PROĠETT DWAR FITTERS TA’ 
L-ELETTRIKU - PROĠETT NRU. 18 ġ L.S.343.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.16
PROĠETT DWAR FITTERS TA’ L-ELETTRIKU
- PROĠETT NRU. 18
16 ta’ April, 1971
L-AVVIŻ LEGALI 28 ta’ l-1971, kif emendat bl-Avviżi Legali 124 ta’ l-
1976, 61 u 86 ta’ l-1967, 51 ta’ l-1978 u 80 ta’ l-1979.
Titolu u 
applikazzjoni.
Kap. 343.
1. It-titolu ta’ dan il-Proġett hu Proġett dwar Fitters ta’ l-
Elettriku - Proġett Nru. 18 - u għandu japplika għas-sengħa ta’
fitter ta’ l-elettriku f’stabbiliment, liema xogħol qed jiġi b’dan
jissejjaħ sengħa skond it-tifsir u għall-finijiet ta’ l-Att dwar is-
Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
2. F’dan il-proġett, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-Ħadd) dikjarati għal dak
iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar il-Jum
Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xogħol u tinkludi kull uffiċjal
tad-Dipartiment tax-Xogħol awtorizzat minnu bil-miktub kif imiss
biex jaġixxi minfloku;
"sigħat tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
apprendisti jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ, iżda nkluż kull
perijodu ta’ tagħlim speċifikat mid-Direttur jew nuqqas mill-post
tan-negozju tal-prinċipal bil-permess tal-prinċipal.
Kwalifiki għad-
dħul.
Emendat:
A.L. 51 ta’ l-1978.
3. (a) Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista
taħt il-proġett speċifikat fit-Taqsima I ta’ l-Iskeda
kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat jew ir-raba’ sena
ta’ Skola Sekondarja jew il-kors kollu ta’ l-Iskola tas-
Snajja’.
(b) Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista
taħt dan il-proġett specifikat fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda
kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx spiċċat b’mod
sodisfaċenti kors tekniku approvat li jwassal għal
Ċertifikat fl-Eżami Intermediate tas-City and Guilds
tal-London Institute fis-sengħa relattiva jew għal-
Liċenza A ta’ l-Electrical Wireman jew jekk ma tkunx
għaddiet eżami miktub jew orali jew it-tnejn ta’ dak il-
livell.
Perijodu ta’ taħriġ.
għalih għandhom ikunu dawk speċifikati fit-Taqsima I u fit-
Taqsima II, skond il-każ, ta’ l-Ewwel Skeda.
Obbligu ta’ 
prinċipal.
5. Prinċipal li jħaddem apprendisti skond dan il-proġett ikun
obbligat li jħarriġhom u jagħtihom il-faċilitajiet li jitħarrġu skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan il-proġett.
2 L.S.343.16 ħ
PROĠETT DWAR FITTERS TA’ 
L-ELETTRIKU - PROĠETT NRU. 18
Klassijiet ta’ 
istruzzjoni.
6. (1) Id-Direttur jista’ jispeċifika b’avviż bil-miktub mogħti
lill-prinċipal dawk il-klassijiet ta’ istruzzjoni li l-apprendisti
mpjegati taħt dan il-proġett għandhom jattendu. Dawk il-klassijiet
ma għandhomx jieħdu iżjed minn għaxar sigħat f’kull ġimgħa.
(2) Kull prinċipal hekk avżat għandu jagħti lil kull apprendista
mpjegat taħt dan il-proġett, il-faċilitajiet biex jattendi dawk il-
klassijiet matul il-perijodu kollu ta’ tagħlim.
(3) Jekk xi apprendista ma jattendix xi klassijiet ta’ istruzzjoni
f’xi ġurnata mingħajr raġuni ġusta, il-prinċipal ikollu d-dritt li
jnaqqas mill-paga ta’ l-apprendista tnaqqis ta’ minn tnax wieħed
tar-rata fil-ġimgħa dwar kull nofs ta’ nhar jew parti minnu li jonqos
li jattendi:
Iżda meta l-apprendista jkun imħaddem ġimgħa ta’ ħamest
ijiem it-tnaqqis għandu jkun bir-rata ta’ minn għaxra wieħed tar-
rata fil-ġimgħa dwar kull nofs ta’ nhar jew parti minnu li jonqos li
jattendi.
