PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17 ġ L.S.343.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.17
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ L-ISTAMPA
- PROĠETT NRU. 17
11 ta’ Ġunju, 1971
L-AVVIŻ LEGALI 43 ta’ l-1971, kif emendat bl-Avviżi Legali 124 ta’ l-
1976, 61 u 86 ta’ l-1967, 51 ta’ l-1978 u 80 ta’ l-1979.
Titolu u 
applikazzjoni.
Kap. 343.
1. It-titolu ta’ dan il-Proġett hu Proġett dwar is-Sengħa ta’ l-
Istampa - Proġett Nru. 17 - u għandu japplika għas-snajja’ ta’ (a)
Stampatur tal-Letterpress u (b) Stampatur ta’ l-Offset, liema
xogħlijiet qed jissejjħu snajja’ skond u għall-finijiet ta’ l-Att dwar
is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977.
Kap. 252.
2. F’dan il-proġett, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-Ħadd) dikjarati għal dak
iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar il-Jum
Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xogħol u tinkludi kull uffiċjal
tad-Dipartiment tax-Xogħol awtorizzat minnu bil-miktub kif imiss
biex jaġixxi minfloku;
"sigħat tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
apprendisti jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ, iżda nkluż kull
perijodu ta’ tagħlim speċifikat mid-Direttur jew nuqqas mill-post
tan-negozju tal-prinċipal bil-permess tiegħu;
"stabbiliment magħruf" tfisser l-Istitut ta’ St Patrick’s jew l-
Istitut ta’ San Gużepp jew kull stabbiliment ta’ livell li jipparaguna
magħhom li jkun magħruf bħala tali mill-Ministru tax-Xogħol,
Impiegi u Sigurtà .
Kwalifiki għad-
dħul.
Sostitwit:
A.L. 51 ta’ l-1978.
3. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendista taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun spiċċat jew ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’.
Perijodu ta’ taħriġ.
dan il-proġett ikun ta’ erba’ snin:
Iżda perijodu jew perijodi li b’kollox ma jkunux iżjed minn
tnax-il xahar jistgħu jitnaqqsu mil-imsemmija perijodu ta’ erba’
snin jekk l-apprendista juri għas-sodisfazzjon tad-Direttur li, wara
li jkun għamel xi kors xieraq ta’ stabbiliment magħruf, ikollu
tagħrif kompetenti ta’ xi proċess jew proċessi speċifikati fil-Parti II
tat-Taqsimiet I u II ta’ l-Iskeda.
(2) It-taħriġ teoriku u prattiku li jingħata lill-apprendisti
għandu jkun skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda.
Obbligi tal-
prinċipal.
5. Prinċipal li jħaddem apprendisti taħt dan il-proġett ikun
obbligat li jgħallimhom u jagħtihom faċilitajiet li jitgħallmu fis-
sengħa relattiva skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-proġett.
2 L.S.343.17 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17
Klassijiet ta’ 
istruzzjoni.
6. (1) Id-Djrettur jista’ jispeċifika b’avviż mogħti bil-miktub
lill-prinċipal il-klassijiet ta’ istruzzjoni li apprendisti mpjegati taħt
dan il-proġett għandhom jattendu; dawk il-klassijiet ma
għandhomx jieħdu aktar minn għaxar sigħat f’ġimgħa waħda.
(2) Kull prinċipal hekk avżat għandu jagħti lil kull apprendist
mpjegat taħt dan il-proġett faċilitajiet biex jattendi dawk il-
klassijiet matul il-perijodu ta’ taħriġ.
(3) Jekk xi apprendist jonqos li jattendi xi klassi ta’ istruzzjoni
f’xi ġurnata mingħajr raġuni xierqa, il-prinċipal ikun jista’ jnaqqas
mil-paga ta’ l-apprendist ammont ta’ daqs minn tnax wieħed tar-
rata fil-ġimgħa għal kull nofs ta’ nhar jew parti minnu ta’ nuqqas:
Iżda meta apprendist jitħaddem ġimgħa ta’ ħamest ijiem it-
tnaqqis għandu jkun bir-rata ta’ minn għaxra wieħed tar-rata fil-
ġimgħa għal kull nofs ta’ nhar jew parti minnu ta’ nuqqas.
Sigħat ta’ xogħol u 
sahra.
7. (1) Is-sigħat ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan il-
proġett ma għandhomx ikunu iżjed minn disa’ sigħat f’kull ġurnata:
Iżda prinċipali jistgħu jimpjegaw apprendisti bis-sahra bl-
approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet
li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ ħlas li ġejjin:
(a) għall-ħin kollu maħdum iżjed minn disa’ sigħat kull
jum: ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu maħdum iżjed minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin imħallas bir-rati
ta’ sahra: ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu maħdum fil-ġurnata ta’ mistrieħ fil-
ġimgħa: ħin doppju.
(2) L-apprendisti taħt is-sittax-il sena ma jkunux jistgħu jiġu
mpjegati bejn il-11 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
Pagi.
Sostitwit:
A.L. 124 ta’ l-
1976;
A.L. 61 ta’ l-1977;
A.L. 80 ta’ l-1979.
8. Il-pagi li jitħallsu lil apprendisti fis-snajja’ li għalihom
japplika dan il-proġett għandhom ikunu kif ġej:
Mistrieħ fil-
ġimgħa.
9. L-apprendisti jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ kull
ġimgħa kalendarja. 
Vaganzi.
Sostitwit:
A.L. 86 ta’ l-1977.
10. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ granet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
Sena Paga fil-
ġimgħa
L-Ewwel ................................... Lm10.55,0
It-Tieni ..................................... Lm13.22,0
It-Tielet ..................................... Lm15.90,0
Ir-Raba’ .................................... Lm18.57,0.
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17 ġ L.S.343.17 3
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal anqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax normalment jittieħed f’xi
ġurnata li fiha l-apprendist ikun meħtieġ jattendi skola
għal tagħlim teoriku.
Leave għal mard.
Kap. 318.
11. (1) Wara li jagħmlu l-ewwel sitt xhur ta’ tagħlim, l-
apprendisti jkollhom dritt għal għoxrin ġurnata leave għal mard
b’paga sħiha f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju għall-
mard li għalih ikollhom dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali:
Iżda ċertifikat mediku li jiċċertifika inkapaċità  għax-
xogħol li jkopri l-perijodu ta’ nuqqas għandu jingħata lill-prinċipal,
li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamma lill-apprendist.
(2) L-apprendisti ma jkollhom dritt għal ħlas ta’ ebda paga
għall-ewwel tliet ijiem ta’ kull perijodu ta’ leave għal mard:
Iżda n-numru ta’ ġranet ta’ leave għal mard bla ħlas ma
għandhomx jitnaqqsu mid-dritt għal-leave għal mard bi ħlas.
Leave għal luttu.
mewt ta’ xi ħadd minn dawn li ġejjin: mart, ir-raġel ta’, omm,
missier (jew il-persuna li dak iż-żmien kienet fil-fatt qed tagħmilha
ta’ omm jew missier skond il-każ), iben, bint, ħu jew oħt, l-
apprendist.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
13. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
Emendata:
A.L. 51 ta’ l-1978.
