SKEMA TA’ TAĦRIĠ ESTIŻ FIS-SNAJJA’ ġ L.S.343.25 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.25
REGOLAMENTI DWAR SKEMA TA’ TAĦRIĠ 
ESTIŻ FIS-SNAJJA’
1 ta’ Ottubru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 73 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 180 ta’ l-
1999, 5 ta’ l-2000, 238 ta’ l-2001, u 108 u 274 ta’ l-2003.
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar
Skema ta’ Taħriġ Estiż fis-Snajja’.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jitqiesu li bdew iseħħu u
jkunu japplikaw dwar persuni li għamlu ftehim ta’ apprendistat f’xi
waħda mis-snajja’ murija fl-Iskeda mis-Sena Skolastika 1997/1998.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap.252.
btajjel pubbliċi taħt l-Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel
Pubbliċi oħra;
"Chief Executive" tfisser iċ-chief executive tal-Korporazzjoni ta’
Xogħol u Taħriġ, u tinkludi lil kull uffiċjal tal-Korporazzjoni
debitament awtorizzat mill-istess Chief Executive biex jaġixxi
minfloku;
"Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni" tfisser id-Direttur Ġenerali
responsabbli għall-edukazzjoni u tinkludi kull uffiċjal tad-
Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni awtorizzat kif imiss mill-imsemmi
Direttur Ġenerali biex jaġixxi minfloku;
"fażi ta’ taħriġ" tfisser il-perijodu ta’ taħriġ magħmul minn
apprendist f’ċentru ta’ taħriġ jew fi stabbiliment approvati
għaldaqstant mill-Korporazzjoni;
Kap. 343.
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ
mwaqqfa bl-artikolu 5 ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u
Taħriġ;
Kap. 327.
fejn sengħa waħda jew iktar kif approvat mill-Ministru
responsabbli għall-edukazzjoni jkunu mgħallma matul il-ġurnata u
fuq bażi full-time.
Ħtiġiet għad-dħul.
Emendat:
A.L. 238 ta’ l-
2001.
3. (a) Applikant li jkun jixtieq jagħmel apprendistat f’xi
wieħed mill-korsijiet elenkati fil-partiti 1, 2 u 3 ta’ l-
Iskeda irid ikun temm jew:
(i) sentejn skolastiċi konsekuttivi fi skola tas-
snajja’ fil-Kors Edukattiv fit-Teknoloġija, u
jkun għadda mill-assessments/eżamijiet
stabbiliti; jew
(ii) il-ħames sena ta’ Edukazzjoni f’Livell
Sekondarju u jkun għadda mill-assessments/
eżamijiet stabbiliti; jew
(iii) kors ta’ erba’ snin skolastiċi konsekuttivi fi
2 L.S.343.25 ħ SKEMA TA’ TAĦRIĠ ESTIŻ FIS-SNAJJA’
skola tas-snajja’, u jkun għadda l-eżami finali
b’Distinzjoni jew bi Kreditu;
jew ikollu fil-pussess tiegħu wieħed minn dawn iċ-
Ċertifikati City & Guilds li ġejjin:
(i) Kors Ġenerali fl-Inġinerija (mhux inqas minn
tliet komponenti);
(ii) Servicing Elettroniku I Parti;
(iii) Stallazzjoni Elettrika I Parti.
(b) Applikant li jkun jixtieq isegwi apprendistat fi snajja’
tal-biedja jrid ikun temm kors bażiku ta’ sentejn fl-
Iskola tal-Biedja Danny Cremona, Qormi, jew fl-Iskola
tal-Biedja u Bini Kelinu Galea, Xewkija, Għawdex, u
jkun għadda mill-assessments/eżamijiet stabbiliti.