Sigħat ta’ xogħol u 
sahra.
7. (1) Is-sigħat ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan il-
proġett ma għandhomx ikunu iżjed minn disa’ sigħat f’kull ġurnata:
Iżda l-prinċipali jistgħu jħaddmu apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għall-ħin kollu maħdum iżjed minn disa’ sigħat kuljum
- ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu maħdum iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’xi ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas bir-rati ta’
sahra - ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu maħdum fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu - ħin doppju.
(2) L-apprendisti ta’ taħt is-16-il sena ma jistgħux ikunu
mpjegati bejn il-11 p.m. ta’ jum u s-6 a.m. tal-jum ta’ wara.
Pagi. 8. Il-pagi li għandhom jitħallsu lill-apprendisti taħt dan il-
proġett ikunu dawk speċifikati fit-Tieni Skeda.
Iżda apprendista ma jkunx awtomatikament intitolat għall-
ħlas tal-paga ogħla relattiva kemm-il darba fil-fehma tad-Direttur
ma jkunx żamm progress sodisfaċenti.
Mistrieħ fil-
ġimgħa.
9. L-apprendisti jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ f’kull
ġimgħa kalendarja.
Vaganzi.
Sostitwit:
A.L. 86 ta’ l-1977.
10. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
PROĠETT DWAR FITTERS TA’ 
L-ELETTRIKU - PROĠETT NRU. 18 ġ L.S.343.16 3
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
Leave għal mard.
Kap. 318.
11. (1) Wara li jagħmlu l-ewwel sitt xhur ta’ tagħlim, l-
apprendisti jkollhom dritt għal għoxrin ġurnata leave għal mard
b’paga sħiħa f’kull sena kalemdarja nieqes kull benefiċċju għal
mard li għalih jista’ jkollhom dritt taħt l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali:
Iżda ċertifikat mediku li jiċċertifika irnkapaċità  għax-
xogħol li jkopri l-perijodu ta’ nuqqas għandu jingħata lill-prinċipal,
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina lill-apprendista.
(2) L-apprendisti ma jkollhomx dritt għall-ħlas ta’ xi paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ leave għal mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet bla ħlas ta’ leave għal mard ma
jitnaqqasx mid-dritt għal leave għal mard bi hlas.
Leave għal luttu.
mewt ta’ xi ħadd mnnn dawn li ġejjin: il-mara ta’, ir-raġel ta’,
omm, missier (jew il-persuna li dak iż-żmien kienet fil-fatt qed
tagħmilha ta’ omm jew missier skond il-każ), iben, bint, ħu jew oħt,
l-apprendista.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
13. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 4)
SENGĦA TA’ FITTER TA’ L-ELETTRIKU
TAQSIMA I
Proġett ta’ Ħames Snin
1. (1) Il-perijodu ta’ tagħlim fis-sengħa ta’ Fitter ta’ l-
Elettriku għal persuni li ma jkollhomx iċ-Ċertifikat Intermediate
tas-City and Guilds jew Liċenza A ta’ Electrical Wireman, ikun ta’
ħames snin.
(2) Dak il-perijodu għandu jkun maqsum f’erba’ partijiet
separati li minnhom l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ jkunu għal
perijodu ta’ tnax-il xahar, tmintax-il xahar, erbgħa u għoxrin xahar
u sitt xhur rispettivament.
2. Matul kull wieħed minn dawk il-partijiet, l-apprendisti
4 L.S.343.16 ħ
PROĠETT DWAR FITTERS TA’ 
L-ELETTRIKU - PROĠETT NRU. 18
jingħataw taħriġ teoriku u prattiku kif speċifikat hawn taħt:
Parti I - L-Ewwel Tnax-il Xahar
 Perijodu ta’ Induzzjoni
Kura u użu tajjeb ta’ għodda ta’ l-idejn komuni bħal imrietel,
mazzi, furmaturi, limi, srieraq, pnietel, tornaviti, spanners, tnalji
(inklużi dawk ta’ l-elettriċisti u dawk bil-ponot tondi), shears,
imqassijiet (inklużi mqassijiet ta’ l-elettriċisti għall-qtugħ u tqaxxir
ta’ cables żgħar. Markar sempliċi. Taħriġ fl-użu ta’ limi, segi,
imrietel u furmaturi ċatti, riga, skwerra u kumpass. Taħriġ fil-
maniġġ ta’ metalli li ma fihomx ħadid u materjali ta’ iżolament.
