DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG ġ L.S.343.23 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.23
REGOLAMENTI FUQ ID-DOKUMENTAZZJONI 
DWAR ĦADDIEMA LI JIBDEW JEW ITEMMU 
IMPIEG
1 ta’ Ottubru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 110 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviż Legali 144 ta’ l-
1999.
Titolu.
Dokumentazzjoni dwar Ħaddiema li Jibdew jew Itemmu Impieg.
Tifsir.
Kap. 343.
2. F’dawn ir-regolamenti l-kliem u l-frażijiet għandu
jkollhom l-istess tifsir li għandhom taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’
Impieg u Taħriġ.
Il-Korporazzjoni 
għandha tiġi 
notifikata dwar 
kull impieg.
3. (a) Kull persuna, hawn iktar ’il quddiem imsejħa prinċipal,
li timpjega lil xi persuna oħra whole-time, part-time
jew xort’oħra b’kuntratt definit jew indefinit jew bi
prova, għandha tinnotifika lill-Korporazzjoni b’dak l-
impieg kif hawn stabbilit dwar kull impieg.
(b) Kull persuna, hawn aktar ’il quddiem imsejħa persuna
li taħdem għal rasha, li tibda tagħmel xogħol bi qligħ,
whole-time, part-time jew xort’oħra, li mhux b’kuntratt
ta’ impieg ma’ xi prinċipal, għandha tinnotifika lill-
Korporazzjoni b’dak ix-xogħol kif hawn stabbilit.
(ċ) B’żieda mad-dmir ta’ prinċipal skond il-paragrafu (a),
kull persuna li, filwaqt li tkun tirreġistra mal-
Korporazzjoni bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol u
tkun reġistrata bħala tali mal-Korporazzjoni taħt l-
Ewwel jew it-Tieni Parti tar-Reġistru, tiġi impjegata
ma’ ħaddieħor bi qligħ, kemm whole-time, part-time
jew xort’oħra, b’kuntratt definit jew indefinit jew bi
prova, dik il-persuna għandha tinnotifika lill-
Korporazzjoni b’dak l-impieg kif hawn stabbilit.
Formola ta’ ingaġġ 
u n-notifika 
tagħha.
Emendat:
A.L. 144 ta’ l-
1999.
4. In-notifika indikata fir-regolament ta’ qabel għandha ssir
mhux aktar tard mill-ġurnata li fiha jibda l-impieg jew li fiha xi
persuna tibda taħdem għal rasha billi tiġi mimlija l-formola ta’
ingaġġ relattiva speċifikata fl-Ewwel Skeda jew fit-Tieni Skeda,
skond il-każ, u l-Korporazzjoni toħroġ riċevuta għal dik in-notifika
kemm jista’ jkun malajr.
Preżunzjoni ta’ 
xogħol bi qligħ.
5. Kull persuna li tagħmel xogħol ġewwa fabbrika, uffiċċju,
ħanut jew post ieħor ta’ xogħol titqies għall-finijiet ta’ dawn ir-
regolamenti li hija persuna impjegata jew li taħdem għal rasha.
Impieg ristrett ta’ 
minuri obbligat 
għall-iskola.
Kap. 327.
6. (1) L-ebda persuna ma għandha timpjega minuri obbligat
għall-iskola ħlief:
(i) meta l-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni
jagħti permess bil-miktub għall-impieg ta’ dak
il-minuri obbligat għall-iskola taħt l-artikolu
43(1) u (2) ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni; jew
2 L.S.343.23 ħ
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG
(ii) taħt xi apprendistat jew skema ta’ taħriġ
approvati mill-Ministru responsabbli għall-
edukazzjoni skond l-artikolu 43(3) ta’ l-Att dwar
l-Edukazzjoni:
Iżda prinċipal ikun marbut li jassigura li dawk il-
kondizzjonijiet, jekk ikun hemm, imniżżla f’dak il-permess bil-
miktub jew skema ta’ apprendistat jew skema ta’ taħriġ ikunu
osservati.
Kap. 446.