(ċ) Applikant li jkun jixtieq isegwi apprendistat fi snajja’
tal-bini jrid ikun temm kors bażiku ta’ sentejn fl-Iskola
tal-Bini Ġerolamo Cassar, Floriana, jew fl-Iskola tal-
Biedja u Bini Kelinu Galea, Xewkija, Għawdex, u jkun
għadda mill-assessments/eżamijiet stabbiliti, jew irid
ikun temm il-ħames sena ta’ Edukazzjoni f’Livell
Sekondarju.
(d) Applikant li jkun jixtieq isegwi apprendistat f’sengħa
ta’ artiġjanat irid ikun temm kors bażiku ta’ sentejn fl-
Iskola ta’ l-Artiġjanat Salvatore Dimech, Mosta, u jkun
għadda mill-assessments/eżamijiet stabbiliti, jew irid
ikun temm il-ħames sena ta’ Edukazzjoni f’Livell
Sekondarju u jkollu fil-pussess tiegħu S.E.C. fil-
Komunikazzjoni bl-Arti jew Grafika.
(e) Applikant li jkun jixtieq isegwi apprendistat f’sengħa
ta’ catering u f’xi sengħa oħra ta’ ospitalità  jrid ikun
jew temm  il-ħames sena ta’ Edukazzjoni f’Livell
Sekondarju u jkollu fil-pussess tiegħu S.E.C. fil-Home
Economics, jew irid ikun temm is-sentejn konsekuttivi
tal-Kors Edukattiv (B) fit-Teknoloġija u jkun għadda
mill-assessments/eżamijiet stabbiliti.
(f) Applikant li jkun jixtieq isegwi apprendistat fil-ħjata
jrid jew ikun temm il-ħames sena ta’ Edukazzjoni
f’Livell Sekondarju u jkollu fil-pussess tiegħu S.E.C.
fin-Needlecraft jew irid ikun temm is-sentejn
konsekuttivi tal-Kors Edukattiv (B) fit-Teknoloġija, u
jkun għadda mill-assessments/eżamijiet stabbiliti.
(g) Applikant li jkun jixtieq li jsegwi apprendistat fil-
hairdressing jew stampar irid ikun temm il-ħames sena
ta’ Edukazzjoni f’Livell Sekondarju u jkollu fil-
pussess tiegħu School Leaving Certificate tajjeb.
(h) Ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet mingħand studenti
li jkunu diġà  segwew skema ta’ apprendistat.
(i) L-applikanti jistgħu jenħtieġu joqogħdu għal test u/jew
intervista sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ profiċjenza
tagħhom qabel ma dawn jiġu aċċettati biex jidħlu fl-
SKEMA TA’ TAĦRIĠ ESTIŻ FIS-SNAJJA’ ġ L.S.343.25 3
Iskema.
(j) Ebda persuna ma tista’ taghmel ftehim ta’ apprendistat
f’xi waħda mis-snajja’ imsemmija f’din l-Iskema
kemm-il darba ma’ tkunx ġiet eżentata mid-Direttur
Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni mill-ħtiġiet imsemmija fil-
paragrafi (a) sa (i).
Perijodu ta’ 
apprendistat.
4. (1) Il-perijodu ta’ apprendistat ma għandux ikun ta’ inqas
minn sentejn u iktar minn erba’ snin.
(2) Fil-każ ta’ apprendisti li jkunu jixtiequ isegwu apprendistat
fis-sengħa Mekkanika, Elettrika, ta’ Mastrudaxxa jew Artiġjanat,
huma jkunu meħtieġa jattendu għal programm b’firxa wiesgħa li
jdum sena.
Obbligu tal-
prinċipal.
5. Prinċipal li jdaħħal apprendist taħt din l-Iskema jkun
obbligat li jgħallem u li jagħti faċilitajiet biex jitgħallem skond
dawk l-iskedi ta’ xogħol li jiġu stabbiliti mid-Direttur Ġenerali ta’
l-Edukazzjoni jew miċ-Chief Executive minn żmien għal żmien
dwar xi sengħa partikolari.
Snin ta’ 
apprendistat.