Taħriġ fl-użu ta’ pnietel, trapani ta’ l-idejn, tapsijiet u dadi,
tornaviti u spanners. Konnessjonijiet ta’ wajerjar elettriku sempliċi
ta’ fili flessibbli ma’ fittings ta’ l-elettriku. Użu ta’ tagħmir ta’ kejl
bħal dividers, gauges tal-wire, blokka ta’ l-immarkar u gauge tal-
fond. Saldjar artab. Introduzzjoni ta’ għodod u materjali ta’ saldjar.
Użu, kura u manutenzjoni ta’ saldaturi. Taħriġ fi-istannjar u l-
ġonġir ta’ partijiet stannjati. Eżaminar biex wieħed jara jekk il-
ġonġituri humiex tajbin u ħżiena. Saldjar ta’ fili komuni bħal V.R.I.
u P.V.C. sa ġonġituri 7/1.6 mm. (7/.064) imżewwġa u Tee. Saldjar
ta’ flexes u komponenti żgħar ma’ tags u tag-boards. Introduzzjoni
ta’ xogħol sempliċi tat-torn.
Parti II - It-Tmintax-il Xahar ta’ Wara
Iwwajerjar u Eżaminar ta’ Servizz ta’ Dawl u Power
Sweating lugs fuq cables u preparazzjoni tat-truf tal-cable. L-
egħmil u l-użu ta’ jigs u templates sempliċi, manifatturar ta’
ġonġituri f’bus bars, markar u titqib ta’ panewijiet. Użu tajjeb ta’
trapani ta’ l-elettriku u makni tat-titqib. Prekawzjonijiet ta’
sigurezza. Metodi ta’ kif iżżomm ’l isfel il-bċejjeċ tax-xogħol. Użu
ta’ coolants. Tagħrif ta’ strumenti ta’ kejl li l-aktar jintużaw bħal
megger, voltmeter u ampermeter. Għemil ta’ ċirkuwiti tad-dawl
aktar diffiċli bi switches two-way u intermedjarji. Tqassim ta’
ċirkuwiti tad-dawl u tas-sħana, bini ta’ dawk iċ-ċirkuwiti minn
unità  tal-kontroll ta’ konsumaturi. Aktar taħriġ fis-sistema ta’
wajerjar inklużi ċirkuwiti tondi u aċċessorji għal użu domestiku u
industrjali. Tħaris tar-Regolamenti I.E.E. u prekawzjonijiet ta’
earthing. Wajerjar ta’ ċirkuwiti ta’ muturi u tad-dawl fil-kanen.
Parti III - L-Erbgħa u Għoxrin Xahar ta’ Wara
Stallazzjoni u Manutenzjoni ta’ Makkinarju u Tagħmir
Tneħħija u twaħħil ta’ pulleys, tibdil ta’ ball-bearings minn
xaftijiet ta’ mutur elettriku. Użu ta’ mikrometri, feelers u dial.
Żmuntar, tindif, eżaminar u tibdil ta’ partijiet danneġġati, immuntar
mill-ġdid u eżaminar ta’ muturi elettriċi u switch-gear. Eżaminar
ta’ reżistenza ta’ iżolazzjoni. Eżaminar u tiswija ta’ gear tal-
kontroll, manifattura ta’ partijiet żgħar difettużi u rewinding ta’
overload u contactor coils. Tindif ta’ commutators u tqegħid ta’
brushes. Armature drop test. Skimmjar ta’ commutators u fondir
tal-mica. Kura u iċċarġjar ta’ batteriji. Tfittix ta’ ċirkuwiti u
preparazzjoni ta’ disinni ta’ ċirkuwitu. Eżaminar biex jinstabu
difetti f’muturi, f’apparati u f’ċirkuwiti. Illanjar ta’ muturi u
makkinarju, coupling dirett u drives biċ-ċinga oħra. Sejba ta’ difetti
PROĠETT DWAR FITTERS TA’ 
L-ELETTRIKU - PROĠETT NRU. 18 ġ L.S.343.16 5
u eżaminar ta’ transformers ta’ l-iwweldjar u tal-power.