SKEDA
(Artikolu 4)
TAQSIMA I
SENGHA TA’ STAMPATUR TAL-LETTERPRESS
1. Il-perijodu ta’ taghlim fis-sengħa ta’ Stampatur tal-
Letterpress għandu jkun ta’ erba’ snin maqsum f’żewġ partijiet kif
ġej:
L-EWWEL PARTI
2. L-ewwel parti għandha ddum sena u tkun maqsuma f’żewġ
perijodi ta’ sitt xhur il-wieħed li matulhom l-apprendisti jingħataw
tahriġ teoriku u prattiku kif ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
Introduzzjoni għas-Sengħa
Tqegħid fil-post ta’ garżelli, prova mill-vantaġġ u xogħol li
4 L.S.343.17 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17
għandu x’jaqsam ma’ dan; tqassim tal-garżella; is-sistema tal-
punti; qisien ta’ l-ispazli; point line; point set; għemil ta’ miżura;
komposizzjoni ta’ xogħol diġà  stampat; ġustifikazzjoni tal-vers;
prinċipji ġenerali ta’ l-ispazjar; il-qbid ta’ tipi; użu ta’ vantaġġ;
għeluq; ġbid tal-provi; markar ta’ min jikkoreġi l-provi;
korrezzjonijiet; skomponiment; żbarazzar.
Arranġament ta’ Paġna ta’ Gazzetta
L-arranġament ta’ paġna minn versi; id-daqs tal-format; rigi u
borduri; rigi u cut-offs; numri tal-paġni; varjazzjonijiet tad-data; il-
pjan u l-paġna; intestaturi u l-kliem relattivi għall-blokki.
IT-TIENI PERIJODU TA’ SITT XHUR
Tagħlim biex tittieħed kura tal-makna u struzzjonijiet dwar il-
funzjoni ta’ diversi partijiet tagħha; is-sistema tal-punti; l-użu ta’
għodod u materjal; għeluq tal-forom u tqeghid f’makna; prattika
fuq platini li jieħdu l-karta bl-idejn; armar tal-mastra; regular ta’
pressjoni; tqegħid u ranġar ta’ xogħlijiet sempliċi; irpar tas-sigurtà .
Makni tal-Platina
Tagħrif fuq il-makna tal-platina; pressa li taħdem b’sistema
vertikali u li tieħu l-karta awtomatikament; għażla ta’ armar skond
ix-xorta tal-forma; aġġustar ta’ makni; kontroll ta’ linka u
pressjoni.
PARTI II
3. Wara l-Ewwel Parti, l-apprendisti jintefgħu għal wieħed
mis-sitt fergħat ta’:
(a) Komposizzjoni bl-Idejn;
(b) Komposizzjoni bil-Makna;
(ċ) Tħaddim ta’ Keyboard tal-Monotype;
(d) Tħaddim ta’ Caster tal-Monotype;
(e) Stampar bil-Letterpress;
(f) Legatura ta’ kotba u Warehousing; u
(g) Stampar ta’ Tikketti u Żigarelli.
KOMPOSIZZJONI BL-IDEJN
Fil-każ ta’ apprendisti li jiehdu l-Komposizzjoni bl-Idejn bħala l-
fergħa speċjali tat-tagħlim tagħhom, il-Parti II tat-tagħlim tagħhom
tinqasam f’sitt perijodi ta’ sitt xhur il-wieħed li matulhom
jingħataw taħriġ teoriku u prattiku kif ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
Makni ta’ l-Ikkastjar tax-Xorta Ludlow, Elrod jew Nebitype
Versi b’tipi varjati; bjanki; tqassim ta’ tabelli; forom bir-rigi;
replika tal-vers; xogħol tar-riga komplikat - mimdud u wieqaf.
IT-TIENI PERIJODU TA’ SITT XHUR
Arranġament ta’ Paġna ta’ Gazzetta
Settjar sempliċi u intestaturi li jkunu dejjem l-istess; programmi;
previżjonijiet u riżultati; sotto-intestaturi; l-effett ta’ spazju bejn il-
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17 ġ L.S.343.17 5
versi; ir-relazzjom ta’ daqs tat-tipa u miżura; stil ta’ introduzzjoni
f’kolonna waħda; stil ta’ introduzzjoni f’żewġ kolonni; avviżi
żgħar; reklami maħduma b’ittri varjati; settjar ta’ l-ewwel ittri
mniżżlin - skond is-sengħa.
IT-TIELET PERIJODU TA’ SITT XHUR
Settjar minn manuskritti; użu ta’ metodi għal kalkolazzjonijiet
ta’ l-oriġinal; interlini u materjal ta’ l-ispazjar; tqegħid tajjeb ta’ l-
inizjali; dħul ’l ġewwa fil-versi; settjar mill-ġdid ta’ reklami.
Prinċipji Ġenerali tat-Tipi
Tifsir ta’ l-oriġinal; għażla ta’ karattri tat-tipi addattati għall-
oriġinal; arranġament bil-bordura u bi spazjar għall-bilanċ, kuntrast
u aggruppar; skwerjar; spazjar bejn l-ittri, kliem u versi; użu ta’
ħafna spazju; marġini; posizzioni tat-tipi fuq il-karta; metodu ta’
kif tqiegħed tajjeb it-tipi f’posthom waqt li tkun tiskomponi.
IR-RABA’ PERIJODU TA’ SITT XHUR
Xoghol Ġenerali u Kummerċjali
Stationery tan-negozju; formuli kummerċjali; biljetti; kartolini;
tikketti; programmi; menus; listi tal-prezzijiet; xogħol tat-tabelli
bir-rigi u mingħajrhom; karti tal-bilanċ; intestaturi ta’ kotba tal-
kontijiet.
Ħeffa Minima: 650 ens korretti kull siegħa f’komposizzjoni
komuni.
IL-ĦAMES PERIJODU TA’ SITT XHUR
Xogħol tal-Kotba
Paġni faċċata ta’ xulxin, intestatura ta’ kull paġna, numru tal-
paġni, marġini, intestaturi tal-kapitoli, il-paġna ta’ quddiem u ta’
wara li jinsabu fi ktieb.
IS-SITT PERIJODU TA’ SITT XHUR
Settjar liberu ta’ diversi stili; maniġġ ta’ kwalunkwe xogħol; stil
ta’ l-uffiċċju. Impaġnar ta’ kotba u kull xogħol ieħor.
Ħeffa Minima: 1,000 ens korretti fis-siegħa f’settjar ta’
komposizzjoni komuni u xogħol ta’ kolonni.
KOMPOSIZZJONI BIL-MAKNA
Fil-każ ta’ apprendisti li jsegwu Komposizzjoni bil-Makna bħala
l-fergħa speċjali tagħhom ta’ studju, il-Parti II tat-tagħlim tagħhom
tinqasam f’seba’ perijodi, li l-ewwel tnejn minnhom ikunu ta’ tliet
xhur-il wieħed u l-aħħar ħamsa jkunu ta’ sitt xhur. Matul il-kors ta’
dawn it-tliet snin huma jingħataw taħriġ teoriku u prattiku kif ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ TLIET XHUR
Prinċipji Ġenerali tat-Tipi
Tifsir ta’ l-oriġinal; arranġament bil-burdura u bi spazjar għal
bilanċ, kuntrast u aggruppar.
