PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
TAL-QTUGĦ TAD-DJAMANTI - PROĠETT NRU. 20 ġ L.S.343.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.19
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA TAL-QTUGĦ 
TAD-DJAMANTI - PROĠETT NRU. 20
28 ta’ Awissu, 1979
L-AVVIŻ LEGALI 85 ta’ l-1979, kif emendat bl-Avviż Legali 171 ta’ l-
1989.
Titolu u 
applikazzjoni.
Kap. 343.
1. It-titolu ta’ dan il-Proġett hu Proġett dwar l-Industrija tal-
Qtugħ tad-Djamanti - Proġett Nru. 20 - u għandu japplika għas-
snajja’ ta’ Girdling tad-Djamanti, Iffaċċettjar u illustrar tad-
Djamanti, Għażla u tqegħid għall-ipproċessar tad-Djamanti, xogħol
fil-fergħa tat-tħejjija tal-Mola għall-ipproċessar tad-djamanti,
liema xogħlijiet qed jiġu hawnhekk imsejħa "snajja" skond u għall-
finijiet ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ.
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"btajjel tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) dikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. Ebda persuna ma tista’ tiġi mpjegata bħala apprendist taħt
dan il-proġett jekk ma jiġix muri lid-Direttur jew lid-delegat tiegħu
li dik il-persuna għandha livell ta’ edukazzjoni li jkun mill-inqas
daqs ta’ persuna li tkun jew spiċċat ir-raba’ sena ta’ Skola
Sekondarja jew il-kors kollu ta’ l-Iskola tas-Snajja’.
Perijodu ta’ taħriġ.
proġett ikun ta’ erba’ snin..
Obbligu tal-
prinċipal.
5. Prinċipal li jħaddem apprendisti taħt dan il-proġett ikun
obbligat li jħarriġhom u jagħtihom il-faċilitajiet sabiex jitgħallmu
l-proċessi mniżżlin fl-Ewwel Skeda dwar kull waħda mis-snajja’:
Iżda dwar xi waħda mis-snajja’, il-prinċipal, wara
konsiderazzjoni xierqa tal-ħila u x-xeħta ta’ apprendist, u wara
konsultazzjoni mad-Direttur, ikollu d-dritt li jiddeċiedi jekk dak l-
apprendist għandux ikun imħarreġ f’xi waħda jew aktar mill-
imsemmija snajja’, skond il-każ.
Klassijiet ta’ 
taħriġ.
6. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni jispeċifika dawk il-klassijiet
ta’ istruzzjoni li apprendist impjegat taħt dan il-proġett għandu
jattendi.
(2) Kull prinċipal għandu jagħti lil kull apprendist impjegat
taħt dan il-proġett il-faċilitajiet sabiex jattendi dawk il-klassijiet
matul il-perijodu ta’ taħriġ.
(3) Dawk il-klassijiet ma għandhomx ikunu ta’ iktar minn
għaxar sigħat f’xi ġimgħa waħda.
(4) Jekk apprendist ma jattendix xi klassijiet ta’ istruzzjoni
f’xi ġurnata mingħajr raġuni xierqa, il-prinċipal ikollu jedd li
jnaqqas mill-paga ta’ l-apprendist tnaqqis ta’ minn tnax wieħed tar-
rata fil-ġimgħa dwar kull nofs ta’ nhar, jew parti minnu, li jonqos li
jattendi:
2 L.S.343.19 ħ
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
TAL-QTUGĦ TAD-DJAMANTI - PROĠETT NRU. 20
Iżda meta l-apprendist jkun imħaddem ġimgħa ta’ ħamest
ijiem, it-tnaqqis għandu jkun bir-rata ta’ minn għaxra wieħed tar-
rata fil-ġimgħa dwar kull nofs ta’ nhar, jew parti minnu, li jonqos li
jattendi.
Sigħat ta’ xogħol. 7. (1) Is-sigħat ta’ xogħol ta’ apprendisti mpjegati taħt dan il-
proġett ma għandhomx ikunu iżjed minn tmien sigħat f’xi ġurnata
waħda:
Iżda l-prinċipali jistgħu jimpjegaw apprendisti bis-sahra
bl-approvazzjoni tad-Direttur, li jista’ jimponi dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa, bir-rati ta’ rimunerazzjoni li
ġejjin:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn tmien sigħat
kuljum - ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn erbgħin siegħa
f’xi ġimgħa, barra minn kull ħin imħallas b’rati ta’
sahra - ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud u fil-btajjel tas-
soltu - ħin doppju.
(2) L-apprendisti ta’ taħt is-sittax-il sena ma jistgħux ikunu
mpjegati bejn il-11 p.m. ta’ xi ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’
wara.
Pagi. 8. Il-pagi li għandhom jitħallsu lill-apprendisti taħt dan il-
proġett għandhom ikunu dawk speċifikati fit-Tieni Skeda.
Mistrieħ fil-
ġimgħa.
