwweldjar.
Weldjar ta’ kantunieri mingħajr l-
użu ta’ filler rods.
Depożitu ta’ qtar b’filler rod fuq
wiċċ ċatt.
12 L.S.343.14 ħ
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16
IT-TIENI SENA
Manipulazzjoni tal-filler rod u
tal-blow pipe; kif jeffettwaw il-ħeffa
ta’ l-iwweldjar. Teknika ta’ l-
iwweldjar tal-ward tax-xellug u l-
ward tal-lemin; angolu tal-blow
pipe, u tal-filler rod. Vantaġġi u
limitazzjonijiet. Metodi ta’ bidu
mill-ġdid għall-evitar ta’ ħofor.
Bini ta’ saffi ta’ metall ta’ l-
iwweldjar biex isiru welds tar-rokna
b’filler rod.
Għemil ta’ butt welds.
Għemil ta’ lap welds.
Għemil ta’ fillet welds u ta’ tee
joints.
Weldjar f’posizzjoni wieqfa.
Weldjar f’post f’saqaf.
Weldjar ta’ materjal light gauge.
Weldjar bl-Elettriku Weldjar bl-Elettriku
Deskrizzjoni ta’ funzjoniijet
bażiċi u sempliċi ta’ kurrent li
jinbidel u tagħmir ta’ weldjar bl-
elettriku bil-kurrent dirett,
gradazzjoni tal-kurrent, ċirkuwitu
stabbillit u voltaġġ għall-iwweldjar.
Armar u tħaddim ta’ kurrent li
jinbidel u tagħmir ta’ weldjar bl-
elettriku bil-kurrent dirett.
L-electric arc u x-xogħol tiegħu
f’electrodes li jinħlew u li ma
jinħlewx, weldjar bl-elettriku.
Kif tixgħel u żżomm l-
aġġustament tal-kurrent ta’ l-arc, u
l-qawwa tal-kurrent addattata għal
daqsijiet ta’ l-electrodes u ħxuniet
ta’ pjanċi differenti.
Fffetti prodotti minn kisi bl-
electrode difettuż.
Teknika ta’ Iwweldjar bl-
Elettriku. (Fuq azzar artab).
Sezzioni tal-valur tal-kurrent
korrett għad-daqs ta’ l-electrode.
Kif iżżomm u tikser l-arc; l-
angolu li żżomm l-electrode max-
xogħol; weaving ta’ l-electrode;
ħofra u penetrazzjoni ta’ l-arc; it-tul
ta’ l-arc u vultaġġ ta’ l-arc; qawwa
ta’ kurrent għall-iwweldjar;
stabbilità  ta’ l-arc; arc blow.
Effett tat-tibdil fil-voltaġġ ta’
provvista.
Metodi kif tqabbad l-arc, ksur ta’
l-arc, tqabbid mill-ġdid, effetti tal-
kontroll tas-slag tal-kurrent tat-tul
ta’ l-arc, ħeffa, angolu ta’ l-
electrode f’posiżzjonijiet differenti.
Għażla tat-tip ta’ joint, plain butt
joint, single vee butt joint, double
vee butt joint, double U butt joint,
single vee tee joint, single fillet lap
joint, double fillet lap joint, flush
corner joint, joint tar-rokna nofs
tond, joint tar-rokna sħiħa,
intermitted welds, tack weld; qisien
ta’ welds, rinfurzar ta’ welds;
posizzjoni tal-welds, mindud jew
wieqaf; wieqaf fuq; wieqaf isfel;
f’saqaf.
Kwantità  ta’ metall depożitat.
Deskrizzjoni sempliċi ta’ tagħmir
anċillari għall-iwweldjar u għodod
meħtieġa għall-iwweldjar bl-
aċitilena ossiġenata u bl-elettriku.
Kwalitajiet ta’ preparazzjoni
għall-iwweldjar, metodu ta’
preparazzjoni, settjar ta’ gaps.
