SKEMA DWAR APPRENDISTAT TEKNIKU ġ L.S.343.22 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.22
SKEMA DWAR APPRENDISTAT TEKNIKU
1 ta’ Jannar, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 82 ta’ l-1990, kif emendat bl-Avviżi Legali 101 ta’ l-
1991, 198 ta’ l-1997, 165 ta’ l-1998, 181 ta’ l-1999, 6 ta’ l-2000, u 109 u
275 ta’ l-2003.
Titolu u 
applikabilità .
1. It-titolu ta’ din l-Iskema hu Skema dwar Apprendistat
Tekniku, u għandha tapplika dwar persuni li għamlu ftehim ta’
apprendistat f’xi waħda mis-snajja’ murija fl-Iskeda fl-1 ta’ Jannar,
1990 jew wara dik id-data.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"Direttur tax-Xogħol" tinkludi kull uffiċjal tad-Dipartiment tax-
Xogħol awtorizzat kif imiss mill-imsemmi Direttur biex jaġixxi
minfloku;
"Direttur ta’ l-Edukazzjoni" tfisser id-Direttur ta’ l-Edukazzjoni
u tinkludi kull uffiċjal tad-Dipartiment ta’ Edukazzjoni awtorizzat
kif imiss mill-imsemmi Direttur biex jaġixxi minfloku.
Ħtiġiet għad-dħul.
waħda mis-snajja’ msemmija f’din l-Iskema jekk -
(a) ma tkunx temmet Form V ta’ skola sekondarja
rikonoxxuta u ma tkunx kisbet -
(i) żewġ passes f’Livell Ordinarju tal-General
Certificate of Education fil-Fiżika, Matematika
jew Tpinġija Teknika/Komunikazzjoni Grafika;
jew
(ii) pass waħda f’Livell Ordinarju tal-General
Certificate of Education fil-Fiżika, Matematika
jew Tpinġija Teknika/Komunikazzjoni Grafika u
tkun għaddiet minn aptitude test, wara li tkun
inħtieġet tagħmel dik il-prova mid-Direttur ta’ l-
Edukazzjoni; jew
(b) ma tkunx temmet kors fi Skola tas-Snajja’ u ma tkunx
kisbet City and Guilds General Course Certificate fl-
Inġinerija; jew
(ċ) ma tkunx ġiet eżentata mid-Direttur ta’ l-Edukazzjoni
mill-ħtiġiet imsemmija fil-paragrafi (a) u (b).
Perijodu ta’ 
apprendistat.
4. Il-perijodu ta' apprendistat għandu jkun ta’ erba’ snin
konsekuttivi.
Obbligu tal-
prinċipal.
5. Prinċipal li jdaħħal apprendist taħt din l-Iskema jkun
obbligat li jgħallem u li jagħti faċilitajiet biex jitgħallem skond
dawk l-iskedi ta’ xogħol li jiġu stabbiliti mid-Direttur ta’ l-
Edukazzjoni minn żmien għal żmien dwar xi sengħa partikolari.
Snin ta’ 
apprendistat.
6. (1) Matul l-ewwel sena ta’ l-apprendistat, l-apprendist
ikun meħtieġ jattendi matul il-ħin kollu f’istituzzjoni edukattiva
2 L.S.343.22 ħ SKEMA DWAR APPRENDISTAT TEKNIKU
rikonoxxuta.
(2) Matul it-tieni sena u snin sussegwenti ta’ apprendistat, l-
apprendist jenħtieġ jattendi f’istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta
f’dawk il-jiem jew għal dawk il-perijodi li d-Direttur ta’ l-
Edukazzjoni jista’ jistabbilixxi, u l-prinċipal għandu jħalli lill-
apprendist jattendi kif meħtieġ:
Iżda d-Direttur ta’ l-Edukazzjoni jista’, jekk hekk iqis li
jkun meħtieġ, b’avviż bil-miktub lill-prinċipal, itawwal jew
inaqqas it-tul ta’ kull perijodu li matulu l-apprendist ikun meħtieġ
li jattendi l-istituzzjoni edukattiva.
Taħriġ fis-sengħa. 7. Il-prinċipal għandu jagħti lill-apprendist taħriġ skond is-
sengħa li jkun fuqha. Id-Direttur tax-Xogħol jew id-Direttur ta’ l-
Edukazzjoni jista’ jeħtieġ li prinċipal jagħtih rapporti tal-progress
ta’ l-apprendist minn żmien għal żmien u jista’ jeħtieġ li l-
apprendist jagħmel dawk il-provi fis-sengħa li jkunu meħtieġa
sabiex jiġu żgurat li dan ikun kiseb progress xieraq.
Sigħat ta’ Xogħol.
Kap. 452.
8. (1) Is-sigħat ta’ xogħol ta’ apprendusti ma jkunux iżjed
mis-sigħat normali tax-xogħol applikabbli għall-istabbiliment tal-
prinċipal skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali.
