AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG ġ L.S.343.24 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.24
REGOLAMENTI DWAR AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG
1 ta’ Jannar, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 127 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avviż Legali 96 ta’ l-
1997.
Titolu.
Aġenziji ta’ l-Impieg.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"aġenzija ta’ l-impieg" jew "negozju ta’ l-impieg" tfisser kull
attività  mwettqa f’Malta għar-reklutaġġ ta’ persuni sabiex jiġu
impjegati f’Malta jew barra minn Malta;
"applikant għal impieg" tinkludi kull persuna li tfittex li tagħmel
użu mill-opportunitajiet għall-impieg li jkunu qeghdin jiġu offerti
minn aġenzija ta’ l-impieg jew minn negozju ta’ l-impieg;
Kap. 343.
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Nazzjonali tax-Xoghol imwaqqfa
bl-artikolu 3 ta’ l-Att;
’"detentur ta’ liċenza" tinkludi wkoll kull persuna li tiġi lilha
trasferita liċenza mal-mewt tad-detentur skond ma hemm fl-
artikolu 23(9) ta’ l-Att;
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xoghol u tinkludi lil kull
uffiċjal tad-Dipartiment tax-Xoghol li jkun awtorizzat mid-Direttur
li jaghmilha minfloku;
Kap. 248.
Istampa;
"impieg" tinkludi wkoll lil dawk li jimpjegaw lilhom innifishom;
"kondizzjonijiet ta’ l-impieg" tfisser il-pagi, iż-żmien ta’ l-
impieg, is-sigħat tax-xoghol u l-vakanzi;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni u korp ġuridiku mwaqqaf
b’liġi;
"persuna kompetenti" tfisser persuna sewwa u xierqa approvata
mid-Direttur sabiex tmexxi aġenzija ta’ l-impieg jew negozju ta’ l-
impieg u li jkollha l-kwalifiki u l--esperjenza stabbiliti bir-
regolament 7;
"prinċipal" tinkludi soċjetà , kumpannija, assoċjazzjoni jew kull
korp ieħor ta’ persuni, sew jekk ikollu personalità  ġuridika jew le;
"reklam" tinkludi kull reklam f’pubblikazzjoni jew xandira fuq
stazzjon tar-radju jew tat-televiżjoni jew network bil-fili;
"servizzi ta’ impieg" tinkludi ż-żamma ta’ reġistru ta’ applikanti
għal impieg jew ir-riferiment ta’ applikanti għal impieg, l-
impjazzar f’impieg ta’ applikanti għal impieg; it-tqeghid ta’
reklami sabiex jimtlew postijiet battala ta’ impieg, l-intervistar u
2 L.S.343.24 ħ AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG
għażla ta’ applikanti għal impieg u l-offerta ta’ kuntratti għal
impieg għal u f’isem kull prinċipal lil applikanti għal impieg;
"utent" tinkludi lil kull prinċipal jew persuna li ma jkunux
applikant għal impieg li jaghmel użu minn kull servizz provdut
minn aġenzija ta’ impieg jew negozju ta’ impieg.
Kondizzjonijiet 
għat-tmexxija ta’ 
aġenziji jew 
negozju ta’ impieg.
3. (1) Ħadd ma jista’ jiġġestixxi aġenzija ta’ impieg jew
negozju ta’ impieg sakemm ma jkunx detentur ta’ liċenza korrenti
maħruġa mid-Direttur li tkun tawtorizzah jiġġestixxi dik l-aġenzija
jew dak in-negozju fil-fond li jiġi speċifikat fil-liċenza.
(2) Ħadd ma jkun kwalifikat li jingħata liċenza biex imexxi
aġenzija ta’ impieg jew negozju ta’ impieg sakemm ma jkollux
ħamsa u għoxrin sena jew iktar u jkun wera avviż skond l-artikolu
23 ta’ l-Att dwar l-intenzjoni tiegħu li jmexxi l-aġenzija ta’ l-
impieg u jkun irreklama l-avviż ta’ l-applikazzjoni.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandhomx
ikunu japplikaw:
(a) dwar prinċipal li jiġġestixxi servizz ta’ impieg li jkollu
x’jaqsam ma’ xi impieg fl-impriża tiegħu nnifsu jew
f’xi impriża li fiha jkun jipparteċipa fit-tmexxija ta’
kuljum tagħha bħala sieħeb attiv jew għal kumpannija
li fiha l-kumpannija tiegħu ikollha interess bħala
attivista maġġoritarja, b’dan illi jekk isir xi reklam
sabiex jimtela xi post battal, għandha tiġi speċifikata
b’mod ċar l-identità  tal-prinċipal fir-reklam; u
(b) dwar sevizz ta’ impieg provdut minn aġenzija ta’
impieg f’isem prinċipal li l-identità  tiegħu tiġi
speċifikata b’mod ċar fir-reklam li jkun qed jistieden
applikanti għal impieg.