Xogħol Ġenerali u Kurnmerċjali
Stationery tan-negozju; formuli kummerċjali; biljetti; kartolini;
tikketti; programmi; menus; listi tal-prezzijiet; xogħol tat-tabelli
6 L.S.343.17 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17
bir-rigi u mingħajrhom; karti tal-bilanċ; intestaturi ta’ kotba tal-
kontijiet.
IT-TIENI PERIJODU TA’ TLIET XHUR
Makna ta’ l-Ikkastjar tax-Xorta Ludlow, Elrod u Nebitype
Versi b’tipi varjati; bjanki; tqassim ta’ tabelli; forom bir-rigi;
replika tal-vers; xogħol tar-riga komplikat - mimdud u wieqaf.
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
Teknika tal-Keyboard
Posizzjoni korretta fuq il-keyboard; sistema ta’ l-użu tas-swaba
fuq il-keyboard; introduzzjoni sistematika għax-xogħol; tifsiriet
sempliċi tal-Linotype.
Kura tal-Makna
Tindif u għoti ta’ żejt normali.
Eżerċizzji fuq il-Keyboard
Użu tas-swaba fuq il-keyboard - l-id leminija u l-id xellugija; l-
użu ta’ żewġ ittri maqgħudin u tal-ħajfen; sentenzi li jkun fihom l-
alfabett kollu.
Tibdil
Forom, skieken, miżuri, magazini.
Eżerċizzji fuq il-Keyboard
Marki tal-punteġġatura; prattika ta’ ittri kapitali; kapitali u ittri
żgħar; numri; prattika biż-żewġ ittri tal-matriċa; prattika bil-
karattri korsivi u bold.
Ħeffa minima: 2,000 ens korretti kull siegħa f’komposizzjoni
komuni.
IT-TIENI PERIJODU TA’ SITT XHUR
Eżerċizzji fuq il-Keyboard
Settjar ta’ ittri kapitali; kbar u żgħar; numri bil-frazzjonijiet
prattika ta’ versi u paragrafi, xogħol ta’ miżura dejqa, illanjar ta’
kolonni bin-numri, ilsna barranin bl-użu ta’ l-alfabett ruman;
prattika tas-sengħa; stil ta’ l-uffiċċju.
IT-TIELET PERIJODU TA’ SITT XHUR
Eżerċizzju tal-Keyboard
Ċentrar ta’ vers; settjar biż-żewġ ittri tal-matriċa; settjar ta’ versi
kontinwi f’miżura doppja jew iżjed; ċentrar ta’ poeżiji jew gruppi
ta’ versi; numri iċċentrati; xogħol ta’ l-ewwel ittra mniżżla.
Kif Tagħraf Waqfien u Kif Jiġi Rranġat
Tindif ta’ splashes.
Ħeffa mimma: 4,500 ens korretti fis-siegħa minn maniskritt jew
dattilografat
IR-RABA’ PERIJODU TA’ SITT XHUR
Diversi kwalitajiet ta’ settjar
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17 ġ L.S.343.17 7
Tqassim ta’ karta tal-bilanċ; ċentrar ta’ kliem fuq kolonni bin-
numri; dħul ’il ġewwa u lanjar ta’ paragrafi; ripetizzjoni ta’ vers
biż-żewġ ittri tal-matriċa
IL-HAMES PERIJODU TA’ SITT XHUR
Xogħol Iktar Intensiv Fuq Diversi Kwalitajiet ta’ Settjar
Tagħrif ġenerali tad-diversi mudelli u partijiet li jintużaw fil-
makna.
Ħeffa minima: 7,000 ens korretti f’xogħol komuni u xogħol ta’
kolonni.
TĦADDIM TA’ KEYBOARD TAL-MONOTYPE
Fil-każ ta’ apprendisti li jsegwu Tħaddim ta’ Keyboard tal-
Monotype bħala fergħa ta’ studju speċjali tagħhom, il-Parti II tat-
tagħlim tagħhom għandha tkun maqsuma f’sitt perijodi ta’ sitt
xhur-il wieħed li matulhom jingħataw it-taħriġ teoriku u prattiku
kif ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
Prinċipji Ġenerali tat-Tipi
Tifsir ta’ l-oriġinal; għażla tal-karattru tat-tipi adattati skond l-
oriġinal; arranġament bil-burdura u bi spazjar għal bilanċ, kuntrast
u agruppar; skwerjar; spazjar bejn ittri, kliem u versi; użu ta’ ħafna
spazju; marġini; posizzjoni tat-tipi fuq il-karta; metodu ta’ tqegħid
tajjeb tat-tipi varjati f’posthom waqt li tkun tiskomponi.
Xoghol Ġenerali u Kummerċjali
Stationery tan-negozju; formuli kummerċjali; biljetti; kartolini;
tikketti; programmi; menus; listi tal-prezzijiet; xogħol tat-tabelli
bir-rigi u mingħajrhom; karti tal-bilanċ; intestaturi ta’ kotba tal-
kontijiet.
IT-TIENI PERIJODU TA’ SITT XHUR
Prinċipji Fundamentali tas-Sistema tal-Monotype
Tifsir u applikazzjoni ta’ set u l-prinċipji tas-sistema ta’ unit.
Teknika ta’ Tħaddim
Posizzjoni kif toqgħod bil-qegħda; posizzjoni fuq il-keyboard;
użu korrett tas-swaba.
Miżuri u Ġustifikazzjoni
Miżuri ekwivalenti mill-kartuna; għemil tal-miżura tal-keyboard;
tqegħid tar-romblu tal-karta; bidu ta’ tħaddim ta’ romblu;
komposizzjoni; il-kanċellament tal-vers; tqassim u ġustifikazzjoni
ta’ versi ta’ xogħol komuni; it-touch tal-bar ta’ l-ispazju; l-itwal u
l-iqsar tul ta’ versi; xogħol bil-unit wheel; l-iskala ta’
ġustifikazzjoni; kura u tindif tal-keyboard; stil ta’ l-uffiċċju.
Xogħol relattiv tal-partijiet tal-mekkaniżmu tal-keyboard mill-
key sal-perforazzjoni.
Arranġament ta’ toqob; identifikazzjoni ta’ perforazzjonijiet;
qari tar-romblu; relazzjoni tal-key-bar lugs għall-mekkaniżmu tal-
perforazzjoni; il-lukkett li jwaqqaf ir-romblu; settjar ta versi bi
8 L.S.343.17 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17
prova.
IT-TIELET PERIJODU TA’ SITT XHUR
Operazzjonijiet simili għal dawk fir-Raba’ Sitt Xhur inkluż it-
tibdil tal-format; il-keybanks; keybars; u stopbars; tibdil ta’ l-iskala
ta’ ġustifikazzjoni; tabella li turi ekwivalenza bil-punti għar-riga;
il-constant;
L-Eżerċizzji tal-Keyboard
Ċentrar ta’ kliem f’versi; allowance għal inizjali u blokki;
poeżiji; ħdim ta’ tabelli bil-metodu tal-unit wheel; ranging leaders
bi spazji fissi jew varjabbli; karta tal-bilanċ; solid-dot leaders.
IR-RABA’ PERIJODU TA’ SITT XHUR
Kaxxi tal-Matriċi u Format
Arranġamenti ta’ l-alfabett 2, 5, 6 u 7.
