PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA LI 
JAGĦMLU MAGĦHA (DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI) ġ L.S.343.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.15
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U 
SNAJJA LI JAGĦMLU MAGĦHA
(DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI)
12 ta’ Mejju, 1970
L-AVVIŻi LEGALI 46 u 78 ta’ l-1970, konsolidati.
Titolu.
Mekkanika u Snajja’ li jagħmlu magħha (Disposizzjonijiet
Transitorji).
Ħinijiet ta’ xogħol 
u sahra ta’ 
apprendisti.
2. Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal
dawk l-apprendisti li għalihom it-tħaddim tal-Proġett Nru 3
magħmul bin-G.N. 434 ta’ l-1952 ma kienx imħassar bl-artikolu 13
tal-Proġett ta’ l-1970 dwar l-Inġinerija Mekkanika u Snajja’ li
Jagħmlu Magħha (Proġett Nru. 16):
"(1) Il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ apprendisti ma għandhomx
ikunu iktar minn disa’ sigħat f’kull ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-
sahra bl-approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi
dawk il-kondizzjo-nijiet li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’
ħlas li ġejjin:
(a) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn disa’ sigħat
kuljum: ħin u nofs;
(b) għal kull ħin ta’ xogħol iżjed minn ħamsa u
erbgħin siegħa f’kull ġimgħa eskluż kull ħin
imħallas b’rata ta’ sahra: ħin u nofs;
(ċ) għal kull ħin ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi
tas-soltu: ħin doppju.
(2) Apprendisti taħt l-età  ta’ 16-il sena ma jistgħux jiġu
mħaddma bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-
ġurnata ta’ wara.".
Vakanzi tas-soltu u 
vakanzi bi ħlas.
3. Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal
dawk l-apprendisti li għalihom it-tħaddim tal-Proġett Nru 3
magħmul bin-G.N. 434 ta’ l-1952 ma kienx imħassar bl-artikolu 13
tal-Proġett ta’ l-1970 dwar l-Inġinerija Mekkanika u Snajja’ li
Jagħmlu Magħha (Proġett Nru. 16):
"Wara li jaghmlu l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jkunu ntitolati f’kull sena kalendarja għal -
(a) ħmistax-il ġurnata bi ħlas f’vakanzi tas-soltu jew
inkella fid-diskrezzjoni tal-prinċipal; u
(b) hmistax-il ġurnata vakanza bi ħlas li għandhom
jittieħdu fi ġranet bi ftehim mal-prinċipal:
Iżda -
(a) meta vakanza tas-soltu taħbat f’ġurnata tal-Ħadd
jew f’ġurnata oħra ta’ mistrieħ għall-
istabbiliment konċernat, id-dritt ta’ vakanza għal
2 L.S.343.15 ħ
PROĠETT DWAR L-INĠINERIJA MEKKANIKA U SNAJJA LI 
JAGĦMLU MAGĦHA (DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI)
dik il-ġurnata jintilef; u
(b) vakanzi ma għandhomx jittieħdu f’ġurnata li l-
apprendista għandu jattendi l-iskola għal
tagħlim ta’ teorija.".