Applikazzjoni għal 
liċenza.
4. (1) Applikazzjonijiet għal liċenzi biex tiġi ġestita aġenzija
ta’ l-impieg jew negozju ta’ l-impieg għandha tintbagħat lid-
Direttur fuq il-formola preskritta fl-Ewwel Skeda. Kull
applikazzjoni għandha tinkludi dawn il-partikolaritajiet li ġejjin:
(a) l-isem, l-indirizz, in-numru tal-karta ta’ l-identità , in-
numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa dwar il-Valur
Miżjud u numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq l-
Income ta’ l-applikant;
(b) l-indiriz tal-post fejn ikun qiegħed jiġi propost li
titwettaq l-attività ;
(ċ) taghrif dettaljat dwar l-attivitajiet li jkunu se jsiru. Dak
it-tagħrif għandu jinkludi:
(i) deskrizzjoni tas-servizzi li jkunu qeghdin jiġu
proposti li jitwettqu;
(ii) il-proċeduri li jkunu qegħdin jiġu proposti li jiġu
segwiti mill-applikanti għal impieg u mill-
utenti;
(iii) il-metodu ta’ kif se tiġi finanzjata l-aġenzija ta’
l-impieg jew in-negozju ta’ l-impieg jew tas-
servizzi ta’ impieg, jekk ikun il-każ, li jkun qed
jiġi propost li jiġi offrut;
AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG ġ L.S.343.24 3
(iv) dikjarazzjoni mill-applikant li tkun turi li avviż
ta’ l-intenzjoni tiegħu kien intwera minnu u li
jkunu ġew pubblikati reklami f’mill-inqas żewġ
gazzetti kif meħtieġ skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 23 ta l-Att. Kopja ta’ l-avviż u tal-
gazzetti li fuqhom ikunu dehru r-reklami
għandhom jintehmżu flimkien ma’ l-
applikazzjoni;
(v) l-isem, l-indirizz u n-numru tal-karta ta’ l-
identità  u curriculum vitae li jkun juri d-data tat-
twelid, il-kwalifiki edukattivi u professjonali u l-
esperjenza professjonali tal-persuna li tkun se
tmexxi l-aġenzija ta’ l-impieg jew in-negozju ta’
l-impieg.
(2) Flimkien ma’ l-applikazzjonijet għandhom jintehmżu
ċertifikat tat-twelid kif ukoll ċertifikat tal-kondotta tal-Pulizija ta’
l-applikant u tal-persuna, jekk ma jkunx l-applikant innifsu, li tkun
se tmexxi l-aġenzija ta’ l-impieg jew in-negozju ta’ l-impieg.
(3) Għandu jinġabar dritt mid-Direttur ta’ mija u ħamsin lira
meta ssir l-applikazzjoni. Dak id-dritt ma jkunx jista’ jingħata lura
lill-applikant jekk l-applikazzjoni tiegħu ma tiġix milqugħa.
Avviż ta’ l-
intenzjoni.
5. L-applikant għal liċenza biex imexxi aġenzija ta’ l-impieg
jew negozju ta’ l-impieg ikollu r-responsabbiltà  li juri għas-
sodisfazzjon tad-Direttur li jkun wera u ippubblika l-avviż meħtieġ
skond l-artikolu 23 ta’ l-Att.
Kondizzjonijiet tal-
liċenza.
6. (1) Liċenza biex tiġi ġestita aġenzija ta’ l-impieg jew
negozju ta’ l-impieg għandha tinħareġ mid-Direttur għal perijodu
ta’ sena, iżda tista’ tiġġedded għal iktar perijodi li kull wieħed ikun
ta’ sena:
Iżda meta applikazzjoni għal tiġdid tkun waslet qabel l-
iskadenza ta’ liċenza li tkun fis-seħħ, il-liċenza għandha tibqa’
sseħħ sakemm din tiġi revokata mid-Direttur jew sakemm tittieħed
deċiżjoni minnu dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-liċenza.
(2) Il-liċenzi għandhom jinħarġu mid-Direttur fuq il-formola
preskritta fit-Tieni Skeda skond dawk il-kondizzjonijiet li hemm
stabbiliti fl-Att jew f’kull regolament magħmul skond dak l-Att kif
jistgħu minn żmien għal-żmien ikunu fis-seħħ u wkoll skond dawk
il-kondizzjonijiet li jistgħu minn żmien ghal żmien jiġu stabbiliti
mid-Direttur fil-liċenza sabiex jiżgura li jkun hemm tmexxija sew
ta’ l-aġenzija ta’ l-impieg jew tan-negozju ta’ l-impieg jew għall-
protezzjoni ta’ l-utenti, u b’mod partikolari ta’ l-applikanti għal
impieg. Dawk il-kondizzjonijiet jistgħu jinbidlu mid-Direttur.