Karta tar-romblu tal-Monotype
Kif tagħraf karta difettuża; ħażna tal-karta; it-tikketta tar-
romblu.
L-Eżerċizzji tal-Keyboard
Allowance għar-riga; xogħol tad-diamond leader; ġustifikazzjoni
multipla; intestaturi imdawrin u versi bir-riga em; miżuri ’l fuq
minn 65 set ems; xogħol tat-tabelli ta’ miżura wiesgħa; orarji.
IL-ĦAMES PERIJODU TA’ SITT XHUR
Dettalji tax-Xogħol tal-Caster v Mekkaniżmi Meħtieġa minn
Operaturi tal-Keyboard
It-tħaddim ta’ mekkaniżmu ta’ ġustifikazzjoni; il-posizzjoni tad-
die-case; diffikultajiet tal-caster li jinqaighu minn tħaddim
difettuż; wedges.
L-Eżerċizzji tal-Keyboard
Xogħol ripetut; użu tal-lukkett tar-romblu; xogħol ta’
programmi; allowance għar-riga komplikat; intestaturi ta’ tipi
iżgħar għal kolonni; biċċiet tal-braces; ġustifikazzjoni bejn l-ittri.
IS-SITT PERIJODU TA’ SITT XHUR
Aċċessorji tal-Keyboard l-Aktar li Jintużaw
Unit-adding; spazjar ta’ l-ittri; aċċessorji ta’ spazjar ma’ l-ittri.
L-Eżerċizzji tal-Keyboard
Units miżjuda biex isiru karattri mal-wisgħa normali; units
miżjuda ma’ karattri ta’ intestaturi u numri wara xulxin; units
miżjuda ma’ ittri f’komposizzjoni komuni; komposizzjoni ta’
imitazzjoni tat-typewriter; komposizzjoni tat-typewriter
ġustifikata; komposizzjoni tat-tabelli tat-typewriter; karattru daqs
ta’ żewġ versi; aċċessorji biex timla u tiċċentra; aċċessorji għat-
tabelli.
TĦADDIM TA’ CASTER TAL-MONOTYPE
Fil-każ ta’ apprendisti li jaghmlu t-Tħaddim ta’ Caster tal-
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17 ġ L.S.343.17 9
Monotype bħala l-fergħa speċjali ta’ l-istudju, il-Parti II tat-tagħiim
tagħhom tkun maqsuma f’sitt perijodi ta’ sitt xhur-il wieħed li
matulhom jingħataw taħriġ teoriku u prattiku kif ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
Prinċipji Ġenerali tat-Tipa
Tifsir ta’ l-oriġinal; għażla tal-karattri tat-tipi adattati skond l-
oriġinal; arranġament bil-bordura u bi spazjar għall-bilanċ, kuntrast
u aggruppar; skwerjar; spazjar bejn ittri, kliem u versi; użu ta’
ħafna spazju; marġini; posizzjoni tat-tipi fuq il-karta; metodu ta’
tqegħid tajjeb tat-tipi varjati f’posthom waqt li tkun tiskomponi.
Xogħol Ġeneraii u Kummerċjali
Stationery tan-negozju; formoli kummerċjali; biljetti; kartolini;
tikketti; programmi; menus; listi tal-prezzijiet; xoghol tat-tabelli
bir-rigi u mingħajrhom; karti tal-bilanċ; intestaturi ta’ kotba tal-
kontijiet.
IT-TIENI PERIJODU TA’ SITT XHUR
Mekkaniżmu tal-Caster u Karatteristiċi Prinċipali
Direzzjoni tat-tidwir tai-romblu; air tower; lukkett li jwaqqaf ir-
romblu.
Metall għall-Kompożizzjoni
Skimmjar; tidwib mill-ġdid; karbonizzazzjoni tat-tarf tal-piston
u pump body channels; tindif tal-pump body u tan-nozzle;
temperatura tal-metall u tal-forma.
IT-TIELET PERIJODU TA’ SITT XHUR
Ħeffa tal-Casting
Revoluzzjonijiet kull minuta; ingranaġġ li jbiddel il-ħeffa;
tabella ta’ l-ingranaġġ li jbiddel il-ħeffa.
Istruzzjonijiet Ġenerali għal Attendants tal-Caster
Tindif u lubrikazzjoni; temperatura; regolazzjoni ta’ l-ilma;
tibdil; żmuntar.
Tagħrif ta’ Aċċessorji tat-Tagħmir
Tindif tal-filtru ta’ l-arja; kompressur ta’ l-arja; aġġustar tal-
valvula tas-sigurtà .
IR-RABA’ PERIJODU TA’ SITT XHUR
Sejba ta’ Difetti
Tipi ikkastjati ħażin; titjir ta’ metall bejn il-kaxxa tal-matriċi u l-
forma; titjir tal-metall bejn in-nozzle u l-forma; l-irjus tat-tipi
jinkisru; it-tipi jiġu makkjati jew danneġġati; tipi ma jikkastjawx -
tipa li ma tikkastjax għalkemm il-mekkaniżmu tal-pompa jkun
jaħdem; it-tipi jduru fil-kanal tat-tipi.
IL-ĦAMES PERIJODU TA’ SITT XHUR
Sejba ta’ Difetti
Tipi li jaqghu, jinkisru u jsoddu l-blokka tal-kanal tat-tipi; versi
li ma jinġibdux ġol-vantaġġ; xfar mat-tipi; il-pompa ma taħdimx;
10 L.S.343.17 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17
ii-pompa tagħmel ħsejjes ta’ taħbit; lanjar difettuż; minn fejn tidħol
il-karta difettuż; ġustifikazzjoni mhux perfetta; il-karta ma
titgerbibx; bleeding feet; ġamjar tal-piston.
Tibdil Minn Daqs ta’ Komposizzjoni ta’ Tipi Għal Daqs Ieħor
Partijiet li jinbidlu; bdil tal-forma; il-kaxxa tal-matriċi u wedge
normali; iġġib il-qis; lanjar; użu ta’ mikrometru; aġġustar tal-
matriċi mal-forma; pin taċ-ċentrar; immullar tat-tipa; kura tal-
matriċi; produzzjoni ta’ tipi tajbin.
IS-SITT FERIJODU TA’ SITT XHUR
Aċċessorji tat-Tidwib bl-Elettriku
Bdil ta’ l-elementi; regolatur tat-temperatura awtomatika.
Kastjar ta’ l-Interlini u tar-Rigatura
Bdil minn ikkastjar tat-tipi għal ikkastjar ta’ l-interlini u tar-
rigatura; żmuntar tal-forma biex titnaddaf; immuntar mill-ġdid tal-
forma; aġġustar tal-gib plate tal-forom bi cross block moderna;
tagħrif biex iżżomm preċiżjoni fil-forma tal-kompożizzjoni tal-
kwadrati u l-ispazji.