(2) Ebda prinċipal ma jista’ jqabbad lil apprendist fuq xogħol
bis-sahra mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub li tinkiseb bil-
quddiem mingħand id-Direttur tax-Xogħol li jista’, fl-għoti ta’ dik
l-approvazzjoni, jimponi dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Ir-rati ta’ rimunerazzjoni għal xogħol bis-sahra jkunu dawk
speċifikati fl-Ordni li Jirregola l-Pagi applikabbli għall-
istabbiliment.
Għotjiet ta’ 
manteniment u ta’ 
pagi.
Sostitwit:
A.L. 181 ta’ l-
1999.
Emendat:
A.L. 6 ta’ l-2000;
A.L. 109 ta’ l-
2003.
9. (1) Apprendist taħt din l-Iskema jkollu jedd għal għotja ta’
manteniment u ta’ paga kif ġej:
(a) matul l-ewwel sena fl-apprendistat -
(i) għotja ta’ Lm140 li titħallas għal darba waħda
biss biex tkopri l-ispejjeż li jkollhom x’jaqsmu
max-xiri ta’ tagħmir edukattiv;
(ii) għotja ta’ manteniment fissa ta’ Lm40 fix-xahar
li tkun disponibbli matul is-sena akkademika, u
(iii) Lm100 fix-xahar, barra mis-sena akkademika,
għal dawk l-apprendisti li jipparteċipaw f’taħriġ
fuq post tax-xoghol, approvat mill-
Korporazzjoni;
(b) matul it-tieni sena ta’ l-apprendistat -
(i) l-apprendisti li jattendu l-istituzzjoni edukattiva
kuljum huma eliġibbli għal (a)(ii) u (iii) hawn
qabel imsemmija, filwaqt li
(ii) l-apprendisti li jattendu part-time fl-istituzzjoni
edukattiva kuljum, huma eliġibbli għal dan li
ġej-
ghotja ta’ manteniment ta’ Lm40 fix-xahar
għal tnax-il xahar li titħallas mill-Gvern, u
paga ta’ Lm1,120 fis-sena li titħallas mill-
SKEMA DWAR APPRENDISTAT TEKNIKU ġ L.S.343.22 3
prinċipal;
(ċ) matul it-tielet sena fl-apprendistat -
(i) għotja ta’ manteniment ta’ Lm40 fix-xahar għal
tnax-il xahar li titħallas mill-Gvern, u
(ii) paga ta’ Lm1,170 fis-sena li titħallas mill-
prinċipal;
(d) matul ir-raba’ sena fl-apprendistat -
paga ta’ Lm1,700 fis-sena li titħallas mill-
prinċipal.
(2) Il-paga li titħallas mill-prinċipal għandha titħallas
f’intervalli regolari skond il-prattika ta’ l-istabbiliment.
Kap. 452.
(3) Mis-sena ta’ apprendistat meta l-apprendisti jibdew
jipparteċipaw f’taħriġ fuq post tax-xogħol, jkollhom jedd għal nofs
il-bonus statutorju li jitħallas skond l-artikolu 23 ta’ l-Att dwar l-
Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Il-bonus jitħallas mill-
prinċipal.
(4) Ir-regolamenti 11, 12, 13 u 14 għandhom japplikaw mis-
sena t’ l-apprendistat meta l-apprendisti jibdew jipparteċipaw
f’taħriġ fuq post tax-xogħol.
(5) Jitħallsu għotjiet ta’ manteniment lil apprendisti li -
(a) huma ċittadini ta’ Malta li mill-inqas ikollhom ġenitur
wieħed li jkun ċittadin Malti,
(b) kienu joqogħdu f’Malta għal perjodu ta’ mhux anqas
minn ħames snin meta jibdew l-apprendistat.
(6) (a) L-apprendisti ta’ l-ewwel sena li l-programm ta’ taħriġ
tagħhom jitlob li jattendu għal taħriġ prattiku waqt it-
tieni sena ta’ l-apprendistat, ma jkollhomx jedd għall-
għotja ta’ manteniment marbuta maż-żmien ta’ barra l-
perjodu tas-sena akkademika, sakemm ma jattendux
għal taħriġ prattiku fi stabbiliment approvat mill-
Korporazzjoni.
(b) L-istess prinċipju japplika għal dawk l-apprendisti tat-
tieni sena li l-programm ta’ taħriġ tagħhom jitlob li
jibdew it-taħriġ prattiku tagħhom fuq il-post tax-
xogħol, mit-tielet sena ta’ l-apprendistat.
(7) L-apprendisti li jassentu ruħhom mit-taħriġ teoriku fi skola
jkollhom l-għotja ta’ manteniment tagħhom imnaqqsa skond hekk.
(8) L-apprendisti li jassentu ruħhom mit-taħriġ prattiku
jkollhom il-paga tagħhom imnaqqsa mill-prinċipal tagħhom skond
hekk.
(9) L-apprendisti li jkunu meħtieġa jirrepetu xi sena mill-
apprendistat tagħhom ma jkollhomx jedd għall-għotja ta’
manteniment matul is-sena li jkunu qegħdin jirrepetu. Madankollu,
ikollhom jedd għall-paga li tinħareġ mill-prinċipal sakemm huma
jattendu għat-taħriġ prattiku.