(3) Id-detentur tal-liċenza għandu jara li l-liċenza flimkien ma’
kull tiġdid tagħha kif ukoll avviż li jkun jgħid li kopja ta’ dawn ir-
regolamenti tkun disponibbli għall-ispezzjon, jintwerew fil-fond li
għalih tkun tirreferi l-liċenza f’tali pożizzjoni li tkun tidher sew
għal dawk il-persuni kollha li jżuru l-fond u għandu jżomm ukoll
kopja ta’ dawn ir-regolamenti disponibbli għall-ispezzjon minn
kull persuna bhal dik. Jekk wieħed jonqos milli jimxi skond ma
hemm f’dan is-subregolament ikun ħati ta’ ksur ta’ dawn ir-
regolamenti.
4 L.S.343.24 ħ AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG
(4) Tkun kondizzjoni ta’ liċenza li persuna kompetenti tkun
f’kull żmin disponibbli sabiex tmexxi l-aġenzija ta’ l-impieg jew
in-negozju ta’ l-impieg, b’dan illi d-detentur tal-liċenza jista’
jinnomina persuna kompetenti waħda jew iktar minn waħda biex
tagħmilha minflok il-persuna minnu nominata, meta dik il-persuna
ma tkunx disponibbli għal liema raġuni tkun. Jekk wieħed jonqos
milli jimxi skond ma hemm f’dan is-subregolament ikun ħati ta’
ksur ta’ dawn ir-regolamenti.
(5) Meta jkun maħsub li jsir xi tibdil fil-post fejn titmexxa l-
attività  ta’ l-aġenzija ta’ l-impieg jew negozju ta’ l-impieg, jew fil-
klassi ta’ l-attività  li tkun se tiġi ġestita, jew ikun maħsub xi tibdil
sostanzjali fil-proċeduri jew fit-trasferiment ta’ xi negozju, id-
detentur tal-liċenza għandu javża lid-Direttur bil-miktub dwar it-
tibdil propost mhux iktar tard minn xahar qabel ma dan isir. Jekk
wieħed jonqos mili jimxi skond ma hemm f’dan is-subregolament
ikun ħati ta’ ksur ta’ dawn ir-regolamenti.
(6) Meta liċenza tkun ġiet trasferita permezz ta’ suċċessjoni
skond ma hemm fl-artikolu 23(9) ta’ l-Att, id-detentur tal-liċenza
għandu jagħti l-liċenza lid-Direttur flimkien ma’ dan li ġej:
(a) kopja taċ-ċertifikat tal-mewt tad-detentur preċedenti
kif ukoll dikjarazzjoni li tkun iġġib il-firma ta’ nutar li
tkun tgħid li d-detentur tal-liċenza ikollu jedd għal dik
il-liċenza b’suċċessjoni ġejja minn wirt;
(b) ċertifikat tat-twelid u ċertifikat tal-kondotta maħruġ
mill-Pulizija tal-persuna li lilha tkun ġiet trasferita l-
liċenza;
(ċ) in-numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa dwar il-Valur
Miżjud u n-numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq l-
Income tal-persuna li liha tkun ġiet trasferita l-liċenza;
(d) l-isem, l-indirizz, in-numru tal-karta ta’ l-identità ,
ċertifikat tal-kondotta reċentement maħruġ mill-
Pulizija u curriculum vitae li jkunu juru l-kwalifiki
edukattivi u professjonali u l-esperjenza professjonali
tal-persuna, jekk din ma tkunx id-detentur tal-liċenza,
li tkun se tmexxi l-aġenzija ta’ l-impieg jew in-negozju
ta’ l-impieg:
Iżda ma jkunx hemm għalfejn jingħata dan it-tagħrif jekk
il-persuna kompetenti li kienet qeghda tamministra f’isem id-
detentur tal-liċenza preċedenti, tibqa’ f’din il-kariga.
(7) Sakemm issir ir-reġistrazzjoni tat-trasferiment permezz ta’
suċċessjoni, l-esekutur ta’ l-eredità  tal-persuna mejta u l-eredi
tagħha ikunu responsabbli biex jiżguraw li kollox jimxi skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(8) Ma għandu jkun komplet ebda trasferiment ta’ liċenza lil
persuna oħra qabel ma dan jiġi approvat bil-miktub mid-Direttur.
