PROĠETT DWAR L-APPRENDISTI 
TA’ PARRUKKIERA TAN-NISA - PROĠETT NRU. 19 ġ L.S.343.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.18
PROĠETT DWAR L-APPRENDISTI TA’ 
PARRUKKIERA TAN-NISA
- PROĠETT NRU. 19
2 ta’ Awissu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 96 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 80 ta’ l-
1979 u 171 ta’ l-1989.
Titolu u 
applikazzjoni.
Sostitwit:
A.L. 80 ta’ l-1979.
1. It-titolu ta’ dan il-Proġett hu Proġett dwar il-Parrukkiera
tan-Nisa - Proġett Nru. 19 - u għandu japplika għas-snajja’ ta’
parrukkiera tan-nisa f’kull stabbiliment.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra l-Ħdud) dikjarati għal
dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar il-Jum
Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
Kap. 343.
ta’ Impieg u Taħriġ, tfisser is-sengħa ta’ parrukkiera tan-nisa;
"Direttur’’ tfisser id-Direttur tax-Xogħol u tinkludi kull uffiċjal
tad-Dipartiment tax-Xogħol awtorizzat minnu kif imiss bil-miktub
biex jaġixxi minfloku;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
apprendisti jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ, iżda inkluż kull
perijodu ta’ tagħlim speċifikat mid-Direttur u ta’ nuqqas mill-post
tan-negozju tal-prinċipal bil-kunsens tal-prinċipal.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendist taħt
dan il-proġett kemm-il darba ma jiġix muri għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li dik il-persuna tkun jew għaddiet mir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew mill-kors kollu ta’ Skola tas-Snajja’.
Perijodu ta’ taħriġ 
bħala apprendist.
4. Il-perijodu ta’ taħriġ bħala apprendist u ta’ taħriġ teoriku u
prattiku dwaru jkun dak speċifikat fl-Iskeda.
Obbligu tal-
prinċipal.
5. Prinċipal li jħaddem apprendisti taħt dan il-proġett ikun
obbligat li jgħallimhom u li jagħtihom il-faċilitajiet li jitgħallmu
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-proġett.
Klassijiet ta’ 
tagħlim.
6. (1) Id-Direttur jista’ jispeċifika, b’avviż mogħti bil-miktub
lill-prinċipal, dawk il-klassijiet ta’ tagħlim li apprendisti mpjegati
taħt dan il-proġett għandhom jattendu, liema tagħlim m’għandux
jieħu iktar minn għaxar sigħat f’kull ġimgħa.
(2) Kull prinċipal hekk avżat għandu jagħti lil kull apprendist
impjegat taħt dan il-proġett faċilitajaet biex jattendi dawk il-
klassijiet ta’ tagħlim matul il-perijodu ta’ taħriġ bħala apprendist.
(3) Meta xi apprendist jonqos li jattendi xi klassi ta’ tagħlim
f’xi jum mingħajr raġuni xierqa, il-prinċipal ikollu jedd li jagħmel
dak it-tnaqqis mill-paga ta’ l-apprendist li jkun daqs minn tnax
wieħed tar-rata fil-ġimgħa għal kull nofs ta’ nhar, jew parti minnu,
2 L.S.343.18 ħ
PROĠETT DWAR L-APPRENDISTI 
TA’ PARRUKKIERA TAN-NISA - PROĠETT NRU. 19
ta’ nuqqas:
Iżda meta l-apprendist ikun jaħdem ġimgħa ta’ ħamest
ijiem, dak it-tnaqqis ikun bir-rata ta’ minn għaxra wieħed tar-rata
fil-ġimgħa dwar kull nofs ta’ nhar, jew parti minnu, ta’ nuqqas.
Sigħat ta’ xogħol.
Sostitwit:
A.L. 171 ta’ l-
1989.
Kap. 452.
7. Is-sigħat ta’ xogħol ta’ apprendisti impjegati ma
għandhomx ikunu iżjed mis-sigħat ordinarji li jkunu jgħoddu għall-
istabbiliment tal-prinċipal skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali:
Iżda prinċipal jista’ jimpjega apprendist bis-sahra bl-
approvazzjoni minn qabel bil-miktub tad-Direttur li jista’, fl-għoti
ta’ dik l-approvazzjoni, jimponi dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu
jidhrulu xierqa. Ir-rati ta’ ħlas għal xogħol bis-sahra jkunu dawk
imsemmijin fl-ordni li jirregola l-pagi li jkun japplika għall-
istabbiliment.
Pagi.
Sostitwit:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Emendat:
A.L. 171 ta’ l-
1989.