6. Matul l-apprendistat kull apprendist ikun meħtieġ jattendi
fi stabbiliment edukattiv approvat mid-Direttur Ġenerali ta’ l-
Edukazzjoni fejn ikun jista’ jikseb konoxxenza teorika f’dawk il-
ġranet jew matul dawk il-perijodi li d-Direttur Ġenerali ta’ l-
Edukazzjoni u ċ-Chief Executive tal-Korporazzjoni jistgħu
jistabbilixxu, u l-prinċipal għandu jippermetti lill-apprendist
jattendi kif meħtieġ.
Taħriġ fis-sengħa.
is-sengħa li l-apprendist ikun ġie imqabbad fiha. Iċ-Chief Executive
tal-Korporazzjoni jew id-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni
jistgħu jeħtieġu lill-prinċipal li minn żmien għal żmien jagħtihom
rapporti tal-progress ta’ l-apprendist u jistgħu jeħtieġu lill-
apprendist li jagħmel dawk it-testijiet li jistgħu jkunu meħtieġa
sabiex jiġi aċċertat li jkun kiseb progress adegwat.
Sigħat ta’ xogħol.
Kap. 452.
8. Is-sigħat ta’ xogħol ta’ apprendisti ma jkunux iżjed mis-
sigħat normali tax-xogħol applikabbli għall-istabbiliment tal-
prinċipal skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali:
Iżda prinċipal jista’ jqabbad lil apprendist fuq xogħol bis-
sahra bl-approvazzjoni bil-miktub li tinkiseb bil-quddiem
mingħand iċ-Chief Executive li jista’, fl-għoti ta’ dik l-
approvazzjoni, jimponi dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Ir-rati ta’ rimunerazzjoni għal xogħol bis-sahra jkunu dawk
speċifikati fl-Ordni li Jirregola l-Pagi applikabbli għall-
istabbiliment.
Għotjiet ta’ 
menteniment u ta’ 
pagi.
Sostitwit:
A.L. 180 ta’ l-
1999.
Emendat:
A.L. 5 ta’ l-2000;
A.L. 108 ta’ l-
2003.
9. (1) Apprendist taħt din l-Iskema jkollu jedd għal għotja ta’
manteniment u ta’ paga kif ġej:
(a) matul l-ewwel sena fl-apprendistat -
(i) għotja ta’ Lm140 li titħallas għal darba waħda
biss biex tkopri l-ispejjeż li jkollhom x’jaqsmu
max-xiri ta’ taghmir edukattiv,
(ii) għotja ta’ manteniment fissa ta’ Lm40 fix-xahar
4 L.S.343.25 ħ SKEMA TA’ TAĦRIĠ ESTIŻ FIS-SNAJJA’
li tkun disponibbli matul is-sena akkademika, u
(iii) Lm100 fix-xahar, barra mis-sena akademika,
għal dawk l-apprendisti li jipparteċipaw f’taħriġ
fuq post tax-xogħol, approvat mill-
Korporazzjoni;
(b) matul it-tieni sena ta’ l-apprendistat -
(i) l-apprendisti li jattendu l-istituzzjoni edukattiva
kuljum huma eliġibbli għal paragrafu (a)(ii) u
(iii) hawn qabel imsemmija; filwaqt li 
(ii) l-apprendisti li ma jattendux l-istituzzjoni
edukattiva kuljum huma eliġibbli għal dan li
gej-
għotja ta’ manteniment ta’ Lm40 fix-xahar
għal tnax-il xahar li titħallas mill-Gvern, u
paga ta’ Lm1,070 fis-sena li titħallas mill-
prinċipal;
(ċ) waqt it-tielet sena ta’ l-apprendistat -
(i) għotja ta’ manteniment ta’ Lm40 fix-xahar għal
tnax-il xahar li titħallas mill-Gvern, u
(ii) paga ta’ Lm1,120 fis-sena li titħallas mill-
prinċipal;
(d) waqt ir-raba’ sena ta’ l-apprendistat -
paga ta’ Lm 1,650 fis-sena li titħallas mill-
prinċipal.