Taħriġ Teoriku Taħriġ Prattiku
Aċitilena Ossiġenata Aċitilena Ossiġenata
Teknika ta’ weldjar għall-għemil
ta’ butt lap u tee joints.
Weldjar bil-gass ta’ pajpijiet ta’
azzar artab li jkunu f’posizzjoni li
jduru jew f’posizzjoni fissa.
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16 ġ L.S.343.14 13
IT-TIELET SENA
Effett tal-forma ta’ fellet weld,
leg length u throat thickness.
Weldjar ta’ tubi light gauge, butt
weld, seam weld, tubi ma’ uċuħ
ċatti; weldjar ta’ pjanċa mqegħda
ma’ tubi; pjanċa insert ma’ tubi; tee
joint fit-tubi; weldjar ta’ pjanċi fi
truf is-saqaf ma’ tubi; lattice tubing;
joints.
Kif tagħraf difetti f’joints
iwweldjati bil-gass kif imfissra bil-
Bitish Standard 1295.
Deskrizzjoni sempliċi ta’ blow
pipe għall-iwweldjar bil-gass għas-
sistemi bi pressjoni baxxa u bi
pressjoni għolja; regolamenti, kura u
operazzjoni ta’ pressjoni tal-gass fi
stadju wieħed u f’diversi stadji,
prekawzjonijiet għas-sigurtà .
Weldjar bil-bronż fuq pjanċi ta’ l-
azzar artab bi ħxuniet differenti.
Weldjar bil-bronż ta’ lap joints.
Weldjar bil-bronż ta’ ħadid
fondut.
Weldjar bl-Elettriku Weldjar bit-tidwib ta’ ramm
aħmar.
Proċedura u teknika ta’ weldiar
għall-għemil ta’ butt, lap u tee fillet
joints fuq pjanċi u joints tal-
pajpijiet.
Briżar fuq il-bronż u ramm
aħmar.
Weldjar ta’ ħadid fondut, b’filler
rods tal-ħadid fondut.
Deskrizzjoni sempliċi ta’ mpjant
ta’ l-iwweldjar li jaħdem fuq kurrent
li jinbidel jew kurrent dirett.
Bini fuq pjanċi tal-ħadid fondut.
Weldjar ta’ aluminju fuq pjanċi 1/
16", 1/8", 1/4" u 1/2".
Konnessjonijiet ta’ tagħmir ta’ l-
iwweldjar mal-main ta’ l-elettriku;
arranġamenti ta’ earthing; użu ta’
tagħmir għall-kejl fl-iwweldjar bl-
elettriku.
Lap joint, fillet weld fuq tee
joints, weld tat-tarf, kantuniera ta’
barra.
Weldjar bl-Elettriku
Ammeters, voltmeters, long test
ammeters.
Bini ta’ saffi ta’ metall ta’ l-
iwweldjar fuq wiċċ ċatt.
Kapaċità  għall-iwweldjar bl-
elettriku ta’ diversi metalli.
Bini ta’ shaft jew wiċċ tond.
Weldjar ta’ pajpijiet ta’ l-azzar
artab f’posizzjoni li jduru jew
f’posizzjoni fissa. 
Weldjar ta’ tubi; weldjar ta’ tee
joint fit-tubi; weldjar ta’ planċi fi
truf is-saqaf fuq tubi.
Weldjar ta’ lattice tubing joints.
Weldjar ta’ ħadid wrought; ħadid
li jkollu perċentaġġ baxx ta’
karbonju, azzar high tensile.
Weldjar ta’ ħadid fondut.
Weldjar ta’ azzar li ma
jissaddadx.
Weldjar ta’ ramm aħmar, ramm
isfar, phosphor bronze u aluminju.
Weldjar ta’ azzar galvanizzat.
Weldjar bil-metodu step back.
Weldjar bil-block sequence.
Weldjar bil-wandering
sequences.