Meta wieħed japplika għal trasferiment ta’ liċenza, id-detentur ta’
liċenza għandu jagħti lid-Direttur l-isem, l-indirizz u n-numru tal-
karta ta’ l-identità  tal-persuna li jkun hemm ħsieb li lilha tiġi
trasferita l-liċenza kif ukoll il-partikolaritajiet u d-dokumenti
kollha speċifikati fir-regolament 4 dwar il-persuna li lilha tkun se
AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG ġ L.S.343.24 5
tiġi trasferita l-liċenza.
(9) Id-dritt ta’ tiġdid għal-liċenza ikun ta’ mija u hamsin lira u
għandu jithallas lid-Direttur flimkien ma’ kull applikazzjoni li ssir
għat-tiġdid tal-liċenza. Dak id-dritt ma jingħatax lura jekk l-
applikazzjoni għat-tiġdid tal-liċenza tiġi miċħuda.
Persuna 
kompetenti.
7. (1) Persuna kompetenti li tiġi nominata minn detentur ta’
liċenza jew minn applikant għal liċenza biex tamministra aġenzija
jew negozju ta’ l-impieg, jew li tagħmilha minflokha, għandha:
(a) tkun għalqet il-ħamsa w għoxrin sena;
(b) tkun ta’ karattru morali tajjeb; u
(ċ) jkollha:
(i) mhux anqas minn sitt snin esperjenza f’attività  li
tinkludi t-tmexxija ta’ riżorsi umani; jew
(ii) mhux anqas minn tlett snin esperjenza f’attività
li tinkludi t-tmexxija ta’ riżorsi umani u jkollha
grad jew diploma, maħruġa mill-Università
f’qasam li, fil-fehma tad-Direttur ikun relevanti
għat-tmexxija ta’ aġenzija ta’ l-impieg jew ta’
negozju ta’ l-impieg.
(2) Persuna kompetenti li tiġi nominata mill-applikant għal
liċenza jew mid-detentur tal-liċenza biex tmexxi aġenzija ta’ l-
impieg jew negozju ta’ l-impieg tkun responsabbli għat-tmexxija
sew ta’ l-aġenzija ta’ l-impieg.
(3) L-applikant għal liċenza jew id-detentur ta’ liċenza, skond
il-każ, ikunu responsabbli li jiżguraw li d-Direttur jiġi avżat bil-
miktub, bl-isem, l-indirizz, in-numru tal-karta ta’ l-identità , u li
jingħatalu curriculum vitae, kwalifiki u testimonjali dwar l-
esperjenza li għandu kif ukoll ċertifikat tal-kondotta maħruġ
reċentement mill-Pulizija rigward il-persuna minnu nominata bħala
persuna li hi kompetenti biex tmexxi l-aġenzija ta’ l-impieg jew in-
negozju ta’ l-impieg u ta’ kull persuna jew persuna minnu nominati
biex jagħmluha minflokha. Tkun kondizzjoni ta’ kull liċenza li tiġi
impjegata persuna kompetenti biex tmexxi l-aġenzija jew in-
negozju ta’ l-impieg; u li, meta persuna bħal dik ma tkunx ġiet
impjegata, id-Direttur jista’ jirrevoka l-liċenza.
(4) Ebda ħaġa li hemm f’dawn ir-regolamenti ma għandha
ċċaħħad lil xi applikant għal liċenza jew lil xi detentur ta’ liċenza
milli jinnomina lilu nnifsu bħala l-persuna kompetenti jew bħala
wieħed li jaghmilha minflok persuna kompetenti biex imexxi
aġenzija ta’ l-impieg jew negozju ta l-impieg, sakemm dak l-
applikant għal liċenza jew id-detentur tal-liċenza, skond il-każ,
ikollu l-kwalifiki kollha skond dawn ir-regolamenti u jkun approvat
mid-Direttur bħala persuna kompetenti.
Rifjut jew revoka 
jew tibdil fil-
liċenza.