(2) Il-paga li titħallas mill-prinċipal għandha titħallas
f’imtervalli regolari skond il-prattika ta’ l-istabbiliment.
Kap. 452.
(3) Mis-sena ta’ l-apprendistat meta l-apprendisti jibdew
jipparteċipaw f’taħriġ fuq post tax-xogħol, ikollhom jedd għal nofs
il-bonus statutorju li jitħallas skond l-artikolu 23 ta’ l-Att dwar l-
Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Il-bonus jitħallas mill-
prinċipal.
(4) Ir-regolamenti 11, 12, 13 u 14 għandhom japplikaw mis-
sena ta’ l-apprendistat li l-apprendisti jibdew jipparteċipaw f’taħriġ
fuq post tax-xogħol.
(5) Jitħallsu għotjiet ta’ manteniment lil apprendisti li -
(a) huma ċittadini ta’ Malta li mill-inqas ikollhom ġenitur
wieħed li jkun ċittadin Malti,
(b) kienu joqogħdu f’Malta għal perijodu ta’ mhux anqas
minn ħames snin minn meta jibdew l-apprendistat.
(6) (a) L-apprendisti ta’ l-ewwel sena li l-program ta’ taħriġ
tagħhom jitlob li jattendu għal taħriġ prattiku waqt it-
tieni sena ta’ l-apprendistat, ma jkollhomx jedd għall-
għotja ta’ manteniment marbuta maż-żmien ta’ barra l-
perjodu tas-sena akkademika, sakemm ma jattendux
għal taħriġ prattiku fi stabbiliment approvat mill-
Korporazzjoni.
(b) L-istess prinċipju japplika għal dawk l-apprendisti tat-
SKEMA TA’ TAĦRIĠ ESTIŻ FIS-SNAJJA’ ġ L.S.343.25 5
tieni sena li l-programm ta’ taħriġ tagħhom jitlob li
jibdew it-taħriġ prattiku tagħhom fuq il-post tax-
xogħol, mit-tielet sena ta’ l-apprendistat.
(7) L-apprendisti li jassentu ruħhom mit-taħriġ teoriku fi skola
jkollhom l-għotja ta’ manteniment tagħhom mnaqqsa skond hekk.
(8) L-apprendisti li jassentu ruħhom mit-taħriġ prattiku
jkollhom il-paga tagħhom mnaqqsa mill-prinċipal tagħhom skond
hekk.
(9) L-apprendisti li jkunu meħtieġa jirrepetu xi sena mill-
apprendistat tagħhom, ma jkollhomx jedd għall-għotja ta’
manteniment matul is-sena li jkunu qegħdin jirrepetu. Madankollu,
ikollhom jedd għall-paga li tinħareġ mill-prinċipal sakemm huma
jattendu għat-taħriġ prattiku.
Vaganzi.
Sostitwit:
A.L. 108 ta’ l-
2003.
10. L-apprendisti għandhom jedd għall-festi nazzjonali b’paga
sħiħa u għall-vaganzi pubbliċi kollha b’paga sħiħa u għal ġranet
tax-xogħol li jingħataw bħala leave ta’ vaganza li jridu jiġu
kkalkolati kif ġej:
jumejn ta’ mistrieħ għal kull għoxrin ġurnata
attendenza fl-istabbiliment tal-prinċipal, akkumulati
mill-apprendist bħala taħriġ fuq il-post tax-xogħol;
il-prinċipal ma għandux jagħti dawk il-ġranet ta’ leave
f’xi ġurnata li matulha l-apprendist ikun meħtieġ
jattendi f’istituzzjoni edukattiva skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 6.
Leave għal mard.
Kap. 318.