(2) Kull prinċipal li jonqos li josserva xi disposizzjoni ta’ dan
ir-regolament ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinstab ħati multa ta’
mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn elf lira, u l-Qorti
tista’ fuq talba tal-prosekuzzjoni u b’żieda ma’ dik il-piena, tordna
s-sospensjoni jew it-tħassir ta’ kull liċenza miżmuma minn min
jagħmel ir-reat u li tkun relattiva għall-kummerċ jew negozju, jew
relattiva għal xi post tan-negozju fejn dawk il-persuni jkunu
impjegati. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
għandhomx japplikaw dwar xi reat bħal dak.
Impieg projbit.
Kap. 446.
7. Kull prinċipal li jimpjega xi persuna li ma tkunx ċittadin
ta’ Malta, sakemm dik il-persuna ma jkollhiex permess tax-xogħol,
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinstab ħati, multa ta’ mhux inqas
minn ħames mitt lira u mhux iżjed minn elf lira, u l-Qorti għandha,
fuq talba tal-prosekuzzjoni u b’żieda ma’ dik il-piena, tordna s-
sospensjoni jew it-tħassir ta’ kull liċenza miżmuma minn min
jagħmel ir-reat u li tkun relattiva għal kummerċ jew negozju, jew
relattiva għal xi post tan-negozju fejn tkun impjegata dik il-
persuna. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
għandhomx japplikaw dwar xi reat bħal dak.
Tmiem ta’ l-impieg 
għandu jiġi 
notifikat lill-
Korporazzjoni.
Emendat:
A.L. 144 ta’ l-
1999.
8. (a) Meta xi kuntratt ta’ xogħol jintemm il-prinċipal
għandu, fi żmien erbat ijiem mid-data tat-tmiem,
jinnotifika lill-Korporazzjoni permezz tal-formola ta’
tmiem ta’ mpieg li hi speċifikata fit-Tielet Skeda, u
bil-firma tiegħu, dwar id-data tat-tmiem ta’ dak ix-
xogħol. Il-Korporazzjoni għandha mbagħad tagħti
riċevuta għal dik in-notifika kemm jista’ jkun malajr.
(b) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) għandhom
japplikaw mutatis mutandi għal persuna li taħdem għal
rasha, meta dik il-persuna ttemm ix-xogħol bi qligħ
tagħha kif imsemmi fir-regolament 3(b).
Lista ta’ impjegati. 9. Kull prinċipal għandu jagħti lill-Korporazzjoni lista ta’
impjegati li kienu jaħdmu miegħu f’xi żmien determinat kull meta
hekk mitlub mill-Korporazzjoni.
Pieni.
Kap. 446.
10. Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet tar-regolamenti 3, 4, 8 u 9 tkun ħatja ta’ reat u
teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn ħamsin lira u
mhux iżjed minn ħames mitt lira, u l-Qorti tista’, barra minn dik il-
multa, tordna s-sospensjoni jew it-tħassir ta’ kull liċenza miżmuma
minn min ikun għamel ir-reat u li tkun relattiva għal xi kummerċ
jew negozju, jew relattiva għal xi post tan-negozju fejn ikunu
impjegati persuni. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation
ma għandhomx japplikaw għal xi reat bħal dak:
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG ġ L.S.343.23 3
Iżda ma jittieħdu ebda proċedimenti kontra xi persuna li,
wara li tirċievi avviż mill-Korporazzjoni għall-ħlas ta’ penali ta’
mhux iżjed minn ħamsa u għoxrin lira għax tkun kisret id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, tikkonforma ruħha mad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u tħallas dik il-penali lill-
Korporazzjoni f’kull każ fi żmien ħmistax-il jum mid-data li
tirċievi dak l-avviż.
4 L.S.343.23 ħ
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG
KORPORAZZJONI TA’ XOGĦOL U TAĦRIĠ
Formola ta’ Bidu ta’ Impieg għal Persuna Impjegata
Noti għal min iħaddem:
1. Għandek timla formola bħal din għal kull persuna li tibda taħdem miegħek.
2. F’kull każ ta’ bidu ta’ impieg, din il-formola mimlija kif imiss għandek
tibgħatħa lill-Korporazzjoni fl-istess jum li fih jibda l-impieg.