Taħriġ Teoriku Taħriġ Prattiku
14 L.S.343.14 ħ
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16
Qtugħ bl-Aċitilena Ossiġenata,
kimika tal-qtugħ bl-aċitilena
ossiġenata; effetti tal-qtugħ ta’ l-
azzar; proċessi ta’ qtugħ bl-aċitilena
ossiġenata.
Qtugħ ta’ pjanċi bl-aċitilena
ossiġenata.
Prinċipji ġenerali ta’ qtugħ bil-
fjamma.
Qtugħ għad-dritt bl-użu ta’
gwida; qtugħ ta’ pjanċi, testaturi
diversi ta’ preparazzjoni tal-weld.
Teknika tal-qtugħ bil-fjamma. Tisħin bl-egħrik ta’ weldjar fuq
il-joint iwweldjata.
Qtugħ bil-fjamma bl-idejn. Qtugħ ta’ ħxuniet differenti ta’
pjanċi.
Qtugħ bil-fjamma bil-makna. Qtugħ ta’ pajpijiet, vireg
angolati, vireg forma tee, vireg
forma I.
Teknika ta’ operazzjoni waħda ta’
l-iwweldjar bil-gass ’il fuq
f’direzzjoni vertikali, teknika tan-
naħa tal-lemin; vantaġġi u
limitazzjonijiet.
Qtugħ ta’ toqob tondi bl-użu tat-
trammel gauge.
Iwweldjar ta’ pajpijiet bil-gass
biex jifilħu pressjoni qawwija.
Teknika ta’ l-iwweldjar ’il fuq u
’l isfel f’direzzjoni vertikali.
Vantaġġi u limitazzjonijiet.
Weldjar ta’ pjanċi ta’ l-azzar
artab fil-fabbrikazzjoni u fit-tiswija.
Butt welds f’pajpijiet ta’ azzar
artab bl-iwweldjar bl-idejn bl-użu
tal-metal arc.
Qtugħ ta’ skorfini fuq boltijiet
mingħajr ma ssir ħsara lill-kamini.
Il-ħtieġa li azzar li jiġi trattat bis-
sħana jiġi msaħħan minn qabel.
Weldjar ta’ butt, lap u fillet joints
f’linji ta’ pajpijiet.
Teknika ta’ l-iwweldjar għat-
tiswija u manutenzjoni ta’ ħadid
fondut.
Kif bċejjeċ deterjorati f’tagħmir
ta’ l-inġinerija jiġu irranġati.
Kawżi ta’ diformazzjoni matul u
wara l-iwweldjar. Kontroll tad-
diformazzjoni.
Kif partijiet deterjorati li ma
fihomx ħadid f’tagħmir ta’ l-
inġinerija jiġu irranġati.
Difetti ġenerali fil-welds kif
jidhru fi spezzjon bl-għajn,
eżaminar fil-ħanut tax-xogħol,
eżamijiet mikroskopiċi kif imfissra
fil-British Standard 1295. Kawżi u
rimedji ta’ difetti.
Aktar prattika fit-teknika right
ward u left ward.
Weldjar bl-Elettriku
Butt welds fi pjanċi bejn il-1" u ż-
2" f’posizzjoni downhand.
Provi sempiiċi fil-ħwienet tax-
xogħol - bend test, nick and oil weld
tests.
Double vee butt welds fi pjanċi
ta’ ħxuna bejn in-1/2" u t-3/4"
f’posizzjoni vertikali.
Tqegħid ta’ straight runs fuq
pjanċa ta’ ħxuna approssimattiva ta’
3/8" f’posizzjoni overhead.
Fillet welded tee joints fi pjanċa
ta’ ħxuna approssimattiva ta’ 3/16"
f’posizzjoni overhead.
Tqegħid ta’ pads b’ħafna saffi
b’azzar li jiflaħ għad-deterjorar
f’posizzjoni vertikali.
Weldjar ta’ flanġijiet 3/8" sa 1/2"
ma’ pajpijiet. L-iwweldjar għandu
jsir bit-tidwir.