8. L-inqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li titħallas lil
apprendisti taħt dan il-proġett tkun din li ġejja:
Iżda apprendist ma jikkwalifikax awtomatikament għall-
ħlas tar-rata tal-paga ogħla kemm-il darba, fil-fehma tad-Direttur,
ma jkunx żamm progress sodisfaċenti.
Mistrieħ fil-
ġimgħa.
9. L-apprendisti jingħataw ġurnata sħiħa ta' mistrieħ kull
ġimgħa kalendarja.
Vaganzi. 10. L-apprendisti jkollhom dritt, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-apprendist
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
(a) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal inqas
minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-
imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(b) leave ta’ vaganza ma jistax jittieħed f’xi jum meta l-
apprendist ikun meħtieġ jattendi l-iskola għal tagħlim
teoriku.
Leave għal mard.
Kap. 318.
11. Wara li jagħmlu l-ewwel sitt xhur ta’ taħriġ bħala
apprendisti, l-apprendisti jkollhom dritt għal għoxrin jum leave
għal mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull
benefiċċju għal mard li għalih jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar
Sena Paga fil-
ġimgħa
L-ewwel ................................... Lm24.55,0
It-tieni ...................................... Lm27.22,0
It-tielet ..................................... Lm29.90,0
Ir-raba’ .................................... Lm32.57,0:
PROĠETT DWAR L-APPRENDISTI 
TA’ PARRUKKIERA TAN-NISA - PROĠETT NRU. 19 ġ L.S.343.18 3
is-Sigurtà  Soċjali, hekk iżda li ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ nuqqas għandu
jingħata lill-prinċipal, li jista’ jeħtieġ lit-tabib tiegħu li jeżamina
lill-apprendist.
Leave għal luttu.
mewt ta’ xi ħadd minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li dak iż-żmien kienet fil-fatt qed tagħmilha
ta’ omm jew missier skond il-każ), iben, bint, ħu u oħt l-apprendist.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 80 ta’ l-1979.
Kap. 318.
13. Apprendist ikun intitolat għal sena leave għal korriment
b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal
korriment li għalih apprendist ikollu dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak
il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
SKEDA
Sengħa ta’ Parrukkiera tan-Nisa
1. (1) Il-perijodu ta’ taħriġ bħala apprendist fis-sengħa ta’
Parrukkiera jkun ta’ erba’ snin.
(2) Dak il-perijodu jkun maqsum f’erba’ fażijiet ta’ tnax-il
xahar kull fażi.
2. Matul kull waħda minn dawk il-fażijiet, l-apprendist
jingħata t-taħriġ teoriku u prattiku speċifikat hawn taħt.
3. Il-kors ibbażat fuq dan is-sillabu għandu l-għan li
jiżviluppa fl-istudent il-bażijiet f’kull ħila teknika u soċjali
meħtieġa biex jingħata livell għoli ta’ servizz ta’ parrukkiera.
4. L-effiċjenza, l-ekonomija u s-sigurtà  jkunu enfasizzati
matul il-kors kollu.
FAŻI 1: L-ewwel sena
Ħila soċjali.
jagħtu attenzjoni speċjali għall-iżvilupp tax-xejra professjonali
korretta, manjieri, imġieba, dehra, kliem, imġieba soċjali, ir-resqa
korretta lejn il-klijent u r-relazzjoni mal-parruċċani.
Ħila teknika.
tax-xogħol u ta’ tagħmir tas-salon. Kif tipprattika l-iġjene fis-
salon. It-tħejjija tas-salon għal kull ġurnata xogħol, inkluż il-
verikar ta’ dan li ġej: Indafa tal-kamra u tat-tagħmir,
sterelizzazzjoni, u provvista ta’ oġġetti.
Ħasil tar-ras.
b’enfasi fuq il-kumdità  tal-klijent. Tagħrif ta’ preparati ta’
shampoo, detersivi bis-sapun u mingħajru, shampoos bl-ispirtu u
mediku. Għażla ta’ shampoos xierqa. Raġunijiet għal għażla ta’
metodi ta’ applikazzjoni.
Xjenza.
mingħajr sapun u l-azzjoni tagħhom bħala aġenti ta’ tindif. Effetti
4 L.S.343.18 ħ
PROĠETT DWAR L-APPRENDISTI 
TA’ PARRUKKIERA TAN-NISA - PROĠETT NRU. 19
li jagħmlu ħsara lill-ġilda meta din tkun tiġi kuntatt iktar minn
darba ma detersivi bis-sapun u mingħajru.
FAŻI 2: It-tieni sena
 Kura tax-xagħar. 1. Proċessi ta' kondizzjonar. Tagħrif ta’ kura tax-xagħar u
kondizzjonijiet tax-xagħar u tal-qurriegħa. Għażla u applikazzjoni
tal-proċessi xierqa ta’ kondizzjonar, magħdud l-użu ta’
vapurizzaturi tal-ġilda tar-ras, massaġġi xierqa bl-idejn.