9. L-apprendisti jingħataw ġurnata sħiħa ta’ mistrieħ f’kull
ġimgħa kalendarja.
Btajjel u leave. 10. L-apprendisti jkunu ntitolati, f’kull sena kalendarja, għal -
(a) btajjel tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ dak in-numru ta’
ġranet ta’ xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs in-numru
ta’ ġranet ta’ xogħol li dak l-apprendist partikolari
għandu normalment jattendi għax-xogħol matul il-
perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda -
(i) l-apprendisti kollha li jkun ilhom fl-impieg għal
inqas minn sena jkollhom jedd għal dik il-parti
ta’ dak il-leave li ikun bi proporzjon għal dak in-
numru ta’ xhur fl-impieg, u
(ii) leave normalment ma jingħatax f’xi ġurnata li
fiha l-apprendist ikun meħtieġ li jattendi l-iskola
għal taħriġ teoriku.
Leave għal mard.
Kap. 318.
11. Wara li jispiċċaw l-ewwel sitt xxhur ta’ taħriġ, l-
apprendisti jingħataw għoxrin ġurnata leave għal mard b’paga
sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju għal mard li
għalih ikollhom jedd taħt l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali:
Iżda ċertifikat mediku li jiċċertifika l-inkapaċità  għax-
xogħol li jkopri l-perijodu ta’ nuqqas għandu jingħata lill-prinċipal,
li jista’ jibgħat lit-tabib tiegħu biex jeżamina lill-apprendist.
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
TAL-QTUGĦ TAD-DJAMANTI - PROĠETT NRU. 20 ġ L.S.343.19 3
Leave għal luttu.
tal-mewt ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin: il-mara,  ir-raġel, l-
omm, il-missier (jew il-persuna li fiż-żmien fil-fatt kienet qed
tagħmilha ta’ l-omm jew il-missier skond il-każ), iben, bint, ħu jew
oħt l-apprendist.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
13. Apprendist jingħata sena leave għal korriment b’paga
sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal korriment li
għalih apprendist ikollu jedd skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali,
jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak il-korriment ma
jiġġarrabx minħabba xi negligenza kontributorja minn naħa tiegħu
jew minħabba ksur minnu ta’ regoli ta’ tħaris mill-periklu stabbiliti
mill-management.
L-EWWEL SKEDA
Artikolu 5
Sengħa ta’ Girdling tad-Djamanti
(a) Użu tal-makna għall-bruting
(b) Twaħħil tad-djamanti mad-dops
(ċ) Użu ta’ l-istikka tal-bruting
(d) Immarkar tad-djamanti/Għażla tad-djamanti għall-girdling
(e) Girdling għall-ittondjar tad-djamanti
(f) Użu tal-lenti
(g) Armar tal-makna għall-bruting
(h) Ħarsien mill-periklu
Sengħa ta’ l-Iffaċċettjar u Illustrar tad-Djamanti
(a) Użu tal-lenti
(b) Użu tal-mola għad-djamanti
(ċ) Użu ta’ tangs
(d) Użu ta’ dops għall-iffaċċettjar u illustrar tal-parti ta’ fuq
tad-djamanti
(e) Użu ta’ dops gball-iffaċċettjar u illustrar tal-parti t’isfel
tad-djamanti
(f) Użu ta’ dops għall-iffaċċettjar u illustrar tal-wiċċ tad-
djamanti
(g) Iffaċċettjar u immuntar ta’ djamanti bi tmien qatgħat
(h) Iffaċċettjar u illustrar ta’ brillanti
(i) Kisi tal-mola bit-trab tad-djamanti
(j) Twaħħil/Tqegħid tad-djamanti mad-dops
(k) Tqegħid u Tqabbid tal-mola mal-makna
(l) Ħarsien mill-periklu
Sengħa fl-Għażla u fit-Tqegħid għall-Ipproċessar tad-Djamanti
4 L.S.343.19 ħ
PROĠETT DWAR L-INDUSTRIJA 
TAL-QTUGĦ TAD-DJAMANTI - PROĠETT NRU. 20
(a) Għażla ta’ djamanti girdled
(b) Tqegħid tad-djamanti fil-pots
(ċ) Tqegħid tad-djamanti skond il-vina
(d) Amministrazzjoni u tħejjija tax-xogħol għat-Tqassim tad-
djamanti magħżulin
Sengħa fil-Fergħa tat-Tħejjija tal-Mola 
għall-Ipproċessar tad-Djamanti
(a) Użu ta’:
(i) makna għall-point grinding
(ii) makna għall-iscouring
(iii) Torn
(iv) makna għall-ibbilanċjar
(b) Ħarsien mill-periklu.
Sostitwita:
A.L. 171 ta’ l-
1989.
IT-TIENI SKEDA
Artikolu 8
Sena Paga fil-
ġimgħa
L-Ewwel .................................. Lm24.55,0
It-Tieni .................................... Lm27.22,0
It-Tielet ................................... Lm29.90,0
Ir-Raba’ ................................... Lm32.57,0.