8. Id-Direttur jista’ jirrifjuta jew jirrevoka applikazzjoni,
skond il-każ, għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:
(a) ghax l-applikant ma jkunx għalaq il-hamsa w għoxrin
sena jew ikun naqas milli jimxi skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti; jew
(b) ghax l-applikant jew il-persuna minnu nominata bħala
6 L.S.343.24 ħ AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG
persuna kompetenti biex imexxi l-aġenzija ta’ l-impieg
jew in-negozju ta’ l-impieg ma tkunx idonea; jew
(ċ) għax il-fond fejn l-aġenzija ta’ l-impieg jew in-
negozju ta’ l-impieg ikunu qed jiġu proposti li
jitmexxew minnu jew fejn xi wieħed mis-servizzi ta’ l-
impieg maħsubin fl-applikazzjoni għal liċenza jew fil-
liċenza ikun qed jiġi propost li jitmexxa minnu, skond
il-każ, ma jkunux idoneji; jew
(d) għax l-applikant ikun naqas li jimxi skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att jew ta’ dawn ir-regolamenti
jew ta’ xi regolamenti oħra fis-seħħ taħt l-Att jew għax
ikun naqas li jimxi ma’ xi kondizzjoni imposta fil-
liċenza; jew
(e) għax id-detentur tal-liċenza jew il-persuna kompetenti
minnu nominata biex tmexxi l-aġenzija jew in-negozju
ta’ l-impieg jew xi persuna oħra li tkun responsabbli
għall-aġenzija jew negozju ta’ l-impieg tkun talbet xi
drittijiet jew ħlas minn applikanti għal impieg; jew
(f) għax l-applikant għal liċenza jew id-detentur ta’
liċenza jew il-persuna kompetenti nominata mill-
applikant għal liċenza jew mid-detentur tal-liċenza,
ikun instab ħati minn xi Qorti ta’ frodi jew ta’ xi reat li
jikser dawn ir-regolamenti, jew ikun ingħata
priġunerija għal kull reat ieħor li jkun; jew
(g) għax id-detentur tal-liċenza jkun naqas li jżomm lid-
Direttur mgħarraf b’xi tibdil fix-xorta ta’ l-attivitajiet
imwettqa jew il-proċeduri adottati jew ikun naqas li
skond dawn ir-regolamenti jagħti lid-Direttur il-
partikolaritajiet tal-persuna minnu nominata bħala
persuna kompetenti biex tmexxi l-aġenzija ta’ l-impieg
jew in-negozju ta’ l-impieg jew li taghmilha minflok
dik il-persuna.
Id-disposizzjonijiet 
ta’ l-artikolu 24 ta’ 
l-Att għandhom 
ikunu japplikaw.
9. Meta d-Direttur ikun bi ħsiebu jirrifjuta li jagħti jew
jittrasferixxi jew bi ħsiebu jirrevoka jew jibdel liċenza, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24 ta’ l-Att għandhom ikunu
japplikaw.
Ma għandu jintalab 
ebda ħlas.
10. Ma għandu jintalab ebda ħlas, u anqas isir xi tnaqqis mill-
paga ta’ xi impjegat għal servizzi mogħtija minn aġenzija jew
negozju ta’ l-impieg.
Proċeduri li 
għandhom jiġu 
segwiti.
11. Aġenzija ta’ l-impieg jew negozju ta’ l-impieg għandhom
isegwu dawn il-proċeduri li ġejjin:
(a) Meta jsiru reklami għal postijiet vakanti jew meta ssir
xi għamla ta’ pubbliċità  għall-aġenzija jew negozju ta’
l-impieg jew għal xi utent, għandu jintwera n-numru
tal-liċenza.
(b) Ebda persuna li tkun qeghda tfittex impieg barra minn
Malta ma għandha tiġi riferita għal impieg barra minn
Malta kemm-il darba kopja tal-kuntratt ta’ l-impieg li
jkun qed jiġi propost li jiġi offrut lil dik il-persuna ma
jkunx ġie approvat mid-Direttur; iżda d-Direttur jista’
AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG ġ L.S.343.24 7
jeżenta lid-detentur tal-liċenza milli jġib dak il-
kuntratt meta jkun jidhirlu li l-interessi tal-persuna
magħżula jkunu mħarsa biżżejjed. Id-detentur tal-
liċenza ikun responsabbli sabiex jiżgura li l-
kondizzjonijiet approvati mid-Direttur jkunu inklużi
fil-kuntratt ta’ l-impieg.
(ċ) Meta persuna tkun impjegata minn aġenzija ta’ l-
impiegi jew negozju ta’ l-impiegi u tiġi riferita minnha
lil prinċipal sabiex hija taghti s-servizzi temporanji
tagħha lil dak il-prinċipal, l-aġenzija ta’ l-impieg jew
in-negozju ta’ l-impieg ma għandhomx jitolbu lil dak
il-prinċipal rati għas-servizzi provduti li jkunu inqas
minn dawk li jitħallsu minn dak il-prinċipal lill-
impjegati regolari tiegħu għal xogħol bħal dak.