STAMPAR BIL-LETTERPRESS
Fil-każ ta’ apprendisti li jagħmlu l-istampar bil-Letterpress bħala
l-fergħa speċjali tagħhom ta’ l-istudju, il-Parti II tat-tagħlim
tagħhom tkun maqsuma f’sitt perijodi ta’ sitt xhur-il wieħed li
matulhom jingħataw it-taħriġ teoriku u prattiku li ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
Legatura u Prattika tal-Warehouse
Għadd; tektik tal-karti; tiwi bl-idejn u/jew bil-makna; ġbir; dħul
f’xulxin u infilz; kollazzjonar: smashing; pakkjar; twaħħil jew kisi
b’kopertina; irbit bl-ispag; irbit b’żigarella; ħjata; stiċċjar bil-wire;
xogħol tal-giljottina.
Jekk il-prinċipal ikun irid, l-apprendist jista’ wkoll jiġi
mgħallem: twaħħil ta’ paġni żejda fi ktieb; tidwir tad-dahar ta’
ktieb u ħruġ tad-dent; għemil tal-qoxra; għemil ta’ ittri fuq il-
qoxra; twaħħil tal-qoxra; eżaminar u ċekkjar; qoxra separata fuq
barra; irbit bi strixxa karta; kollazzjonar ta’ xogħol stampat fuq
karti differenti; twaħħil ta’ karti hekk li jkunu jistgħu jinqalgħu;
kollar tax-xifer; perforazzjoni; titqib bil-pressa; qtugħ ta’
kantunieri fit-tond; anjelli; titqib; għemil ta’ indiċi.
IT-TIENI PERIJODU TA’ SITT XHUR
Makni tal-Platina
Stampar ta’ xogħol bit-tipi; halftones; solidi; użu ta’ l-ispray
gun; imbuzzar; numerazzjoni; qtugħ bil-forma; pre-registering
formes; set off; oġġetti li jgħinu fl-istampar; aċċessorji.
IT-TIELET PERIJODU TA’ SITT XHUR
Makni biċ-Ċilindru
Metodu ta’ l-eghmil tal-mastra; aġġustar ta’ fejn tidħol u toħroġ
il-karta; settjar ta’ ċilindri; settjar ta’ fejn tidħol il-karta
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17 ġ L.S.343.17 11
awtomatika; takkeġġjar f’diversi forom; settjar ta’ l-isprayers; użu
tal-lay mark.
IR-RABA’ PERIJODU TA’ SITT XHUR
Xogħol ta’ Stampatur fuq Makna Letterpress
 Kif isir ix-xogħol ħaġa wara l-oħra; takkeġġjar, l-iskop tiegħu,
prinċipji li jintużaw; takkeġġjar minn taħt; takkeġġjar minn fuq;
takkeġġjar minn fuq bl-idejn jew mekkaniku; għażla ta’ l-armar tal-
mastra addattat; kawża u rimedji ta’ diffikultajiet komini; maniġġ u
ħażna tal-forom;  użu tal-forniment u materjal ieħor ta’ spazjar;
konji; diversi xorta ta’ immuntar; kejl tal-ħxuna tal-pjanċa u tal-
blokka.
Impaġnar ta’ tmien paġni miż-żewġ naħat jew b’forom differenti
jew bl-istess forma. Għemil tal-marġini biex il-forma ssir skond il-
legatura.
IL-ĦAMES PERIJODU TA’ SITT XHUR
Tagħrif fundamentaii tal-linka u l-użu tajjeb tagħha fuq karti
differenti; skop u użu ta’ oġġetti li jgħinu l-istampar; tnixxif;
trattib; tqabbil u taħlit tal-kuluri, kuluri opaki u trasparenti; taħlit
ta’ linka metallika; ħażna.
Ċilindri
Varjetajiet ta’ ċilindri għal-letterpress u għall-istampar; kura
meta jkunu jew meta ma jkunux fil-makna; tindif u użu ta’ solvents
xierqa; ħażna.
Karta
Qisien Ingliżi tal-karta u tal-kartunċin; tqassim tal-karta; qisien
ta’ biljetti u l-użu tagħhom; deskrizzioni fil-qosor tal-karti ta’ l-
istampar u tal-kitba li l-aktar jintużaw; in-naħa tajba u n-naħa
ħażina tal-karta; watermark - direzzjoni fuq il-makna; eżaminar
sempliċi tal-karta; karatteristiċi fiżiċi; diffikultajiet komuni li
jinqalgħu fl-istampar; maniġġ u u ħażna.
IS-SITT PERIJODU TA’ SITT XHUR
Aktar studju fuq ix-xogħol bil-makna tal-letterpress inkluż
xogħol ta’ reġistru bi proċess sempliċi b’użu ta’ żewġ kuluri jew
tlieta u/jew erba’ kuluri; rigar ta’ karta għal xogħol tal-kotba; użu
ta’ mwejjed għall-irrigar; tqegħid u rigar ta’ plates.
LIGATURA U WAREHOUSING
Fil-każ ta’ apprendisti li jagħmlu l-Ligatura u Warehousing bħala
l-fergħa ta’ studju speċjali tagħhom, il-Parti II tat-tagħlim tagħhom
jinqasam f’sitt perijodi ta’ sitt xhur-il wieħed, li matulhom
jinghataw it-taħriġ teoriku u prattiku li ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
Xogħol Fundamentali
Għadd; tektik; tiwi bl-idejn jew bil-makna; ġbir; dħul f’xulxin u
infilz; kollazzjonar; smashing; stiċċjar bil-wire; xogħol tal-
giljottina.
IT-TIENI PERIJODU TA’ SITT XHUR
12 L.S.343.17 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17
Tagħrif ġenerali ta’ l-għodod tradizzjonali u tat-tagħmir tal-
ligatura.
Materjal
Karta, kartun, xoqqa, ġilda, ġilda tan-nagħaġ, materjal ieħor,
kolla.
Ligatura - Ligatura ta’ Ktieb b’Manetta Waħda
Tħejjija ta’ l-isgwardi; markar għall-ħjata; ħjata ta’ ktieb
b’manetta waħda; markar għal-qtugħ tat-tarf ta’ barra; qtugħ tat-
truf bil-plough; markar tat-truf ta’ fuq u t’isfel; tfassil tal-kartun;
twaħħil tal-kartun mal-ktieb; preparazzjoni għall-mezzo-legatura;
kisi tad-dahar; preparazzjoni tal-ġnub; twaħħil ta’ l-isgwardi; mod
ieħor tat-twaħħil ta’ l-isgwardi għal ktieb b’manetta waħda; diversi
xorta ta’ ligatura għal ktieb b’manetta waħda.
IT-TlELET PERIJODU TA’ SITT XHUR
Preparazzjoni ta’ Ktieb b’Ħafna Manetti għal-Ligatura mill-Ġdid
Ftuq; sinjaturi; ftuq ta’ kotba illegati sod; ċattjar tal-manetti;
pressar tal-manetti; qtugħ ta’ strixxi; tiswija ta’ manetti; tiswija ta’
karti singli u plates; kollazzjonar.
Ligatura Sħiħa ta’ Kotba
Ktieb b’ligatura sħiħa; imdawwar u bid-dent; tektik tar-ras u tad-
dahar għall-iskwerjar; markar għall-ħjata fuq it-tiranti; tħejjija tat-
tilar; ħjata tal-manetti fuq it-tiranti; għemil tal-katinetta; ġonġir tal-
ħajta; għeluq tal-ħjata; ċattjar ta’ karti mbewqa; inkollar ta’ l-
ewwel u l-aħħar manetta; twaħħil minn naħa waħda ta’ l-isgwardi;
inkollar tad-dahar; qtugħ tal-quddiem ta’ ktieb; tidwir tad-dahar;
ħruġ tad-dent; rinforzar bil-garża; rinforzar bil-karta; tfassil tal-
kartun; qtugħ minn fuq; qtugħ minn isfel; twaħħil tal-kurdiċella u l-
garża; tfassil tal-qoxra; kisi tal-ktieb; ktieb bid-dahar ċatt; ktieb
bid-dahar tond.