Prekawzjonijiet ta’ sigurezza qabel ma jinbeda x-xogħol. Immuntar
ta’ makni bil-pedestal u ċekkjar ta’ l-ispazju ta’ l-arja. Tfittix u
sejba ta’ difetti aktar diffiċli f’muturi, f’apparati u f’ċirkuwiti.
Parti IV - L-Aħħar Sitt Xhur
Matul l-aħħar sitt xhur ta’ tagħlim, l-apprendisti jispeċjalizzaw fi
kwalunkwe fergħa partikolari ta’ xogħol, li tintagħżel mid-Direttur
meta jieħu in konsiderazzjoni l-ħtiġiet tal-prinċipal u x-xewqa u l-
kapaċitajiet ta’ l-apprendista.
TAQSIMA II
1. (1) Il-perijodu ta’ taħriġ fis-sengħa ta’ Fitter ta’ l-Elettriku
għal persuni li jkollhom iċ-ċertifikat Intermediate tas-City and
Guilds jew Liċenza A ta’ l-Electrical Wireman, ikun ta’ tliet snin.
(2) Dak il-perijodu għandu jitqassam f’erba’ partijiet spparati
li minnhom l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ jkunu għal perijodu
ta’ tliet xhur, disa’ xhur, tmintax-il xahar u sitt xhur rispettivament.
 2. Matul kull waħda minn dawk il-partijiet, l-apprendisti
jingħataw it-taħriġ teoriku u prattiku speċifikat hawn taħt:
Parti I - L-Ewwel Tliet Xhur
Perijodu ta’ Induzzjoni
Kura u użu tajjeb ta’ għodda ta’ l-idejn komuni bħal imrietel,
mazzi, furmaturi, limi, srieraq, pnietel, tornaviti, spanners, tnalji
(inklużi dawk ta’ l-elettriċisti u dawk bil-ponot tondi), shears,
imqassijiet (inklużi mqassijiet ta’ l-elettriċisti għall-qtugħ u tqaxxir
ta’ cables żgħar). Markar sempliċi. Taħriġ fl-użu ta’ limi, segi,
imrietel u furmaturi ċatti, riga, skwerra u kumpass. Taħriġ fil-
maniġġ ta’ metalli li ma fihomx ħadid u materjali ta’ iżolament.
Taħriġ fl-użu ta’  pniezel, trapani ta’ l-idejn, tapsijiet u dadi,
tornaviti u spanners. Konnessjonijiet ta’ wajerjar etettriku sempliċi
ta’ fili flesibbli ma’ fittings ta’ l-elettriku. Użu ta’ tagħmir ta’ kejl
bħal dividers, gauges tal-wire, blokka ta’ immarkar u gauge tal-
fond. Saldjar artab. Introduzzjoni ta’ għodod u materjali ta’ saldjar.
Użu, kura u manutenzjoni ta’ saldaturi. Taħriġ fl-istannjar u l-
ġonġir ta’ partijiet stannjati. Eżaminar biex wieħed jara jekk il-
ġonġituri humiex tajbin jew ħżiena. Saldjar ta’ fili komuni bħal
V.R I. u P.V.C. sa ġonġituri 7/1.6 mm. (7/.064) imżewwġa u Tee.
Saldjar ta’ flexes u komponenti żgħar ma’ tags u tag-boards.
Introduzzjoni ta’ xogħol sempliċi tat-torn.