11. Apprendist ikollu jedd għal ħmistax-il jum tax-xogħol
leave għal mard b’paga sħiħa u ħmistax-il jum tax-xogħol ieħor
b’nofs paga f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju għal mard
li għalih jista’ jkollu jedd skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, hekk
iżda li għandu jingħata lill-prinċipal ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol matul iż-żmien ta’ assenza, iżda l-prinċipal
jista’ jibgħat lit-tabib tiegħu biex jeżamina lill-apprendist.
Leave għal luttu.
ta’ xi ħadd minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-missier
(jew il-persuna li matul dak iż-żmien kienet qed taġixxi bħala omm
jew missier, skond il-każ), iben, bint, ħu jew oħt l-apprendist.
Leave għal żwieġ.
b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħhom.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
14. Apprendist ikollu jedd għal leave għal korriment ta’ sena
b’paga sħiħa nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għall-
korriment li l-apprendist jista’ jkollu jedd għalih taht l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, jekk huwa jkorri filwaqt li huwa jkun qiegħed
attwalment iwettaq dmirijietu f’post tax-xogħol u l-korriment ma
jkunx dovut għal xi negliġenza kontributorja jew għal xi
kontravvenzjoni ta’ regoli ta’ sigurezza stipulati mill-management.
Terminazzjoni ta’ 
apprendistat.
15. (1) L-apprendisti għandhom isegwu dawk il-korsijiet ta’
studju u joqoghdu għal dawk l-eżamijiet skond kif stipulat fl-Iskeda
tal-Kors.
(2) Dawk l-apprendisti li jeħlu minn xi wieħed sew mill-
eżamijiet annwali sew mit-testijiet prattiċi annwali għal sentejn
6 L.S.343.25 ħ SKEMA TA’ TAĦRIĠ ESTIŻ FIS-SNAJJA’
konsekuttivi, ikollhom l-apprendistat tagħhom terminat.
Emendata:
A.L. 274 ta’ l-
2003.
SKEDA
(Regolament 3)
1. Snajja’ fl-Inġinerija Mekkanika u Snajja’ li jagħmlu
magħha
Fitter mekkaniku, Fitter fil-Manutenzjoni ta’ Impjant,
Plumber, Body Repairer tal-Vetturi (inkluż spray
finishing), Mekkanik tal-Vetturi bil-Mutur, Elettriċista ta’
Vetturi bil-Mutur, Welder/Burner, Sheetmetal Worker
2. Snajja’ ta’ Mastrudaxxa
Mastrudaxxa (inkluż spray finishing u tapezzirija) 
3. Snajja’ ta’ Inġinerija Elettrika
Fitter fil-Manutenzjoni Elettrika, Installatur Elettriku,
Fitter għas-Servicing Elettroniku, Power Cable Jointer,
Linesman
4. Artiġjanat
Ċeramista, Ġojjellier, Skultur fl-Injam, Skultur fil-Ġebel,
Artiġjan tal-Metall, Disinjatur Grafiku, Manifattur ta’
Ħġieġ Kulurit
5. Snajja’ tal-Biedja
Ortikolturist, Stockman
6. Snajja’ tal-Bini
Lavrant, Naġġar, Bennej tal-Ħitan, Madumier, Kaħħal
7. Snajja’ ta’ Stampar
Stampatur Pre-Press, Stampatur Offset, Stampatur
Letterpress, Print Finisher
8. Snajja’ ta’ Servizzi Personali
Parrukkier
9. Snajja’ ta’ Ospitalitità
Assistent Kok/Xogħol fil-Kċina, Assistent Wejter,
Attendent fil-Kmamar, Purtier f’Lokal/Operatur
Telefoniku, Assistent Store Keeper
10. Sengħa tal-Ħjata
Ħajjat.
11. Basic Heritage Skills Craftsman
12. Motor Vehicle Mechanic (Marine)
13. Motor Vehicle Mechanic (Electrical)
14. Stained Glass Craftsman.