IR-RABA’ PERIJODU TA’ SITT XHUR
Xorta ta’ kopertina
Ligatura sħiħa, mezza-ligatura, kwarta-ligatura; ligatura b’qoxra
iebsa; limp cover.
Ix-xogħol kollu li għandu x’jaqsam ma’ ligatura bi stil tal-
librerija, ligatura ta’ l-istationery.
IL-ĦAMES PERIJODU TA’ SITT XHUR
Xogħol ta’ l-Aħħar
Blind finishing; xogħol bid-deheb; għemil ta’ ittri; użu tal-pressa
li tagħmel l-ittri.
IS-SITT PERIJODU TA’ SITT XHUR
Tagħmir u Xogħlijiet Oħra
Ligatura spiral; titqib bil-pressa; qtugħ ta’ kantunieri fit-tond;
anjelli; titqib; għemil ta’ indiċi.
STAMPAR TA’ TIKKETTI U ŻIGARELLI
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17 ġ L.S.343.17 13
Fil-każ ta’ apprendisti li jieħdu bħala l-fergħa speċjali ta’
tagħlim tagħhom l-Istampar ta’ Tikketti u Żigarelli, il-Parti II tat-
tagħlim tagħhom tiġi maqsuma f’sitt perijodi ta’ sitt xhur il-wieħed
li matulhom jingħataw taħriġ teoriku u prattiku kif ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
Makni li Jistampaw il-Foil
Stampar ta’ xogħol bit-tipi; line-blocks; solidi; stampar b’kulur
jew b’żewġ u/jew bi tliet kuluri; qtugħ bil-forma.
IT-TIENI PERIJODU TA’ SITT XHUR
Barra minn dak hawn fuq imsemmi, l-apprendisti jiġu mgħallma
wkoll: xogħol tal-giljottina; qtugħ bil-pressa; qtugħ ta’ kantunieri
fit-tond; irbit bl-ispag, u proċess ta’ stampar bl-iscreen.
IT-TIELET PERIJODU TA’ SITT XHUR
Xogħol ta’ l-Istampatur bil-Makna tal-Foil
Kif isir ix-xogħol ħaġa wara l-oħra; tħejjija tal-materjal tax-
xogħol u tal-foil; settjar ta’ blokki; takkeġġjar, l-għan tiegħu, il-
prinċipji li għandhom jintużaw; settjar tat-temperatura xierqa,
pressa; aġġustar tal-ġibda; użu ta’ forom tal-qtugħ; tneħħija taż-
żejjed; kif tieħu ħsieb il-makna; tindif u lubrikazzjoni normali;
ħarsien minn periklu.
IR-RABA’ PERIJODU TA’ SITT XHUR
Xogħol ta’ l-Istampatur bil-Makna tal-Letterpress
Kif isir ix-xogħol ħaġa wara l-oħra; tħejjija taż-żigarella/karta;
inka; blokki; settjar ta’ blokki; sistemi ta’ inka, settjar tal-klamar;
aġġustar tal-ġibda; takkeġġjar; użu ta’ forom tal-qtugħ; tneħħija
taż-żejjed; kif tieħu ħsieb il-makna; tindif u lubrikazzjoni normali;
ħarsien minn periklu.
IL-ĦAMES PERIJODU TA’ SITT XHUR
Tagħrif bażiku ta’ kif isir ix-xogħol
Xogħol sempliċi bir-reġistru bl-użu ta’ żewġ kuluri jew tlieta;
settjar tal-forom tal-qtugħ; tqabbil u taħlit ta’ kuluri; għanijiet u
użu ta’ aċċessorji ta’ l-istampar; tnixxif; trattib.
IS-SITT PERIJODU TA’ SITT XHUR
Materjal li jintuża
Inka ta’ l-istampar - kulur, il-bażi ta’ inka, tnixxif; stampar ta’
inka fuq karta; l-użu tajjeb ta’ inka fuq diversi materjal; l-
importanza li jkun hemm, distribuzzjoni ta’ inka fuq il-makna;
makni li jistampaw biċ-ċatt jew bir-romblu; materjal bil-kolla
minnu infih; kawżi u rimedji ta’ diffikultajiet komuni li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-istampar u mal-qtugħ.
SENGHA TA’ STAMPATUR BL-OFFSET
1. Il-perijodu ta’ tagħlim fis-sengħa ta’ Stampatur bl-Offset
ikun ta’ erba’ snin maqsum f’żewġ partijiet kif ġej:
PARTI I
2. L-ewwel parti tkun għal perijodu ta’ sena li jinqasam fi
14 L.S.343.17 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17
tliet perijodi ta’ erba’ xhur-il wieħed li matulhom l-apprendisti
jingħataw it-taħriġ teoriku u prattiku li ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ ERBA’ XHUR
Graphic Art Camera
Għamla u kostruzzjoni ta’ gallery camera, dark room camera,
enlarger, kisi ta’ l-art; kisi tal-ħajt, dwal, sħana, ventilazzjoni,
provvista ta’ l-ilma, sinkijiet għal proċessar, screens tal-ħġieġ,
contact screen, rigatura ta’ l-iscreen, għażla ta’ rigatura, angoli ta’
l-iscreen, effett moire, maniġġ ta’ l-iscreen.
IT-TIENI PERIJODU TA’ ERBA’ XHUR
Process Engraving
Prekawzjoniiiet għas-sigurtà ; deskrizzjoni ta’ kimika u l-użu u l-
maniġġ ta’ materjal ieħor inkluż ram aħmar, żingu, aluminju,
manjesju, plastika; plates pożittivi, plates negattivi, plates
albumini; granar ta’ plates; studju tal-grana; provvista ta’ dawl użat
għal printing down frame; differenza bejn offset plates, letter press
plates jew blokki; differenza bejn powderless etcher jew scanner
engraver.
IT-TIELET PERIJODU TA’ ERBA’ XHUR
Stampar bl-Offset
Prinċipji ġenerali tal-makkinarju u istruzzjonijiet ta’ kif jaħdmu
d-diversi partijiet; l-użu ta’ għodod: immuntar; press plate bl-
ippakkjar meħtieġ; provi tal-pressjoni bejn il-blanket u l-plate;
livell ta’ l-ilma mat-taħlita tal-klamar; tixrib uniformi.
PARTI II
3. Wara l-Parti I, l-apprendisti jidħlu f’waħda mit-tliet fergħat
ta’ taħriġ li huma:
(a) Photolithography;
(b) Process Engraving;
(ċ) Stampar bl-Offset;
(d) Proċess ta’ Stampar bl-Iscreen.
