SKEMA DWAR ĦADDIEMA 
AWŻILJARI U T-TAĦRIĠ TAGĦHOM ġ L.S.343.21 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.21
REGOLAMENTI DWAR L-ISKEMA DWAR 
ĦADDIEMA AWŻILJARI U T-TAĦRIĠ TAGĦHOM
16 ta’ Frar, 1988
L-AVVIŻ LEGALI 15 ta’ l-1988, kif emendat bl-Avviżi Legali 134 ta’ l-
1990 u 16 ta’ l-1991.
Titolu.
Iskema dwar Ħaddiema Awżiljarji u t-Taħriġ Tagħhom.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 134 ta’ l-
1990;
A.L. 16 ta’ l-1991.
Kap. 343.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"Att" tfisser l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ;
"Direttur tax-Xoghol" tinkludi kull uffiċjal tad-Dipartiment tax-
Xogħol awtorizzat mid-Direttur biex jaġixxi minfloku, u "Direttur"
għandha tiftiehem li għandha l-istess tifsira;
"ħaddiem awżiljarju" jkollha l-istess tifsira li għandha fl-Att;
"l-iskema" tfisser l-Iskema Ħaddiema Awżiljarji u Taħriġ;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għax-xogħol;
"servizz ta’ l-impiegi" jkollha l-istess tifsira li għandha fl-Att.
Responsabbiltà  
tad-Direttur.
Imħassar:
A.L. 134 ta’ l-
1990.
Miżjud:
A.L. 16 ta’ l-1991.
3. (1) Id-Direttur tax-Xogħol jkollu r-responsabbiltà  diretta
għall-amministrazzjoni u t-tmexxija ta’ l-iskema.
(2) Il-Ministru jista’ jordna biex uffiċjali tad-Dipartiment tax-
Xogħol jew tal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ jiġu sekondati
għal dmirijiet ma’ l-iskema.
(3) Id-Direttur għandu jimxi fuq dawk id-direttivi ta’ policy li
jagħti l-Ministru u josserva regolamenti jew istruzzjonijiet li
jinħarġu taħt il-liġijiet dwar ix-xogħol.
Fażi tax-xogħol.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
4. (1) Id-Direttur għandu jipprovdi u jfittex xogħol
temporanju għall-ħaddiema awżiljarji fis-settur governattiv,
parastatali u privat u jwettaq proġetti fdati lilu.
(2) Id-Direttur għandu jaħtar manager li jkun responsabbli
għall-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-ħwejjeġ ta’ l-iskema li
għandhom x’jaqsmu mal-fażi tax-xogħol kif ukoll ma’ l-
eżekuzzjoni ta’ proġetti li għalihom l-iskema tkun direttament
responsabbli.
Dħul fl-iskema.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
L.S.343.20
5. (1) Id-dħul fl-iskema jseħħ wara applikazzjonijiet bil-
miktub skond sejħiet magħmula minn żmien għal żmien mis-
servizz ta’ l-impiegi u li jiġu ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern għal
kategoriji ta’ persuni minn fost dawk imsemmija fl-Att. Is-servizz
ta’ l-impiegi jista’ wkoll jitlob persuni li qed jirreġistraw għax-
xogħol biex jidħlu fl-iskema u, għall-finijiet ta’ l-Ordni dwar ir-
Reġistru ta’ l-Applikanti għal Impieg (It-Tieni Taqsima), tisħib fl-
iskema għandu jitqies bħala opportunità  xierqa ta’ impieg.
(2) Qabel ma persuna tidħol fl-iskema għandha tingħata avviż
bil-miktub dwar il-kondizzjonijiet ġenerali ta’ xoghol u taħriġ u
2 L.S.343.21 ħ
SKEMA DWAR ĦADDIEMA 
AWŻILJARI U T-TAĦRIĠ TAGĦHOM
għandha timla l-formola tad-dħul u tiffirma d-dikjarazzjonijiet
meħtieġa għall-finijiet tal-kuntratt ta’ xogħol u taħriġ fl-iskema.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra dwar
dikjarazzjonijiet foloz, kull min jagħmel dikjarazzjoni falza jitlef
id-dritt li jidħol fl-iskema u, jekk il-fatt li jkun għamel
dikjarazzjoni falza jiġi skopert wara li min ikun għamel dik id-
dikjarazzjoni jkun ġa daħal fl-iskema, dan jinħareġ mill-iskema
minnufih.