4 L.S.343.22 ħ SKEMA DWAR APPRENDISTAT TEKNIKU
Vaganzi.
Sostitwit:
A.L. 109 ta’ l-
2003.
10. L-apprendisti għandhom jedd għall-festi nazzjonali b’paga
sħiħa u għall-vaganzi pubbliċi kollha b’paga sħiħa u għal ġranet
tax-xogħol li jingħataw bħala leave ta’ vaganza li jridu jiġu
kkalkolati kif ġej:
jumejn ta’ mistrieħ għal kull għoxrin ġurnata
attendenza fl-istabbiliment tal-prinċipal, akkumulati
mill-apprendist bħala taħriġ fuq il-post tax-xogħol;
il-prinċipal ma għandux jagħti dawk il-ġranet ta’ leave
f’xi ġurnata li matulha l-apprendist ikun meħtieġ
jattendi f’istituzzjoni edukattiva skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 6.
Leave għal mard.
Kap. 318.
11. Apprendist ikollu jedd għal ħmistax-il jum tax-xogħol
leave għal mard b’paga sħiħa u ħmistax-il jum tax-xogħol ieħor
b’nofs paga f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju għal mard
li għalih jista’ jkollu jedd skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali,
sakemm jingħata lill-prinċipal ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol matul iż-żmien ta’ assenza, iżda l-prinċipal
jista’ jibgħat lit-tabib tiegħu biex jeżamina lill-apprendist.
Leave għal luttu. 12. Apprendist jingħata jumejn leave bi ħlas fil-każ tal-mewt
ta’ xi ħadd minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-missier
(jew il-persuna li matul dak iż-żmien kienet qed taġixxi bħala omm
jew missier, skond il-każ), iben, bint, ħu jew oħt l-apprendist.
Leave għal żwieġ. 13. L-apprendisti jingħataw tliet ijiem tax-xogħol vaganza
b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħhom.
Leave għal 
korriment.
Miżjud:
A.L. 198 ta’ l-
1997.
Kap. 318.
14. Apprendist ikollu jedd għal sena leave għal korriment
b’paga shiha nieqes kull ammont ta’ benefiċċju dwar korriment li l-
apprendist ikun intitolat għalih skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali,
jekk huwa jweġġa’ waqt il-qadi ta’ dmirijietu fuq il-post tax-xogħol
u l-kawża ta’ dan ma tkunx dovuta għal xi negliġenza kontributorja
minn dak l-apprendist jew għal xi ksur minn naħa ta’ dak l-
apprendist ta’ xi regoli dwar il-ħarsien tas-saħħa li jkunu ġew
imnedija mill-prinċipal.
Tmiem ta’ 
apprendistat.
Emendat:
A.L. 198 ta’ l-
1997.
15. (1) Apprendist għandu jsegwi dawk il-korsijiet ta’ studju
u jagħmel dawk l-eżamijiet kif stabbiliti fl-Iskeda tal-kors.
(2) Ebda apprendist ma jitħalla jgħaddi għat-tielet sena
sakemm ma jgħaddix minn prova maħsuba biex taċċerta li kien
hemm progress sodisfaċenti fil-kisba ta’ taħriġ prattiku skond is-
sengħa tiegħu.
(3) Jekk, f’xi żmien matul l-apprendistat, l-apprendist jeħel
f’xi wieħed mill-eżamijiet jew provi prattiċi, huwa jkun jista’
jerġa’ jagħmel dak l-eżami jew dik il-prova f’sessjoni li tiġi wara:
Iżda jekk apprendist jeħel għat-tieni darba konsekuttiva,
huwa għandu jitqies bħala mhux kapaċi li jkompli jieħu aktar taħriġ
u jkollu l-apprendistat tiegħu mitmum.
SKEMA DWAR APPRENDISTAT TEKNIKU ġ L.S.343.22 5
Emendata:
A.L. 101 ta’ l-
1991;
A.L. 165 ta’ l-
1998;
A.L. 275 ta’ l-
2003.
SKEDA
1. Inġinerija Mekkanika: tinkludi s-sengħa ta’ Tekniku
mekkaniku, Tekniku ta’ vetturi bil-mutur, Tool maker u Die maker,
Refrigeration technician.
2. Inġinerija Elettrika: tinkludi Tekniku elettriku.
3. Inġinerija Elettronika: tinkludi Tekniku ta’ l-elettronika
industrijali u Micro-computer technician.
4. Tekniku tat-Telekomunikazzjonijiet.
5. Xoghol ta’ Draughtsman: tinkludi Draughtsman elettriku,
Draughtsman mekkaniku, Draughtsman ta’ l-Inġinerija Ċivili.
6. Disinn industrijali.
7. Tekniku Agrikolu.
8. Computer Aided Engineering Technician.
9. Computer Hardware Technician.