Weldjar fil-post ta’ fergħat tal-
joints ta’ pajpijiet li jkunu ndaqs
jew mhux indaqs.
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16 ġ L.S.343.14 15
IR-RABA’ SENA
L-Ewwel sitt xhur
Butt joints, biċ-ċrieki tal-backing,
f’pajpijiet ta’ dijametru bejn iż-2" u
l-4".
Multi run weld f’azzar li jiġi
trattat bis-sħana biex tiġi murija l-
ħtieġa ta’ tisħin minn qabel, biex
jiġu evitati tendenzi ta’ tixqieq
Kif partijiet deterjorati f’tagħmir
ta’ l-inġinerija jiġu irranġati.
Tiswija ta’ ħadid fondut
f’makkinarju u tagħmir.
Taħriġ Teoriku Taħriġ Prattiku
Aċitilena Ossiġenata Aċitilena Ossiġenata
Filler rods għal ħtiġiet ta’
iwweldjar bil-gass kif imfisser fil-
British Standard 1453.
Kisi bil-bronż bit-tqegħid ta’ qtar
dritt sopprapost fuq uċuħ ċilindriċi.
Teknika ta’ weldjar bil-gass
f’weldjar bil-fusion u weldjar bil-
bronż.
Ħadid fondut jew pajp ta’ l-azzar.
Weldjar bl-Elettriku Butt u fillet joints bejn metalli
diversi 1/16" ramm aħmar ma’
ramm isfar, galvanizzat ma’ ramm
aħmar, ċomb ma’ ramm isfar jew
ramm aħmar.
Klassifika ta’ electrodes għall-
użu fl-iwweldjar bl-elettriku kif
imfisser fil-British Standard 1719.
Teknika ta’ weldjar fil-ħadid
fondut għal welds li jinħadmu bil-
makna.
Weldjar bil-bronż ta’ butt, tee u
lap joints fi pjanċi tar-ramm aħmar
ta’ 1/16" u 1/8".
Xjenza elementari ta’ l-
iwweldjar, espansjoni u
kontrazzjoni. Kejl ta’ temperatura,
kondizzjoni, konvensjoni u
radjazzjoni; kwalitajiet mekkaniċi
ta’ metalli komuni.
L-iwweldjar bil-bronż ta’ bell
joints u branch pipe joint f’tubu tar-
ramm aħmar bein il-1" u ż-2".
Il-briżar bil-fjamma ta’ tee u lap
joints f’aluminju ta’ ħxuna ta’ 1/16"
u 1/8".
Weldjar ta’ forom li ma jkunx
fihom ħadid li jkunu jeħtieġu tisħin
minn qabel b’mod partikolari forom
ta’ l-aluminju, forom li jkollhom iż-
żingu bħala bażi u forom ta’ legaturi
bil-magnesium.
Tiswija ta’ forom li ma fihomx
ħadid fi fran tal-magħdum bl-użu ta’
faħam jew fjamma bil-gass bl-arja,
fusion għal kollox u weldjar bil-
bronż.
Il-forma mill-ġdid ta’ snin tal-
gass kbar tal-ħadid fondut, bl-
istaddjar u bit-tqegħid ta’ bronż.
Butt welds f’azzar austenitic fuq
1/16" sa 1/8" fil-posizzjoni
downhand u vertikali.
16 L.S.343.14 ħ
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16
IR-RABA’ SENA
It-tieni sitt xhur
Matul dan il-perijodu l-apprendisti għandhom jispeċjalizzaw f’taqsima
partikolari ta weldjar applikat li tiġi magħżula mid-Direttur li jżomm
quddiem għajnejh kemm il-ħtiġiet tal-prinċipal kif ukoll ix-xewqat u l-
kapaċità  ta’ l-apprendista.
TAQSIMA VIII - SENGĦA TA’ PANEL BEATER
1. Il-perijodu ta’ tagħlim fis-sengħa ta’ panel beater għandha tkun
ta’ erba’ snin.