PHOTOLITHOGRAPHY
Fil-każ ta’ apprendisti li jieħdu l-Photolithography bħala l-
fergħa speċjali tagħhom ta’ studju, il-Parti II tat-tagħlim tagħhom
tinqasam f’sitt perijodi ta sitt xhur-il wieħed li matulhom jingħataw
it-taħriġ teoriku u prattiku li ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
Tħaddim tal-Graphic Art Camera
Tagħrif bażiku tal-proċess; kostruzzjoni ta’ gallery camera;
darkroom camera; camera scales; lentijiet; focal lengths; kontroll
tad-dijaframma; V/Ratios; kwalitajiet ta’ dwal; iffokar bl-idejn;
ingrandiment u riduzzjoni bil-camera; image reversal; perċentaġġ
tal-camera scales; provvista ta’ l-ilma; ventilazzjoni tad-darkroom;
vaski tal-proċessar; dawl tal-copyboard; kif jinsab il-qies tal-kopja;
line film; espożizzjoni ta’ kopja sempliċi tal-line: żvilupp; fixing;
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17 ġ L.S.343.17 15
ħasil u inxif tan-negattma tal-line.
IT-TIENI PERIJODU TA’ SlTT XHUR
Proċessar
Miżura ta’ l-intensità  tad-dawl; kopji bir-riflessjoni u bit-
trasmissjoni; tipi ta’ films; rapidità  ta’ film; kuntrasti ta’ film;
sensittività  għall-kulur; developers u żviluppar; kontroll tat-
temperatura: riduzzjoni u intensifikazzjoni, reversal kemikali;
taħlit ta’ soluzzjonijiet; riproduzzjoni ta’ oriġinal bil-continuous
tone; żviluppar, fixing, ħasil u tnixxif tan-negattiva; kuntrast u
kalkolu ta’ densità .
IT-TIELET PERIJODU TA’ SITT XHUR
Għemil ta’ negattiva Halftone
Ruled screen; contact screens; rigar ta’ l-iscreen; distanzi ta’ l-
iscreen; kontroll tal-kuntrast ta’ V/Ratios; negattiva halftone bir-
ruled screen u bil-contact screen; perċentaġġ tad-dot;
kombinazzjoni ta’ halftone u line; espożizzjoni għal halftone;
espożizzjoni għall-flash; kontroll tal-kuntrast; riduzzjoni u
intensifikazzjoni; pożittiva minn negattiva u negattiva minn
pożittiva b’kuntatt.
IR-RABA’ PERIJODU TA’ SITT XHUR
Għemil ta’ Negattiva bil-Continuous Tone
Tipi ta’ film; kurvi karatteristiċi; kontroll tal-kuntrast bl-
iżviluppar; kurvi gamma; kopja ta’ riflessjoni u ta’ trasmissjoni;
densità  tan-negattiva f’relazz;oni mal-kopja; qari tad-densità  bid-
densitometer; irtokk sempliċi.
IL-ĦAMES PERIJODU TA’ SITT XHUR
Separazzjoni tal-Kulur
Tagħrif elementari tal-kulur; taħlit ta’ adittiv; subtractive colour
photography; prinċipli ta’ l-erba’ kuluri; filtri tri-colour; fatturi tal-
filtri; filtri tal-kulur narrow band; films ghas-separazzjoni tal-
kuluri; żviluppar ta’ negattivi għas-separazzjoni tal-kulur;
indentifikazzjoni tas-separazzjonijiet; stampar ta’ kulur; kombinar
ta’ negattivi separati f’kuntrast; korrezzjonijiet, l-importanza tar-
reġistru.
IS-SITT PERIJODU TA’ SITT XHUR
Korrezzjoni tal-Kulur u Preparazzjoni tal-Plates
Prinċipji fundamentali tal-korrezzjoni tal-kulur; ħtieġa tal-
korrezzjoni; masking fi stadju wieħed jew f’żewġ stadji; silver
masks; korrezzjoni tal-kulur bil-masks; korrezzjoni elettronika tal-
kulur; tneħħija tal-kulur minn taħt; pożittivi halftone minn
negattivi separati; perċentaġġ ta’ dots; soft u hard dots; kontroll ta’
kuntrast bil-magenta contact screen; kwantitajiet ta’ plates taż-
żingu u ta’ aluminju; studji ta’ grana u grana tal-plates; kwalitajiet
ta’ dawl użati għal printing down frame; umdità  relattiva; stampar
tal-line; stampar halftone; blue key; double printing; għemil ta’
plates bl-albumina; proċess tad-deep etch; plates sensitizzati
(pożittivi u negattivi); step and repeat; coating, żviluppar u
16 L.S.343.17 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17
proċessar.
PROCESS ENGRAVING
Fil-każ ta’ apprendisti li jieħdu l-Process Engraving bħala l-
fergħa speċjali tagħhom ta’ studju, il-Parti II tat-tagħlim tagħhom
tinqasam f’ħames perijodi li l-ewwel tnejn minnhom ikunu ta’ sitt
xhur-il wieħed u l-aħħar tlieta jkunu ta’ tmien xhur-il wieħed.
Matul dawn it-tliet sn:i jingħataw it-taħriġ teoriku u prattiku li ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
Metalli għall-Photo-engraving
Tagħrif bażiku tal-proċess; qies u ħxuna u ħxuna taż-żingu;
kwalitajiet fiżiċi ta’ metalli ta’ photo-engraving; ram aħmar u
metalli oħra addattati għal process engraving.
IT-TIENI PERIJODU TA’ SITT XHUR
Tagħmir għal Stampar fuq il-Metall. 
Il-whirler; whirler li jaħdem bl-idejn u mekkaniku; kontroll tal-
ħxuna tal-kisi; pressure frames; vacuum frames; espożizzioni, u
lampi ta’ espożizzjoni; burning-in stove; makkinarju għall-eċċjar.
L-EWWEL PERIJODU TA’ TMIEN XHUR
Stampar fuq il-Metall bl-Eċċjar Konvenzjonali
Preparazzjoni ta’ negattivi; irtokk ta’ difetti; l-użu tal-
photopaque; kisi sensittivi għad-dawl; tagħrif tajjeb ta’ formuli
fondamentali; reżistenzi għall-aċidu; tindif u graining tal-plate;
kisi tal-plate; kontroll ta’ l-espożizzjoni; differenza bejn blokki
għall-istampar bil-line u halftone; żviluppar ta’ l-image; burning-
in; dragon’s blood; kontroll tat-tħaffir ta’ l-eċċjar; four-way
powdering; metedu tar-rolling up.
IT-TIENI PERIJODU TA’ TMIEN XHUR
Stampar fuq il-Metall bil-Etching
Makkinarju għall-powderless etching; vantaġġi ta’ dan il-
metodu; preparazzjoni tan-negattiva; kisi li jirreżisti l-aċidu; ħeffa
tal-whirling; proporzjon ta’ aċidu, ilma u żejt; eċċjar tal-plate;
espożizzjoni tan-negattiva bil-line; espożizzjoni tan-negattiva bil-
halftone; metodu ta’ stampar doppju; żviluppar u fixing ta’ plate;
kontroll tat-tħaffir ta’ l-eċċjar; burning-in; tindif tal-plate wara l-
eċċjar; plates tar-ram aħmar u taż-żingu; metalli oħra.