2. Waving, innokklar u ssettjar. Il-metodi kollha ta’ waving,
innokklar u ssettjar. L-użu kurrenti ta’ mqass tan-nar u rollers.
Teknika ta’ waving bis-swaba’. Teknika ta’ stil bil-blower. L-
egħmil ta’ kull xorta ta’ nokkli miżmumin bil-clips, b’enfasi fuq id-
direzzjoni tax-xagħar. Settjar ippjanat bir-rollers. Għażla u
applikazzjoni ta’ settjar bil-kimika u dressing aids. Għażla ta’ stil
ta’ pettinatura, meta jitqiesu l-għamla tar-ras u tal-wiċċ, kwantità  u
l-kwalità  tax-xagħar.
FAŻI 3: It-tielet sena
Kulur tax-xagħar. 1. "Struttura": L-istruttura u proprjetajiet tax-xagħar. Tagħrif
tal-prodotti u teknika wżati f’kull xorta ta’ proċess ta’ waving,
innokklar, illixxar, kulur, ċarar jew bleaching. L-użu ta’ trattamenti
ta’ kondizzjonar, għajnuniet ta’ settjar u dressing bl-effetti
kosmetiċi tagħhom. Raġunijiet għax issir prova tax-xagħar u tal-
ġilda u prekawzjonijiet.
2. "Bleaching" u "Kulur": Teorija u prattika tal-metodi kollha
ta’ bleaching u kulur. Għażla tal-kulur u materjali xierqa.
Prekawzjonijiet, provi, aġġustamenti u modifikazzjonijiet.
Waving 
permanenti.
3. Teorija u prattika tal-metodi kollha wżati għal waving
permanenti. Għażla ta’ tagħmir u materjali addattati għal kondiz-
zjonijiet. Kwalità  u stil. Prekawzjonijiet, provi, aġġustamenti u
modifikazzjonijiet.
Xkupiljar u 
ippettnar.
4. (1) "Pettinar": Il-metodi kollha inklużi pettinar bl-
ixkupilja. Kontroll u maniġġ ta’ xagħar twil. Użu ta’ lacquers u
dressing aids.
(2) "Stil": Ippjanar u eżekuzzjoni ta’ varjetà  ta’ stili tal-
ġurnata. Konsiderazzjoni ta’ lbies u okkażjoni.
Xjenza. 5. (1) Il-korsijiet bażati fuq dan is-sillabu għandham ħsieb li
jiżviluppaw fl-istudent tagħrif ta’ l-apparat, prodotti u kimiċi wżati
minn parrukkiera u għarfien tal-prinċipji xjentifiċi ġenerali li
wieħed isib fl-ambjent li fih jaħdem.
(2) Għandu jsir enfasi fuq it-tħaris tal-prattika bla periklu fl-
oqsma kollha tax-xogħol matul il-kors.
(3) Għandhom isiru matul il-kors esperimenti prattiċi xierqa.
6. L-għejjun u l-effetti tad-dwal. Il-visible spectrum. Dawl
dirett u indirett. Dawl għas-salon u l-effetti tiegħu fuq il-kulur tax-
xagħar.
7. L-istruttura u l-proprjetajiet tax-xagħar. Tagħrif tat-tibdil
fiżiku u kimiku li jiġri fix-xagħar matul -
(a) kull forma ta’ waving, nukklar, lixxar, kulur, ċarar jew
PROĠETT DWAR L-APPRENDISTI 
TA’ PARRUKKIERA TAN-NISA - PROĠETT NRU. 19 ġ L.S.343.18 5
bleaching, u
(b) trattamenti ta’ kondizzjoni u matul l-użu ta’ settjar u
dressing aids: l-effetti ta’ l-umdità .
8. Proprjetajiet rilevanti ta’ kimiki wżati fis-salon, maniġġ
bla periklu, effetti fuq l-istruttura tax-xagħar u l-ġilda. Tagħrif ta’
effetti tat-tensjoni minħabba tidwir tax-xagħar taħt kondizzjonijiet
differenti.
FAŻI 4: Ir-raba’ sena
Qtugħ tax-xagħar.
għodod u metodu ta’ użu xierqa għal stil u kwalità , magħduda club
cutting, graduating, tapering u tħaffif u qtugħ tax xagħar tat-tfal.
Parrokki.
Introduzzjoni ta’ tqabbil, miżura u fittjar ta’ kuluri. Tindif, settjar,
dressing u tqegbid ta’ parrokki.
3. Livell avvanzat fis-setturi kollha.