2. Matul dak il-perijodu ta’ tagħlim, l-apprendisti għandhom
jingħataw it-taħriġ teoriku u prattiku speċifikat hawn taħt: 
(a) Xogħol ta’ panel beating li jinkludi: għemil, tiswija, tqegħid
u twaħħil bl-id jew bil-makna ta’ partijiet tal-pjanċi tal-
metall kif ikun meħtieġ magħdud ħdim, martellar, tagħwiġ,
qtugħ, ġonġir, intaljar, tidwir, tiġbid, ftuħ, għemil ta’ kanali,
irbattir, titqib, limar, lixxar ta’ truf, ramjar, stanjar, saldjar
ħafif u tagħbija, briżar, trattib ta’ metalli, taħfir, titligh u
lixxar.
(b) Xoghol ġenerali li jinkludi: użu ta’ l-għodda adattata u
strumenti għall-qies; sinn ta’ għodda; tisħin adattat ta’
metalli differenti; pasta ta’ l-issaldjar u l-użu tagħha; tlestija
ta’ oġġetti li jridu jiġu ibbriżati jew iwweldjati; kif tuża l-
għodda għall-giljottina, il-jenny machine u makna tar-
rumblar.
(ċ) Weldjar bl-Aċitilena Ossiġenata - tagħrif ta’ l-impjant għall-
iwweldjar; użu tal-gassijiet u taċ-ċilindri, regulaturi, blow
pipes u mekkaniżmu ieħor għall-iwweldjar; użu ta’ l-għodda
adattata; kura u manutenzjoni ta’ dak imsemmi hawn fuq.
Kif tipprepara x-xogħol ghall-iwweldjar fl-aħjar posizzjoni li
tista’ u skond il-proċedura tal-weldjar; tidwib ta’ metalli
biex isir il-weldjar; weldjar tat-truf u kantunieri; xogħol fuq
u madwar pjanċi kwadri; tagħqid ta’ kantunieri; xogħol ta’
pjanċi fuq xulxin; kif tiwweldja tubu ma’ pjanċa u rkejjen
f’kantunieri; tagħqid ta’ tubi; tees, kantunieri,
intersezzjonijiet, minkeb; briżar bil-bronż; it-teknika kif
tapplika s-sħana lokalizzata u totali; mili ta’ uċuħ; qtugħ bin-
nar; titqib bin-nar; weldjar madwar kanen, tagħqid ta’ kanen
komuni, minkeb għamla T, minkbejn u reducers.
Butt u fillet joints bejn metalli
differenti 1/4" ramm isfar ma’ azzar
artab, azzar bil-manganese ma’
azzar b’ligatura baxxa, azzar li ma
jsaddadx ma’ azzar artab, ħadid
fondut ma’ azzar artab.
L-iwweldjar ta’ ħadid fondut li
jkun jeħtieġ tisħin għal kollox minn
qabel, tisħin lokalizzat minn qabel
jew tisħin indirett minn qabel
b’electrodes li jkun fihom u li ma
jkunx fihom il-ħadid.
Il-kisi iebes ta’ ħadid fondut bejn
3/8" sa 1/2" bl-użu tat-teknika tal-
buttering.
L-użu ta’ electrodes li jkun fihom
u li ma jkunx fihom il-ħadid għall-
iwweldjar ta’ uċuħ miksura tas-
sezzjoni ħoxna fuq ħadid fondut.
Weldjar ta’ pajpijiet ta’ pressjoni
qawwija ta’ diversi ħxuniet
f’posizzjoni ta’ rotazzjoni u fissa.
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16 ġ L.S.343.14 17
(d) Prekawzjonijiet għas-sigurtà  fil-ħwienet tax-xoghol.
