KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA ġ L.S.343.26 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.26
REGOLAMENTI DWAR KWALIFIKI 
PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA
25 ta’ Ottubru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 215 ta’ l-2000.
Titolu.
Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali ta’ Malta.
Tifsir.
teħtieġx xort’ohra:
"aġenzija għat-taħriġ" tfisser persuna, istituzzjoni jew korp
professjonali li jipprovdu servizzi ta’ taħriġ jew ta’ xorta
edukattiva li jwasslu għall-kisba ta’ kwalifiki professjonali jew
vokazzjonali kif provdut b’dawn ir-regolamenti;
Kap. 343.
"bordijiet għall-iżvilupp" tfisser il-Bordijiet għall-Iżvilupp ta’
Livelli Professjonali u Vokazzjonali msemmija fir-regolament 8;
"bordijiet għall-valutazzjoni" tfisser il-Bordijiet għall-
Valutazzjoni ta’ Livelli Professjonali u Vokazzjonali msemmija fir-
regolament 9;
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ
imwaqqfa bl-artikolu 5 ta’ l-Att;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Malti għal Kwalifiki Professjonali u
Vokazzjonali, mwaqqaf bir-regolament 3.
Kunsill Malti għal 
Kwalifiki 
Professjonali u 
Vokazzjonali.
3. (1) Għandu jitwaqqaf korp magħqud li jkun magħruf bħala
l-Kunsill Malti għal Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali li
jkollu l-funzjonijiet imsemmija f’dawn ir-regolamenti.
(2) Il-Kunsill ikun magħmul minn ħdax-il membru li jinħatru
mill-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni b’konsultazzjoni
mal-Ministru responsabbli għall-impiegi u ikun kompost kif
imsemmi hawn taħt:
(a) chairperson b’esperjenza rilevanti;
(b) persuna li tirrappreżenta l-Korporazzjoni, liema
persuna jkun il-viċi chairperson tal-Kunsill;
(ċ) persuna li tirrappreżenta t-Taqsima ta’ l-Edukazzjoni;
(d) persuna li tirrappreżenta l-Kulleġġ Malti għall-Arti,
Xjenza u Teknoloġija;
(e) persuna li tirrappreżenta l-Università  ta’ Malta;
(f) żewġ persuni li fil-fehma tal-Ministru responsabbli
għall-edukazzjoni jirrappreżentaw b’mod adegwat
istituzzjonijiet ta’ taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali
jew korpi professjonali;
(g) żewġ persuni li jirrappreżentaw lil min iħaddem;
(h) żewġ persuni li jirrappreżentaw lit-trades union.
2 L.S.343.26 ħ KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA
(3) Il-membri tal-Kunsill ikunu maħtura għal perjodu ta’ mhux
aktar minn tliet snin u kull membru jista’ jkun eliġibbli li jerġa’ jiġi
appuntat.
(4) Il-Kunsill għandu jiltaqa’ daqstant drabi kemm ikun
meħtieġ jew spedjenti. Il-Kunsill jista’ jiffunzjona meta jkun hemm
preżenti quorum ta’ erba’ membri inkluż iċ-chairperson.
(5) Jekk ma jkunx hemm qbil unanimu, id-deċizjonijiet tal-
Kunsill jittieħdu b’maġġoranza tal-voti tal-membri preżenti u
votanti, u f’li l-voti jiġu ndaqs, iċ-chairperson, jew fl-assenza
tiegħu l-viċi chairperson ikollu d-dritt jerġa’ jivvota għat-tieni
darba.
(6) Il-Kunsill ma jkunx skwalifikat mit-tmexxija tax-xogħol
minħabba xi vakanza fost il-membri tiegħu.
Għanijiet tal-
Kunsill.
4. L-għanijiet tal-Kunsill ikunu:
(a) li jistabbilixxi u jżomm infrastruttura biex jiżviluppa,
jirrikonoxxi u jagħti l-kwalifiki professjonali u
vokazzjonali msejsa fuq livelli ta’ konoxxenza, ħila
jew kompetenza li għandhom jinkisbu mill-individwi;
(b) li jġib ’il quddiem u jiffaċilita l-aċċess, it-trasferiment
u l-mixi ’l quddiem tat-tagħlim kontinwu;
(ċ) li jinkoraġġixxi r-rikonoxximent f’pajjiżi barranin ta’
ċertifikati professjonali u vokazzjonali mogħtija
f’Malta taħt dawn ir-regolamenti.
Funzjonijiet tal-
Kunsill.