(4) L-Uffiċjal inkarigat għandu jassigura li l-individwu jkun
fehem il-kontenut ta’ l-avviż u tal-formola tad-dħul u tad-
dikjarazzjonijiet li huwa jiffirma.
(5) Mal-firma ta’ l-imsemmija dikjarazzjonijiet dik il-persuna
ssir ħaddiem awżiljarju fl-iskema.
(6) Meta jasal biex jiġġedded il-perijodu fl-iskema, għandhom
jittieħdu in konsiderazzjoni l-imġieba u l-performance tal-ħaddiem
awżiljarju tul iż-żmien li jkun fl-iskema.
Eżamijiet mediċi.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
6. (1) Il-ħaddiema awżiljarji jkunu soġġetti għal dawk l-
eżamijiet mediċi li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa
sew qabel id-dħul tagħhom fl-iskema kif ukoll wara.
(2) L-eżami mediku għandu jsir minn Bord Mediku, magħmul
minn panel ta’ tobba u para-mediċi, nominati mid-Direttur.
Ilbies u tagħmir.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
7. (1) Il-ħaddiema awżiljarji għandhom jilbsu dak l-ilbies ta’
xogħol li huwa normalment meħtieġ fis-servizz tal-Gvern jew fis-
settur partikolari li għalih huma jkunu ġew addetti skond kif
jiddeċiedi d-Direttur.
(2) L-ilbies ta’ xogħol u tagħmir jew għodda li jingħataw lill-
ħaddiema awżiljarji jibqgħu proprjetà  tal-Gvern u ghandhom
jingħataw lura fi stat tajjeb, ħlief għat-tqabir minn użu ordinarju, fi
żmien sebat ijiem mit-temm tas-servizz fl-iskema.
Paga.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
8. (1) Il-ħaddiema awżiljarji għandhom jirċievu paga li
titħallas kull ħmistax u fl-ebda każ m’għandha tkun anqas mill-
paga minima nazzjonali flimkien mal-bonus.
(2) Bl-approvazzjoni tal-Ministru, id-Direttur jista’ jwaqqaf
gradi u kategoriji differenti ta’ ħaddiema awżiljarji u jista’ wkoll
jistabbilixxi skali differenti ta’ rimunerazzjoni skond ix-xogħol li
jiġi assenjat u skond l-abbilità , l-effiċjenza u s-sengħa.
Sigħat ta’ xogħol. 9. Il-ħaddiema awżiljarji għandhom jaħdmu medja ta’ erbgħin
siegħa f’ġimgħa mqassma fuq ħames jew sitt ijiem jew il-ħinijiet
ta’ xogħol (jew taħriġ) kif applikabbli fil-post jew azjenda fejn jiġu
assenjati.
Btajjel.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
10. (1) Il-ħaddiema awżiljarji huma ntitolati għal dawk il-
btajjel pubbliċi kollha skond il-liġi.
(2) Bla ħsara għall-esiġenzi tas-servizz, il-ħaddiema awżiljarji
jkollhom dritt għal għoxrin (jew erba’ u għoxrin jekk jaħdmu
ġimgħa ta’ sitt ijiem) jum vaganzi b’paga sħiħa f’kull sena
kalendarja b’effett minn tliet xhur mid-data tad-dħul tagħhom fl-
iskema.
SKEMA DWAR ĦADDIEMA 
AWŻILJARI U T-TAĦRIĠ TAGĦHOM ġ L.S.343.21 3
(3) Il-ħaddiema awżiljarji jkollhom dritt ukoll għal paga sħiħa
waqt il-mard sa massimu ta’ għoxrin jum f’sena kalendarja. Il-ħlas
għall-mard jingħata biss jekk jiġu sodisfatti dawk il-kondizzjonijiet
li d-Direttur jista’ jistabbilixxi minn żmien għal żmien, fosthom dik
li l-ħaddiem awżiljarju jissottometti ruħu għall-eżami tal-Bord
Mediku jew ta’ tabib nominat mill-Bord Mediku.
(4) Il-ħaddiema awżiljarji jkollhom ukoll dritt għal tliet ijiem
vaganzi meta jiżżewġu u jumejn vaganzi fl-okkażjoni tat-twelid ta’
tarbija lill-mara tal-ħaddiem awżiljarju basta dawn jittieħdu
f’daqqa fi żmien xahar mid-data tat-twelid tat-tarbija.