(d) Id-detentur tal-liċenza għandu jżomm
dokumentazzjoni li tkun turi l-isem, l-indirizz, numru
tal-karta ta’ l-identità , kwalifiki u esperjenza ta’
xogħol ta’ applikanti għal impieg kif ukoll
dokumentazzjoni li tkun turi l-isem, l-indirizz, in-
numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa dwar il-Valur
Miżjud u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq l-
Income ta’ l-utenti tas-servizzi ta’ l-impieg. Dik id-
dokumentazzjoni għandha tinżamm għal perijodi ta’
mill-inqas sentejn u tkun tista’ tiġi spezzjonata f’kull
żmien minn spetturi maħtura bis-saħħa ta’ l-Att. Id-
detentur tal-liċenza ghandu jiżgura li l-partikolaritajiet
inklużi l-isem, l-indirizz u n-numru tal-karta ta’ l-
identità  tal-persuni impjegati tramite l-aġenzija ta’ l-
impieg kif ukoll l-isem, l-indirizz, in-numru ta’
reġistrazzjoni tat-Taxxa dwar il-Valur Miżjud u n-
numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq l-Income tal-
prinċipal li dik il-persuna tkun ġiet impjegata miegħu,
jaslu għand il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ
mhux aktar tard minn erba’ ġimghat mid-data minn
meta jkun inbeda dak l-impieg.
(e) L-aġenzija ta’ l-impieg jew in-negozju ta’ l-impieg
għandhom jaraw li jiżguraw li ebda applikant għal
impieg ma jiġi riferit lil xi utent kemm-il darba l-utent
ma jkunx ta lill-aġenzija ta’ l-impieg tagħrif preċiż
dwar il-post battal li għandu jimtela, inkluża job
description suffiċjenti, il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ l-
impieg offerti u kull ħtieġa speċjali tal-prinċipal. Il-
prinċipal għandu jara li jagħti lill-applikanti għal
impieg li jqabbad jaħdmu miegħu ftehim bil-miktub li
jkun iħaddan il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg.
Kap. 234.
(f) Meta jiġu impjegati baħħara, l-aġenzija ta’ l-impieg
jew in-negozju ta’ l-impieg kif ukoll l-utent għandhom
jaraw li jiżguraw li d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
il-Bastimenti Merkantili jiġu mħarsa.
(g) Meta ma jitħarsux id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a)
sa (f), dan ikun jikkostitwixxi kontravenzjoni ta’ dawn
ir-regolamenti.
8 L.S.343.24 ħ AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG
Impieg ta’ 
barranin.
Miżjud:
A.L. 96 ta’ l-1997.
Kap. 217.
12. (1) Aġenzija ta’ l-Impieg ma tistax:
(a) taħdem biex tipprovdi impieg f’Malta lil barrani,
kemm-il darba dak l-impieg ma jkunx awtorizzat
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Immigrazzjoni; u
(b) taħdem biex tingaġġa s-servizzi ta’ barrani ma’ xi
prinċipal f’Malta, kemm-il darba dak l-ingaġġ ta’
servizzi ma jkunx awtorizzat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament "barrani" tfisser
persuna li tkun teħtieġ liċenza mingħand il-Prim Ministru biex
teżerċita xi professjoni jew xogħol jew ikollha kariga jew tkun
impjegata minn xi persuna oħra jew tkun fin-negozju f’Malta,
skond l-artikolu 11 ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni.
Reklami. 13. (1) Aġenzija ta’ l-impieg jew negozju ta’ l-impieg
għandhom jaraw li jagħtu risposta fi żmien xahar lil kull applikant
għal impieg li dwaru jkun bagħat applikazzjoni bil-miktub bi
tweġiba għal xi reklam. Dik ir-risposta għandha tinkludi
acknowledgement ta’ l-applikazzjoni u għandha tindika l-isem tal-
prinċipal jew ta’ l-aġenzija ta’ l-impieg jew tan-negozju ta’ l-
impieg, skond il-każ.
(2) Aġenzija ta’ l-impieg jew negozju ta’ l-impieg ma jistgħux
skond il-liġi f’reklam anonimu jitolbu lill-applikanti għal impieg li
jibgħatu, bi tweġiba għar-reklam, ritratt fotografiku ta’ l-applikant
għal impieg jew xi dokument li jkun jinkludi xi ritratt fotografiku
ta’ l-applikant għal impieg.
(3) Meta jinġieb reklam minn aġenzija ta’ l-impieġ jew minn
negozju ta’ l-impieg mingħajr ma dawn ikollhom xi post battal
partikolari, il-prinċipal jew l-aġenzija ta’ l-impieg jew in-negozju
ta’ l-impieg, skond il-każ, għandhom jispeċifikaw dan il-fatt fir-
reklam.
(4) Meta ma jitħarsux id-disposizzjonijiet tas-subregolamenti
ta’ qabel, dan ikun jikkostitwixxi kontravenzjoni ta’ l-istess
regolamenti.