5. (1) Il-Kunsill għandu bħala funzjonijiet li jagħmel dak
kollu li jkun meħtieġ jew spedjenti skond dawn ir-regolamenti biex
jippromwovi l-għanijiet tal-Kunsill.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subregolament
(1), il-Kunsill għandu:
(a) jistabbilixxi l-politika u l-kriterji li fuqhom għandha
tissejjes l-infrastruttura ta’ kwalifiki;
(b) japprova u jippubblika livelli nazzjonali ta’
konoxxenza u kompetenza f’xi ħila;
(ċ) jistabbilixxi u jippublika kull proċedura li għandha tiġi
implimentata minn aġenziji ta’ programmi ta’
edukazzjoni u ta’ taħriġ għal aċċess, trasferiment u
mixi ’l quddiem;
(d) jaċċerta li kull livell u proċedura msemmija f’dawn ir-
regolamenti jkunu qegħdin jigu implimentati;
(e) jakkredita l-programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ
vokazzjonali mogħtija minn aġenziji ta’ taħriġ;
(f) japprova ċertifikati maħruġa minn aġenziji ta’ taħriġ;
(g) jżomm u joħroġ records uffiċjali ta’ ċertifikati
mogħtija;
(h) jippromwovi Sistema Nazzjonali ta’ Kwalifiki
Professjonali u Vokazzjonali;
(i) jirregola l-proċeduri tal-Bordijiet maħtura minnu;
KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA ġ L.S.343.26 3
(j) jwettaq kull funzjoni oħra li l-Ministru responsabbli
għall-edukazzjoni f’konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-impiegi jista’ jitlob minn żmien
għal żmien.
(3) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu l-Kunsill għandu jiżgura
konsultazzjoni sħiħa u xierqa ma’ l-awtoritajiet responsabbli għal
edukazzjoni u taħriġ professjonali u vokazzjonali.
(4) Il-pubblikazzjoni ta’ livelli u proċeduci msemmija f’dan ir-
regolament għandhom ikunu f’dik l-għamla u b’dak il-mod li l-
Kunsill iqis li jkunu xierqa.
(5) Fit-twettiq-tal-funzjonijiet tiegħu kif ukoll fl-
implimentazzjoni tal-livelli u proċeduri rilevanti, il-Kunsill għandu
jiżgura li jkun hemm trasparenza, konsistenza u imparzjalità
adegwati.
Segretarjat tal-
Kunsill.
6. (1) Għandu jiġi stabbilit Segretarjat fi ħdan il-
Korporazzjoni biex ikun ta’ servizz għall-Kunsill.
(2) ll-funzjonijiet tas-Segretarjat ikunu -
(a) li jikkordina x-xogħol tal-bordijiet għall-iżvilupp;
(b) li jikkordina x-xogħol tal-bordijiet għall-valutazzjoni;
(ċ) li jzorom database ta’ livelli nazzjonali ta’ kompetenzi
professjonali u vokazzjonali fi gradi speċifiċi;
(d) li jzomm database nazzjonali ta’ persuni li jkunu
ngħataw Kwalifiki Nazzjonali Professjonali u
Vokazzjonali;
(e) li jipprovdi servizzi ta’ amministrazzjoni ġenerali u
segretarjali lill-Kunsill.
Segretarju 
Eżekuttiv.
7. (1) Il-Kap tas-Segretarjat ikun is-Segretatju Eżekuttiv li
jkun uffiċjal nominat għal dak l-għan miċ-chairperson tal-
Korporazzjoni u maħtur mill-Kunsill.
(2) Is-Segretatju Eżekuttiv ikun ex officio s-Segretarju tal-
Kunsill.
(3) Is-Segretarju Eżekuttiv ikollu d-dmir u l-jedd li jattendi, u
jinstema’ f’kull laqgħa tal-Kunsill iżda ma jkollux dritt li jivvota.
Bordijiet għall-
Iżvilupp ta’ Livelli 
Professjonali u 
Vokazzjonali.
8. (1) Għandhom jitwaqqfu mill-Kunsill għadd ta’ Bordijiet
għall-Iżvilupp ta’ Livelli Professjonali u Vokazzjonali, kif jista’
jkun meħtieġ.
(2) Il-ħatra ta’ membri tal-Bordijiet għall-Iżvilupp tkun għal
perjodu ta’ sentejn u kull membru jista’ jkun eliġibbli li jerġa’ jiġi
appuntat.
Funzjonijiet.
(a) li jiżviluppaw livelli ta’ kompetenza professjonali u
vokazzjonali fuq sensiela ta’ kompetenzi progressivi
ta’ konoxxenza, ħila u attitudni;
(b) li jirrevedu dawk il-livelli ta’ kompetenza regolarment
biex jirriflettu żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, kif
4 L.S.343.26 ħ KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA
ukoll rilevanza għas-suq tax-xogħol;
(ċ) li jorganizzaw b’mod regolari sessjonijiet ta’
konsultazzjoni mas-sieħba soċjali interessati bil-għan
li tiġi assigurata rilevanza;
(d) li jissottomettu x’ikunu l-livelli ta’ kompetenza għall-
approvazzjoni tal-Kunsill;
(e) li jkollhom kollegament mal-bordijiet għall-
valutazzjoni.