(5) Il-ħaddiema awżiljarji jkunu wkoll intitolati għal jumejn
vaganzi fil-każ ta’ mewt ta’ xi wieħed jew waħda mill-qraba minn
fost dawn li ġejjin: il-missier, l-omm, il-mara, ir-raġel, l-iben, il-
bint u l-aħwa tal-ħaddiem awżiljarju.
(6) Il-ħaddiema awżiljarji jkollhom dritt għal maternity leave
kif stabbilit bil-liġi.
(7) Il-ħaddiema awżiljarji jkollhom dritt għall-paga meta
jissejħu biex iservu bħala ġurati l-Qorti.
Kondizzjonijiet 
oħra.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
11. (1) Ħaddiem awżiljarju ma jistax jagħmel xogħol privat
jekk ma jkunx ingħata permess bil-miktub biex jagħmel dan mid-
Direttur.
(2) F’dawk il-każi fejn jirriżulta li dawn ir-regolamenti ma
jipprovdux b’mod speċifiku, id-Direttur jista’, b’konsultazzjoni
mad-Direttur tax-Xogħol, jiddeċiedi u d-deċiżjoni tad-Direttur tkun
finali.
Dixxiplina.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
12. (1) Il-ħaddiema awżiljarji huma mistennija li josservaw ir-
regolamenti li jkunu jseħħu minn żmien għal żmien u li jwettqu l-
ordnijiet u x-xogħol li jingħatawlhom mis-superjuri tagħhom f’kull
livell.
(2) Jistgħu jittieħdu passi dixxiplinarji, inkluża tkeċċija mill-
iskema, qtugħ mill-paga, u sospensjoni bla paga jew b’nofs paga,
kontra dawk il-ħaddiema awżiljarji li jinstabu ħatja ta’ xi offiża li
tinsab elenkata fl-Iskeda.
(3) Għandu jkun hemm Bord ta’ Dixxiplina ta’ tliet persuni
nominat mid-Direttur biex jinvestiga u jiddeċiedi każijiet ta’
dixxiplina fl-iskema u biex jiddetermina l-kastig xieraq, skond il-
gravità  tal-każ.
(4) F’kull każ ta’ dixxiplina l-ħaddiem awżiljarju għandu
jingħata d-dettalji bil-miktub ta’ l-akkuża kontrih u jkollu d-dritt li
jwieġeb bil-miktub għal tali akkuża, mingħajr preġudizzju għad-
dritt li jidher quddiem il-Bord ta’ Dixxiplina jekk jitkomplew il-
proċeduri dixxiplinarji.
(5) Il-ħaddiem awżiljarju għandu dritt jidher waqt is-smiegħ
tal-każ u l-Bord ta’ Dixxiplina għandu jikkunsidra kull ħaġa li l-
ħaddiem awżiljarju jista’ jgħid b’difiża ta’ l-aġir tiegħu. F’kull każ
il-ħaddiem awżiljarju jkollu d-dritt li jisma’ x-xhieda kontrieh u
jkun jista’ jagħmel kontro-eżami lix-xhieda, jixhed f’ismu, u li
jsejjaħ xhieda għad-difiża tiegħu. Ebda ħaddiem awżiljarju ma
jista’ jiġi mġiegħel jixhed għad-difiża tiegħu stess.
4 L.S.343.21 ħ
SKEMA DWAR ĦADDIEMA 
AWŻILJARI U T-TAĦRIĠ TAGĦHOM
(6) Il-ħaddiem awżiljarju jista’ jkun assistit minn persuna oħra
li jagħżel hu.
(7) Il-Bord ta’ Dixxiplina għandu jirregola l-proċeduri tiegħu
b’mod li, kompatibbilment man-normi ta’ ġustizzja naturali, il-
proċeduri jitħaffu kemm jistgħu, biex il-każ jinqata’ bla dewmien.
Xogħol. 13. (1) Il-ħaddiema awżiljarji huma mistennija jagħmlu x-
xogħol sħiħ li jingħatalhom bir-reqqa u bil-għaqal, kif jiġu mitluba
mis-superjuri tagħhom u għandhom jagħmlu l-almu tagħhom kollu
biex ilestu dak li jingħatalhom kif għandu jkun u fl-iqsar ħin
possibbli.