3. Jekk il-persuna li ser taħdem miegħek qatt ma ħadmet qabel, din għandha
tippreżentalek:
a) Ċertifikat informali tat-twelid, mill-Insinwa (jekk hi taħt il-21 sena)
b) Karta ta’ l-identità  tagħha
ċ) Formoli NI3 u NI5 mid-Dipartiment tas-Sigurtà  Soċjali jew, jekk ikun
il-każ, fil-każ ta’ persuna ta’ nazzjonalità  barranija, ċertifikat mill-istess
Dipartiment li tkun ġiet eżentata mill-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà
Soċjali.
4. Jekk il-persuna li ser taħdem miegħek għadħa ma għalqitx is-16-il sena, jew
għalqithom bejn il-15 ta’ Lulju tas-sena li tiġi minnufih qabel din is-sena u l-14 ta’
Lulju ta’ din is-sena, din għandha tippreżentalek ċertifikat li hi eżentata milli tmur l-
iskola. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkiseb mill-Welfare Section tad-Dipartiment ta’ l-
Edukazzjoni, Il-Mall, Floriana. Biex jikseb dan iċ-ċertifkat min japplika għandu
jaghti lid-Dipartiment imsemmi:
a) Ċertifikat tat-twelid informali
b) Dikjarazzjoni mill-persuna li bi ħsiebha tħaddimha, u
ċ) Ċertifikat mill-iskola fejn tkun marret l-aħħar.
Dan japplika wkoll jekk il-persuna tkun ta’ età  obbligatorja li tattendi għall-
iskola u tkun fi ħsiebha taħdem matul il-vaganzi tas-sajf biss.
5. Fil-każ ta’ persuna mwielda barra minn Malta li ma għalqitx 21 sena, u li
jkollha ċittadinanza doppja (dik Maltija u dik ta’ pajjiż ieħor), tkun teħtieġ ċertifikat
mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Department of Citizenship and Expatriate Affairs)
dwar iċ-ċittadinanza tagħha.
6. Persuna li ma jkollhiex ċittadinanza Maltija tkun teħtieġ Liċenza tax-Xogħol
li tinkiseb mill-imsemmi Dipartiment (Citizenship and Expatriate Affairs) qabel ma’
tkun tista’ taħdem f’Malta.
7. Iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 3(a) u, jekk ikun il-każ, iċ-ċertifikati
Sostitwita:
A.L. 144 ta’ l-1999. L-EWWEL SKEDA
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG ġ L.S.343.23 5
msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jintbagħtu lil din il-Korporazzjoni
flimkien ma’ din il-formola.
8. Il-kliem użati fit-tieni kolonna tat-Taqsima II ta’ din il-formola (Dettalji ta’
l-Impieg) għandhom jiftiehmu kif ġej:
a) "Kuntratt Definit" jirreferi għal impieg temporanju, jiġifieri li jittermina
wara perijodu determinat li jkun miftiehem bil-quddiem bejn min
iħaddem u l-impjegat;
b) "Kuntratt Indefinit" jirreferi għal impieg permanenti, jiġifieri impieg li
jibqa’ wieħed validu sakemm xi wieħed mill-partijiet involuti jiddeċiedi
li jitterminah;
ċ) "Casual worker" huwa wieħed li jissejjaħ fuq il-post tax-xogħol mhux
fuq bażi ta’ sigħat regolari;
d) "Outworker" huwa impjegat li jaħdem mid-dar tiegħu stess u jitħallas
skond l-ammont ta’ xogħol li jagħmel u mhux salarju fiss;
e) "Apprendista" huwa min ikun għadu jistudja fi skema ta’ edukazzjoni
jew taħriġ u li fl-istess ħin beda jaħdem mal-prinċipal bħala parti minn
dik l-iskema;
f) Student" huwa persuna li -
(i) tkun qed tistudja full-time u tirċievi stipendju, u
(ii) tkun taħdem u, jew tagħmel taħriġ waqt il-vaganzi skolastiċi.