 Parti II - Id-Disa’ Xhur ta’ Wara
Iwwajerjar u Eżaminar ta’ Servizz ta’ Dawl u Power
Sweating lugs fuq cables u preparazzjonijiet tat-truf tal-cable. L-
egħmil u l-użu ta’ jigs u templates sempliċi, manifatturar ta’
ġonġituri f’bus bars, markar u titqib ta’ panewijiet. Użu tajjeb ta’
trapani ta’ l-elettriku u makni tat-titqib. Prekawzjonijiet ta’
sigurezza. Metodi ta’ kif iżżomm ’l isfel il-bċejjeċ tax-xogħol. Użu
ta’ coolants. Tagħrif ta’ strumenti ta’ kejl li l-aktar li jintużaw -
bħal megger, voltmeter u ampermeter. Għemil ta’ ċirkuwiti tad-
dawl aktar diffiċli bi switches two-way u intermedjarji. Tqassim ta’
6 L.S.343.16 ħ
PROĠETT DWAR FITTERS TA’ 
L-ELETTRIKU - PROĠETT NRU. 18
ċirkuwiti tad-dawl u tas-sħana, bini ta’ dawk iċ-ċirkuwiti minn
unità  tal-kontroll tal-konsumaturi. Aktar taħriġ fis-sistema ta’
wajerjar inklużi ċirkuwiti tondi u aċċessorji għal użu domestiku u
industrjali. Tħaris tar-Regolamenti I.E.E. u prekawzjonijiet ta’
earthing. Wajerjar ta’ ċirkuwiti ta’ mutur u tad-dawl fil-kanen.
Parti III - It-Tmintax-il Xahar ta’ Wara
Stallazzjoni u Manutenzjoni ta’ Makkinarju u Tagħmir
Tneħħija u twaħħil ta’ pulleys, tibdil ta’ ball-bearings minn
xaftijiet ta’ mutur elettriku. Użu ta’ mikrometri, feelers u dial.
Żmuntar, tindif u tibdil ta’ partijiet danneġġati, immuntar mill-ġdid
u eżaminar ta’ muturi elettriċi u switchgear. Eżaminar ta’
reżistenza ta’ iżolazzjoni. Eżaminar u tiswija ta’ gear tal-kontroll,
manifattura ta’ partijiet żgħar difettużi u rewinding ta’ overload u
contactor coils. Tindif ta’ commutators u tqegħid ta’ brushes.
Armature drop test. Skimmjar ta’ commutators u fondir tal-mica.
Kura u iċċarġjar ta’ batteriji. Tfittix ta’ ċirkuwiti u preparazzjoni
ta’ disinni u ċirkuwiti. Eżaminar biex jinstabu difetti f’muturi,
f’apparati u f’ċirkuwiti. Illanjar ta’ muturi u makkinarju, coupling
dirett u drivers biċ-ċinga oħra. Sejba ta’ difetti u eżaminar ta’
transformers ta’ l-iwweldjar u tal-power. Prekawzjoniiiet ta’
sigurezza qabel ma jinbeda x-xogħol. Immuntar ta’ makni bil-
pedestal u ċekkjar ta’ l-ispazju ta’ l-arja. Tfittix u sejba ta’ difetti
aktar diffiċli f’muturi, f’apparati u f’ċirkuwiti.
Parti IV - L-Aħħar Sitt Xhur
Matul l-aħħar sitt xhur ta’ tagħlim, l-apprendisti jispeċjalizzaw fi
kwalunkwe fergħa partikolari ta’ xogħol, li tintagħżel mid-Direttur
meta jieħu in konsiderazzjoni l-ħtiġiet tal-prinċipal u x-xewqa u l-
kapaċitajiet ta’ l-apprendista.
Sostitwita:
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 8)
Pagi li għandhom jitħallsu lil Apprendisti
Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ msemmija
f’dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
(a) meta t-tagħlim ikun għal ħames snin:
Sena Pagi fil-
ġimgħa
L-Ewwel ................................... Lm10.55,0
It-Tieni ..................................... Lm12.55,0
It-Tielet ..................................... Lm14.56,0
Ir-Raba’ .................................... Lm16.57,0
Il-Ħames ................................... Lm18.57,0
(b) meta t-tagħlim ikun għal tliet snin:
Sena Pagi fil-
ġimgħa
PROĠETT DWAR FITTERS TA’ 
L-ELETTRIKU - PROĠETT NRU. 18 ġ L.S.343.16 7
L-Ewwel ................................... Lm14.56,0
It-Tieni ..................................... Lm16.57,0
It-Tielet ..................................... Lm18.57,0.