IT-TIELET PERIJODU TA’ TMIEN XHUR
Irfinar, Immuntar u Provi
Id-dipartiment ta’ l-irfinar; tqassim; il-makna tar-routing; router
cutters; apparat għall-battent; għodda għall-engraving; immuntar;
provi bl-idejn; prova bit-torkju; kwalitajiet ta’ karta; inka ta’ l-
istampar; electronic scanner engraving; prekawzjoniijet għas-
sigurtà .
STAMPAR BL-OFFSET
Fil-każ ta’ apprendisti li jieħdu l-Istampar bl-Offset bħala l-
fergħa speċjali tagħhom ta’ studju, il-Parti II tat-tagħlim tagħhom
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17 ġ L.S.343.17 17
tinqasam f’sitt perijodi ta’ sitt xhur-il wieħed, li matulhom
jingħataw it-taħriġ teoriku u prattiku li ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
Plates ghall-Istampar bl-Offset
Stampar dirett u bl-offset; uċuħ għall-istampar; angolu ta’
kuntatt; metodi tal-graining u grana; tagħmir għall-istampar fuq
metalli; sustanzi ta’ kisi; plate performance; kwalitajiet ta’ plates
taż-żingu u ta’ l-aluminju; effett ta’ l-umdità  relattiva; kisi tal-
plate; espożizzjoni u żviluppar minn negattivi line; preparazzjoni
tal-plate għall-makna.
Linka u Karta
Linka ta’ l-istampar - pigment, vehicle, driers; trasferiment tal-
linka għal fuq il-karta; karta għall-istampar; tagħrif elementari fuq
l-ittri; uċuħ li jirċievu linka u ilma; importanza tad-distribuzzjoni
tal-linka fuq il-makna.
IT-TIELET PERIJODU TA’ SITT XHUR
Makna u Xogħol fuq il-Makna
Preparazzjoni għall-istampar; desensitising; gumming-up; offset
blanket; ċilindri għal-linka; ċilindri għall-ilma; tħaddim ta’ makna
offset; makkinarju bil-pjana u ċilindrika.
IR-RABA’ PERIJODU TA’ SITT XHUR
Stampar
Tagħrif ġenerali tat-tħaddim tal-makna preżenti; għoti tal-linka
bil-plate maħduma, u tixrib tal-plate; ċekkjar taċ-ċilindri għal
kuntatt uniformi mal-plate; pressjoni tal-blanket maċ-ċilindru tal-
plate; feeding tal-makna; eżaminar ta’ l-ewwel provi.
IL-ĦAMES PERIJODU TA’ SITT XHUR
Stampar bil-Kulur
Linka ikkulurita għax-xogħol tal-proċess; reflective index tal-
linka; sistema bl-istampar tal-kulur; importanza tar-reġistrazzjoni;
taħlit ta’ kuluri; sistemi fundamentali ta’ tnixxif; armar taċ-ċilindru
tal-plate skond it-tul ta’ l-istampa; produzzjoni ta’ stampa tajba li
tkun kollha bil-kulur.
IS-SITT PERIJODU TA’ SITT XHUR
Kura tal-Makna
Tindif taċ-ċilindri tal-lastiku tal-plate; tindif taċ-ċilindri ta’ l-
ilma; tibdil ta’ l-offset blanket; preparazzjoni tal-plate biex
tintrefa’; lubrikazzjoni tal-makna; preparazzjoni tal-makna għax-
xogħol li jkun imiss.
PROĊESS TA’ STAMPAR BL-ISCREEN
Fil-każ ta’ apprendisti li jieħdu bħala l-fergħa speċjali ta’
tagħlim tagħhom l-Istampar bil-Proċess ta’ l-iScreen, il-Parti II tat-
tagħlim tagħhom tiġi maqsuma f’sitt perijodi ta’ sitt xhur il-wieħed
li matulhom jingħataw taħriġ teoriku u prattiku kif ġej:
L-EWWEL PERIJODU TA’ SITT XHUR
18 L.S.343.17 ħ
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17
Frames għall-Proċess bl-iScreen
Diversi xorta ta’ frames; twaħħil tal-materjal ta’ l-istencil mal-
frame; diversi xorta ta’ materjal; kif jiġu klassifikati l-meshes;
nisġa bil-gauze, leno, lixxa jew tafta; materjal ta’ l-iscreen tan-
nylon; nylon jiġġebbed; materjal ta’ l-iscreen tal-metall; nisġa lixxa
jew twill; kif jitħejja l-iscreen għall-istampar; tindif tan-nylon; kif
screen ta’ materjal tal-metall jiġi trattat biex jerġa’ jintuża;
solventi; removers; biex l-iscreen jerġa’ jinġieb f’kondizzjoni
tajba.
IT-TIENI PERIJODU TA’ SITT XHUR
Inka għall-Proċess ta’ l-iScreen
Klassifika ta’ inka għall-proċess; naturali jew sintetika; opaka,
trasparenti, semi-trasparenti (li minnha jgħaddi d-dawl); flat, ma
tleqqx għal kollox, tleqq, luminixxenti; tagħrif bażiku ta’ inka u l-
użu tajjeb tagħha fuq diversi uċuħ, użu ta’ inka vinylite, inka fuq il-
ħġieġ, inka li tonqox il-ħġieġ, inka tessili, inka għall-porċellana;
enamels, florixxenti, florixxenti fid-dawl; fosforixxenti; retarder;
extender; bażi trasparenti; kura u użu ta’ solventi; trattib; tnixxif;
tqabbil u taħlit ta’ kuluri.
IT-TIELET PERIJODU TA’ SITT XHUR
Squeegee
Diversi xorta ta’ squeeges; materjal użat tal-lastiku; ħxuniet,
għoli u tul tal-lastiku; tempra tal-lastiku ta’ l-isqueegees; kura u
tindif ta’ squeegees.
IR-RABA’ PERIJODU TA’ SITT XHUR
Tħejjija ta’ l-istencil
Diversi xorta ta’ plates ta’ l-istampar; magħmula bl-idejn;
maqtugħin b’sikkina, imblukkar, trattament għal ftuħ jew għeluq
ta’ partijiet; plates fotografiċi, dirett bir-ritratt; trasferiment bir-
ritratt; tħejjija tal-plates tal-film; twaħħil tal-film ma’ l-iscreen;
tneħħija tal-film mill-iscreen; maskrar ta’ l-iscreen bil-karta u bit-
tape.
IL-ĦAMES PERIJODU TA’ SITT XHUR
Xogħol bir-Reġistru għall-Istampar bil-Proċess ta’ l-iScreen
Kif isir ix-xogħol ħaġa wara l-oħra; reġistru tajjeb; teknika u
tagħmir differenti; gwidi; make-ready; sheet; tape għall-maskrar;
kif tirreġistra għal materjal oħxon, oġġetti kbar; cleats għall-
aġġustar.
IS-SITT PERIJODU TA’ SITT XHUR
Makni ta’ l-Istampar
Tagħrif ġenerali tad-diversi mudelli u aċċessorji; vantaġġi u
żvantaġġi ta’ makni bil-proċess ta’ l-iscreen; stampar fuq oġġetti
ċatti, ċilindriċi u sferiċi; makni u jigs għall-istampar fuq drapp;
makni li jagħtu kisja fl-aħħar.
PROĠETT DWAR IS-SENGĦA TA’ 
L-ISTAMPA - PROĠETT NRU. 17 ġ L.S.343.17 19