(2) Il-ħaddiema awżiljarji jistgħu jiġu mqabbda jagħmlu
xogħol ta’ kostruzzjoni, manutenzjoni, tindif ta’ toroq, skemi ta’
koltivazzjoni ta’ art, xogħol meħtieġ bħala preparazzjoni għall-
proġetti jew fuq proġetti nfushom kif ukoll kull xogħol ieħor li jkun
adatt għall-kapaċitajiet tagħhom sew fis-settur governattiv,
parastatali u privat skond il-ħtieġa.
(3) Il-ħaddiema awżiljarji jistgħu jintbagħtu jaħdmu f’azjendi,
f’fabbriki u ma’ kuntratturi fuq xogħol li jkun adatt għalihom u/jew
li jkunu qed jiġu mħarrġa għalih.
(4) Ħaddiem awżiljarju li ma jaċċettax offerta ta’ impieg bla
raġumi valida jitlef id-dritt li jkompli fl-iskema.
Ħaddiema casual. 14. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti,
ħaddiema casual, fil-waqt li jibqghu jirċievu l-pagi tal-post fejn
qiegħdin bħala casuals u b’kondizzjonijiet oħra bħal dawk
applikabbli b’mod ġenerali għall-ħaddiema tal-Gvern, jistgħu
jingħataw xogħol u taħriġ fl-iskema skond il-ħtieġa.
Ħaddiema in 
eċċess tal-ħtiġiet.
15. Ħaddiema impjegati skond l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni
ta’ Malta, li jirriżultaw li huma b’eċċess għall-ħtiġiet ta’ l-azjenda
fejn jaħdmu, filwaqt li jibqgħu fuq il-kotba ta’ l-azjenda bl-istess
kondizzjonijiet, jistgħu jiġu mħarrġa, jekk ikun il-każ, fl-iskema u
jagħmlu xogħol kemm jista’ jkun analogu fl-iskema bid-dritt li
jirrivertu fl-azjenda li fiha kienu ġew impjegati, meta tinħoloq
vakanza.
SKEDA
Regolament 12
Lista ta’ offiżi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Bord ta’ Dixxiplina:
(a) assenza mix-xogħol jew tardjar fl-attendenza għax-xogħol
mingħajr raġuni xierqa;
(b) abbandun tal-post tax-xogħol mingħajr permess jew raġuni
ġusta;
(ċ) użu ta’ kliem ta’ insubordinazzjoni ma’ uffiċjal superjuri;
(d) użu ta’ vjolenza fuq uffiċjal superjuri jew fuq ħaddieħor;
(e) nuqqas ta’ ubbidjenza ta’ xi ordni jew kmand leġittimu
mogħti minn uffiċjal superjuri;
SKEMA DWAR ĦADDIEMA 
AWŻILJARI U T-TAĦRIĠ TAGĦHOM ġ L.S.343.21 5
(f) tnikkir jew simulazzjoni ta’ mard jew inkapaċità , xogħol
ħażin u nuqqas ta’ produzzjoni;
(g) telf jew ħsara bi traskuraġni ta’ proprjetà  tal-Gvern jew ta’
terzi persuni;
(h) distruzzjoni jew ħsara volontarja ta’ xi proprjetà  tal-Gvern,
jew ta’ terzi persuni, maħruġa jew fdata lill-membri fl-iskema;
(i) għemil jew għajnuna fl-għemil ta’ xi dikjarazzjoni falza
jew qarrieqa meta jkun magħruf li din tkun falza, jew ta’ xi nuqqas,
bil-ħsieb ta’ qerq, f’xi rapport, prospett, lista tal-pagi jew
dokument ieħor magħmul jew iffirmat mill-membru fl-iskema jew
li jkun id-dmir ta’ dak il-membru li jaċċerta l-eżattezza ta’ dak li
jkun jinsab fihom;
(j) nuqqas ta’ attendenza bħala xhud f’inkjesta dwar ksur ta’
dixxiplina meta tkun ħarġet ordni għal dik l-attendenza;
(k) offiża li tista’ twassal għal proċeduri kriminali;
(l) għemil ta’ xi att, imġieba jew traskuraġni bi preġudizzju
għall-bon’ ordni u dixxiplina ta’ l-iskema.