(5) L-editur għandu jara meta jippublika jew ixandar xi
reklam, skond il-każ, li jiżgura li d-disposizzjonijiet tar-regolament
11(a) u d-disposizzjonijiet tar-regolament 13(2) ikunu ġew
imharsa. Editur li jippubblika jew ixandar reklam bi ksur ta’ dawn
id-disposizzjonijiet ikun ħati ta’ kontravenzjoni kontra dawn ir-
regolamenti.
Tagħrif 
konfidenzjali
14. Kull tagħrif mogħti lil aġenzija ta’ l-impieg jew negozju ta’
l-impieg minn applikant għal impieg jew minn utent għandu
jitħares bir-reqqa bħala tagħrif konfidenzjali, u m’għandu għal
ebda raġuni jiġi mxandar ħlief għal dawk ir-raġunijiet li għalihom
ikun ingħata, ħlief bil-kunsens bil-miktub ta’ min ikun qed jagħti t-
taghrif, jew jekk ma jkunx hemm dak il-kunsens għall-għanijiet li
jitħarsu d-disposizzjonijiet tar-regolament 10(d) jew sabiex titħares
ordni maħruġa minn Qorti kompetenti, jew xi talba mill-Awtorità  li
tkun qed tagħmel investigazzjoni dwar ilment li jkun tressaq
quddiemha. Kull ksur ta’ dan ir-regolament jikkostitwixxi
AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG ġ L.S.343.24 9
kontravenzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.
Jeddijiet tad-
Direttur.
15. Id-Direttur ikollu f’kull żmien il-jedd li jeżamina l-kotba
inkluża kull dokumentazzjoni ta’ aġenzija ta’ l-impieg jew negozju
ta’ l-impieg li jkollhom liċenza, jew li jitlob kull tagħrif li fil-
fehma tiegħu ikun raġonevolment meħtieġ sabiex jiżgura li l-
kondizzjonijiet ta’ liċenza maħruġa minnu jew id-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-regolamenti jkunu qegħdin jitħarsu, jew sabiex jiġu
protetti l-interessi ta’ applikanti għal impieg jew applikanti għal
servizzi ta’ taħriġ. Meta ma titħarisx xi talba li ssir mid-Direttur
skond ma hemm f’dan ir-regolament, dan ikun jikkostitwixxi
kontravenzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.
Artikolu 110 tal-
Kostituzzjoni.
16. Ħadd ma jista’ bis-saħħa ta’ liċenza maħruġa taħt dawn ir-
regolamenti jwettaq is-servizzi msemmija fl-artikolu 110(6) tal-
Kostituzzjoni.
Ħruġ ta’ direttivi 
mill-Awtorità .
17. L-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien tagħti direttivi
lid-Direttur ta’ xorta ġenerali dwar il-mod kif għandu jwettaq il-
funzjonijiet tieghu taħt dawn ir-regolamenti u d-Direttur għandu
jqis sew dawk id-direttivi.
Pieni.
jkun ħati ta’ reat u meta jinsab ħati jista’ jeħel multa ta’ mhux
anqas minn ħamsin lira u mhux iktar minn elf lira, iżda meta
persuna tinsab ħatja li tkun irċeviet xi ħlas minn applikant għal
impieg jew li tkun għamlet xi tnaqqis mill-paga dovuta lil impjegat
b’konsiderazzjoni ta’ servizzi mogħtija minn aġenzija ta’ l-impieg
jew negozju ta’ l-impieg, il-Qorti għandha meta tkun qegħda
tiddelibera l-piena, tqis kull ħlas lura li dik il-persuna tkun għamlet
lill-applikant għal impieg ta’ ħlas riċevut jew tnaqqis magħmul.
10 L.S.343.24 ħ AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 4)
ATT DWAR IS-SERVIZZI TA’ IMPIEG U TAĦRIĠ (KAP. 343)
Applikazzjoni għal liċenza biex tiġi ġestita aġenzija ta’ l-impieg
jew negozju ta’ l-impieg
(Regolament 4 tar-Regolamenti dwar Aġenziji ta’ l-Impieg)
1. Isem l-applikant ............................. Numru tal-Karta ta’ l-Identità  ...............
2. Indirizz ........................................................................................................
.....................................................................................................................
Numru tat-telefon ...................................
3. Jekk l-applikant ikun kumpannija jew korp magħqud jew korp ta’ persuni,
għandha tintehmeż lista li tkun iġġib il-firma ta’ l-applikant u li tkun turi l-isem, in-
numru tal-karta ta’ l-identità  u l-indirizz ta’ kull Direttur jew ta’ kull uffiċjal li
jagħmilha minfloku.