(e) Fuq għażla tal-prinċipal l-apprendista jista’ jiġi mgħallem
ukoll 
JEW
Weldjar bl-Elettriku
(i) Tagħrif tat-tagħmir għall-iwweldjar li jinkludi: l-użu
tal-ġeneraturi ta’ l-elettriku, reżistenzi, ammeters,
voltmeters, electrodes, użu ta’ l-għodda addattata,
kura u manutenzjoni ta’ dak hawn fuq imsemmi.
(ii) Striking arc jiġifieri d-depożitu ta’ qtar ta’ metall
imdewweb, effett ta’ distortion, l-użu xieraq ta’
kurrent, distanza xierqa ta’ l-electrode mix-xogħol.
(iii) Xogħol ġenerali ta’ weldjar li jinkludi - preparazzjoni
tax-xogħol għall-iwweldjar u posizzjoni u proċedura
tal-weld; weldjar fuq is-simijiet tan-naħa ta’ barra;
xogħol, fuq u madwar pjanċi kwadri; xogħol minn tarf
jew ġenb ta’ pjanċi; pjanċi fuq xulxin; xogħol madwar
ċirku; weldjar ta’ ċirku fuq pjanċa ċatta; kif tifforma
passati ma’ pjanċa mwaqqfa u pjanċa ċatta; passati
ċirkolari f’saqaf kif ukoll madwar pajpijiet.
JEW
Weldjar bl-Aċitilena Ossiġenata
Tagħrif ta’ l-impjant għall-iwweldjar; użu tal-gassijiet
u ċ-ċilindri, regulaturi, blow pipes u mekkaniżmu
ieħor għall-iwweldjar; użu ta’ l-għodda addattata;
kura u manutenzjoni ta’ dak hawn fuq imsemmi. Kif
tipprepara x-xogħol għall-iwweldjar, posizzjoni u
proċedura ta’ weldjar; ħruq ta’ sims bi tlestija għall-
iwweldjar; weldjar ta’ truf u kantunieri; xogħol fuq u
madwar pjanċi kwadri; tagħqid ta’ kantunieri; xogħol
ta’ pjanċi fuq xulxin; kif tiwveldja tubu ma’ pjanċa u
rkejjen f’kantunieri; tagħqid ta’ tubi, tees, kantunieri,
intersezzjonijiet, minkeb, tagħqid flimkien ta’ metalli
differenti; briżar bil-bronż u bil-fidda; it-teknika kif
tapplika s-sħana lokali u totali; mili ta’ uċuħ mikula;
kif isiru mill-ġdid uċuħ iebsa; qtugħ bin-nar; titqib
bin-nar; weldjar madwar pajpijiet; tagħqid ta’ kanen
tipiċi, tees, bends, elbows u reducers, flanġijiet.
Sostitwita:
A.L. 37 ta’ l-1971;
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 8)
Pagi li jitħallsu lill-Apprendisti
Il-pagi li jitħallsu lill-apprendisti fis-snajja’ imsemmija
f’dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
(a) meta t-tagħlim ikun għal tliet snin:
Sena: Pagi fil-
ġimgħa
L-ewwel .................................... Lm14.56,0
It-tieni ....................................... Lm16.57,0
It-tielet ...................................... Lm18.57,0
(b) meta t-tagħlim ikun għal erba’ snin:
Sena: Pagi fil-
ġimgħa
18 L.S.343.14 ħ
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA 
LI JAGĦMLU MAGĦHA- PROĠETT NRU. 16
L-ewwel .................................... Lm10.55,0
It-tieni ....................................... Lm13.22,0
It-tielet ...................................... Lm15.90,0
Ir-raba’ ..................................... Lm18.57,0
(ċ) meta t-tagħlim ikun għal ħames snin:
Sena: Pagi fil-
ġimgħa
L-ewwel .................................... Lm10.55,0
It-tieni ....................................... Lm12.55,0
It-tielet ...................................... Lm14.56,0
Ir-raba’ ..................................... Lm16.57,0
Il-ħames .................................... Lm.18.57,0.