9. Fit-Taqsima III (Dettalji ta’ Min Iħaddem), "Numru ta’ min iħaddem" n-
numru mogħti lilek mill-Korporazzjoni meta irreġistrajt bħala kumpannija jew bħala
persuna li taħdem għal rasek li tħaddem l-impjegati. Jekk din hija l-ewwel darba li
qed tħaddem lil xi ħadd u għad m’għandekx dan in-numru, għandek tħallih vojt. Iżda
d-dettalji l-oħra għandek timlihom kollha.
10. Din il-formola għandha tintbagħat -
Tintbagħat irċevuta għal kull formola li tasal.
11. Prinċipal li ma jibgħatx din il-Formola fiż-żmien stipulat jista’ jeħel multa
skond kif kontemplat fir-Regolamenti fuq id-Dokumentazzjoni dwar Ħaddiema li
Jibdew jew Itemmu Impieg.
12. Dawn in-noti jservu biss bħala gwida.
f’Malta, lil: f’Għawdex, lil:
Korporazzjoni tax-Xogħol u
Taħriġ
Korporazzjoni tax-Xogħol
u Taħriġ
Sezzjoni Informazzjoni dwar
Riżorsi Umani
Triq l-Imġarr,
PO Box 20 Victoria VCT 111
Birżebbuġa BBG 01
F’każ ta’ diffikultà  ċempel
684940
F’każ ta’ diffikultà  ċempel
561513
6 L.S.343.23 ħ
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG ġ L.S.343.23 7
8 L.S.343.23 ħ
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG
KORPORAZZJONI TA’ XOGĦOL U TAĦRIĠ
Formola ta’ Bidu ta’ Impieg għal Min Jaħdem għal Rasu
Noti għal min ser jibda jaħdem għal rasu:
1. Din il-formola għandha timtela minn min ser jibda jaħdem għal rasu għall-
ewwel darba, u minn min kien digà  hekk jaħdem għal rasu imma waqaf u ser jerġa’
jibda jaħdem għal rasu.
2. Jekk int ser tħaddem lil xi ħadd miegħek, għandek timla din il-Formola ta’
Bidu kif ukoll Formola ta’ Bidu ta’ Impieg għal Persuna Impjegata għal kull
impjegat li qed jibda jaħdem miegħek.
3. Din il-formola għandek timlija u tibgħatħa lill-Korporazzjoni fl-istess jum li
fih tibda taħdem għal rasek.
4. Jekk inti qatt ma ħdimt qabel, għandek bżonn:
a) Ċertifikat informali tat-twelid, mill-Insinwa (jekk int taħt il-21 sena)
b) Karta ta’ l-identità
ċ) Formoli NI3 u NI5 mid-Dipartiment tas-Sigurtà  Soċjali jew, jekk int
persuna ta’ nazzjonalità  barranija, ċertifikat mill-istess Dipartiment li
tkun ġejt eżentata mill-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà  Soċjali, jekk ikun
il-każ.
5. Jekk int persuna mwielda barra minn Malta li ma għalaqtx il-21 sena, u li
għandek ċittadinanza doppja (dik Maltija u dik ta’ pajjiż ieħor), għandek bżonn ta’
ċertifikat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Department of Citizenship and Expatriate
Affairs) dwar iċ-ċittadinanza tiegħek.
6. Fil-każ li m’għandekx ċittadinanza Maltija, għandek bżonn ta’ Liċenza tax-
Xogħol li tinkiseb mill-imsemmi Dipartiment (Citizenship and Expatriate Affairs)
qabel tkun tista’ taħdem Malta. Din il-liċenza tinħareġ mid-Dipartiment taċ-
Ċittadinanza.
7. Iċ-ċertifikati imsemmija fil-paragrafu 4(a) u, jekk ikun il-każ, iċ-ċertifikati
msemmija fil-paragrafi 5 u 6, għandhom jintbagħtu lill-Korporazzjoni flimkien ma’
din il-formola.