4. In-numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa dwar il-Valur Miżjud ta’ l-applikant ...
5. In-numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq l-Income ta’ l-applikant ................
6. L-indirizz ta’ fejn ikun se jiġi ġestit in-negozju:
.....................................................................................................................
7. Attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu proposti li jitwettqu:
.....................................................................................................................
.....................................................................................................................
8. Partikolaritajiet tal-persuna kompetenti nominata mill-applikant:
Isem: ......................................... Numru tal-Karta ta’ l-Identità  ...................
Indirizz ........................................................................................................
Data tat-twelid .................................
Kwalifiki u esperjenza:
.....................................................................................................................
.....................................................................................................................
.....................................................................................................................
Għandhom jintehmżu ċertifikat tat-twelid, ċertifikat tal-kondotta
reċentement maħruġ mill-Pulizija kif ukoll curriculum vitae tal-persuna kompetenti.
Għandhom jingħataw ċertifikati u dokumenti oħra oriġinali jew inkella kopji veri
ċertifikati tagħhom.
(Applikant jista’ jinnomina iktar minn persuna kompetenti waħda biex jaghmilha
minfloku. F’dak il-każ għandhom jingħataw il-partikolaritajiet imsemmija qabel
dwar kull wieħed mill-persuni kompetenti li jkunu ġew hekk nominati).
9. Metodu propost li jiġi provdut għal finanzjament tas-servizzi:
.....................................................................................................................
AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG ġ L.S.343.24 11
.....................................................................................................................
10. Agħti deskrizzjoni tal-proċeduri li qed jiġu proposti li jiġu segwiti:
(i) mill-applikanti għal impieg:
.....................................................................................................................
.....................................................................................................................
(ii) mill-utenti:
.....................................................................................................................
.....................................................................................................................
11. Din id-dikjarazzjoni li ġejja għandha timtela u tiġi ffirmata mill-applikant:
Niddikjara li l-partikolaritajiet mogħtija hawn iktar qabel huma, sa fejn
nista’ naċċerta, korretti. Niddikjara wkoll illi:
(i) intwera avviż ta’ l-intenzjoni matul il-perijodu bejn ............................ u
.................... kif meħtieġ skond l-artikolu 23 ta’ l-Att f’post viċin fejn
qed jiġi propost li jiġi ġestit in-negozju, u
(ii) ġew pubblikati reklami f’dawn il-gazzetti li ġejjin kif jidher hawn taħt:
X’jisimha l-gazzetta Meta ġew pubblikati
.................................. .................................
.................................. .................................
Kopja ta’ l-avviż ta’ l-intenzjoni u tal-gazzetti li fuqhom dehru r-reklami
qegħdin jintehmżu ma’ din l-applikazzjoni.
Firma ta’ min japplika .................................... Data .......................
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 6)
ATT DWAR IS-SERVIZZI TA’ IMPIEG U TAĦRIĠ (KAP. 343)
Liċenza biex jiġu ġestiti Aġenzija ta’ l-Impieg jew Negozju ta’ l-Impieg
(Regolament 6 tar-Regolamenti dwar Aġenziji ta’ l-Impieg)
Data: ..................
B’dan qegħda tingħata liċenza skond ma hemm fir-regolament 6 tar-
Regolamenti dwar Aġenziji ta’ l-Impieg lil:
Isem id-detentur tal-liċenza: .......................... Numru tal-Karta ta’ l-Identità  ........
Indirizz: ................................................................................................................
.....................................................................................................................
Numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa dwar il-Valur Miżjud ............................
Numru tar-reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq l-Income ..........................................
sabiex tiġi ġestita l-aġenzija ta’ l-impieg jew in-negozju ta’ l-impieg deskritt kif
ġej:
12 L.S.343.24 ħ AĠENZIJI TA’ L-IMPIEG
.....................................................................................................................
.....................................................................................................................
mill-fond li jinsab fi:
Indirizz tal-fond: ..........................................................................................
.....................................................................................................................
Din il-liċenza qegħda tinħareġ bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Taqsima
V ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ, u tar-Regolamenti dwar Aġenziji ta’
l-Impieg, u dawn il-kondizzjonijiet speċjali li ġejjin:
.....................................................................................................................
.....................................................................................................................
.....................................................................................................................
Id-detentur tal-liċenza għandu juri fil-pubbliku kopja ta’ din il-liċenza u tar-
Regolamenti dwar Aġenziji ta’ l-Impieg f’imkien fil-fond fejn ikunu jidhru
faċiliment u jkunu jistgħu jinqraw sew mill-persuni li jidħlu f’dak il-fond.
Din il-liċenza tkun valida għal perijodu ta’ sena minn ........................ .
DIRETTUR