8. F’din il-Formola, fejn hemm il-kliem -
"Indirizz" fit-Taqsima I għandu jitniżżel l-indirizz personali ta’ min jaħdem għal
rasu.
"Lokalità  fejn qiegħda l-fergħa/post tax-xogħol" fit-Taqsima II għandu jitniżżel l-
Miżjuda:
A.L. 144 ta’ l-1999. IT-TIENI SKEDA
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG ġ L.S.343.23 9
isem tal-belt jew raħal fejn inti tagħmel ix-xogħol tiegħek, jekk int taħdem f’post
fiss.
"Indirizz tax-Xogħol" fit-Taqsima II għandu jitniżżel l-indirizz tal-post fejn
tirċievi l-korrispondenza tax-xogħol tiegħek, iżda dan m’għandux ikun Numru ta’
Kaxxa Postali.
9. Din il-Formola, flimkien ma’ xi formoli ohra li mlejt, għandek tibgħathom:
Tintbagħat irċevuta għal kull formola li tasal.
10. Persuna li taħdem għal rasha u ma tibgħatx din il-Formola u ma tagħmilx
hekk fiż-żmien stipulat tista’ teħel multa skond kif kontemplat fir-Regolamenti fuq
id-Dokumentazzjoni dwar Ħaddiema li Jibdew jew Itemmu Impieg.
11. Dawn in-noti jservu biss bħala gwida.
f’Malta, lil: f’Għawdex, lil:
Korporazzjoni tax-Xogħol u
Taħriġ
Korporazzjoni tax-Xogħol
u Taħriġ
Sezzjoni Informazzjoni dwar
Riżorsi Umani
Triq l-Imġarr,
PO Box 20 Victoria VCT 111
Birżebbuġa BBG 01
F’każ ta’ diffikultà  ċempel
684940
F’każ ta’ diffikultà  ċempel
561513
10 L.S.343.23 ħ
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG ġ L.S.343.23 11
12 L.S.343.23 ħ
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG
KORPORAZZJONI TA’ XOGĦOL U TAĦRIĠ
Formola ta’ Tmiem ta’ Impieg
Noti għal min ser jimla l-formola:
1. Din il-formola għandha timtela minn:
· Prinċipal, kull meta xi persuna ma tibqax taħdem miegħu.
· Prinċipal, kull meta persuna li taħdem miegħu jinbidlilha t-tip ta’
kuntratt, bħal meta taqleb minn part-time għal full-time, jew minn
kuntratt definit għal wieħed indefinit, jew għal kull raġuni oħra.
· Kull persuna li ma tibqax taħdem għal rasha.
2. Din il-Formola tapplika sew għal impieg full-time sew part-time u, jew li
tkun taħdem għal rasek.
3. Din il-formola għandha tintbagħat FI ŻMIEN ERBAT IJIEM mit-tmiem ta’
l-impieg:
Tintbagħat irċevuta għal kull formola li tasal.
4. Min għandu l-obbligu jibgħat din il-Formola u ma jagħmilx hekk fiż-żmien
stipulat jista’ jeħel multa skond kif kontemplat fir-Regolamenti fuq id-
Dokumentazzjoni dwar Ħaddiema li Jibdew jew Itemmu Impieg.
5. Dawn in-noti jservu biss bħala gwida.
IT-TIELET SKEDA Miżjuda:A.L. 144 ta’ l-1999.
f’Malta, lil: f’Għawdex, lil:
Korporazzjoni tax-Xogħol u
Taħriġ
Korporazzjoni tax-Xogħol
u Taħriġ
Sezzjoni Informazzjoni dwar
Riżorsi Umani
Triq l-Imġarr,
PO Box 20 Victoria VCT 111
Birżebbuġa BBG 01
F’każ ta’ diffikultà  ċempel
684940
F’każ ta’ diffikultà  ċempel
561513
DOKUMENTAZZJONI DWAR ĦADDIEMA 
LI JIBDEW JEW ITEMMU IMPIEG ġ L.S.343.23 13