Komposizzjoni. (4) Il-bordijiet għall-iżvilupp għandhom kull wieħed ikun
responsabbli għal xi qasam ta’ kompetenza partikolari u jkunu
magħmula minn:
(a) chairperson li jkun jifhem fil-ħtiġiet għal kompetenza
f’ħidmiet partikolari;
(b) żewġ persuni li jkollhom kwalifiki u esperjenza
rilevanti u li jkunu ġejjin minn istituzzjonijiet ta’
tagħlim u, jew taħriġ;
(ċ) żewġ persuni li jirrappreżentaw stabbilimenti
industrijali jew kummerċjali, korpi professjonali jew
entijiet oħra li jkunu kompetenti fil-qasam ta’
kompetenza li għandu jiġi żviluppat.
Bordijiet għall-
Valutazzjoni ta’ 
Livelli 
Professjonali u 
Vokazzjonali.
9. (1) Għandhom jitwaqqfu mill-Kunsill għadd ta’ Bordijiet
għall-Valutazzjoni ta’ Livelli Professjonali u Vokazzjonali, kif
jista’ jkun meħtieġ.
(2) Il-funzjonijiet tal-bordijiet għall-valutazzjoni jkunu:
(a) li jifformulaw proċeduri ta’ valutazzjoni xierqa skond
l-oqsma ta’ kompetenza partikolari;
(b) li jagħmlu valutazzjonijiet biex jiżguraw il-kisba ta’
livelli ta’ kompetenza professjonali u vokazzjonali;
(ċ) li jiżguraw li jkun hemm valutazzjoni rigoruża u
konsistenti;
(d) li jissottomettu rapport dettaljat lill-Kunsill wara kull
sessjoni ta’ valutazzjoni.
Komposizzjoni. (3) Il-bordijiet għall-valutazzjoni għandhom ikunu magħmula
kif gej:
(a) chairperson li jkun jithem fil-ħtiġiet ta’ kompetenza
f’ħidmiet partikolari;
(b) persuna li jkollha kwalifila u esperjenza rilevanti u li
tkun ġejja minn istituzzjonijiet ta’ tagħlim u, jew
taħriġ;
(ċ) persuna li tkun tirrappreżenta stabbilimenti industrijali
jew kummerċjali, korpi professjonali jew entijiet oħra
u li tkun kompetenti fil-qasam li għandu jiġi valutat.
(4) Il-ħatra ta’ membri tal-bordijiet għall-valutazzjoni tkun
għal perjodu ta’ sentejn u kull membru jista’ jkun eliġibbli li jerġa’
jiġi appuntat.
Korpi aġġudikanti. 10. (1) Iċ-ċertifikati dwar Kwalifiki Nazzjonali Professjonali
KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA ġ L.S.343.26 5
u Vokazzjonali għandhom ikunu approvati mill-Kunsill u maħruġa
minn aġenziji għat-taħriġ lil dawk il-persuni li jkunu iskritti
magħhom. Fil-każijiet l-oħra kollha ċ-ċertifikati għandhom
jinħarġu mill-Korporazzjoni u jiġu approvati mill-Kunsill.
(2) F’kull każ imsemmi fis-subregolament (1) iċ-ċertifikati
għandhom jinħarġu jew wara li tkun saret valutazzjoni posittiva
mill-bord għall-valutazzjoni adattat inkella mill-aġenzija għat-
taħriġ li tkun ipprovdiet il-programmi ta’ taħriġ akkreditati mill-
Kunsill.
Livelli ta’ 
kompetenza.
11. Il-Kwalifiki Nazzjonali Professjonali u Vokazzjonali
għandhom ikunu klassifikati f’ħames livelli ta’ kompetenza kif
stabbiliti fl-Iskeda, li jiddeskrivu l-ħiliet u l-konoxxenza meħtieġa
biex wieħed ikun jista’ jwettaq xogħol f’livell speċifiku b’mod
effettiv. Il-Kunsill għandu jkun iggwidat b’dawn il-livelli biex jiġu
klassifikati livelli nazzjonali ta’ konoxxenza, kompetenza fil-ħila
għal kull taqsima okkupazzjonali.
Meta ma 
japplikawx dawjn 
ir-regolamenti.
12. Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal kull xogħol li fil-
ħidma tiegħu jeħtieġ il-ħruġ ta’ warrant jew ta’ ċertifikat, jew
reġistrazzjoni skond xi liġi oħra.
SKEDA
(Regolament 11)
Livelli ta’ Kompetenza
Livell 1
Id-detentur ta’ kwalifika f’dan il-livell irid ikun kapaċi jwettaq
xogħol relattivament ħafif li jkollu bżonn ħiliet li jistgħu jinkisbu
malajr permezz ta’ programm ta’ taħriġ li jsir barra mill-iskola.
Livell 2
Id-detentur ta’ kwalifika f’dan il-livell irid ikun kapaċi jaħdem
f’xi attività  speċifika filwaqt li jkun kapaċi juża l-istrumenti u t-
teknika li ghandhom x’jaqsmu magħha mingħajr ebda direzzjoni.
Livell 3
Id-detentur ta’ kwalifika f’dan il-livell irid ikun kapaċi
jipparteċipa f’xogħol tekniku li jista’ jitwettaq b’mod indipendenti
u, jew li jkun jimplika dmirijiet ta’ esekuzzjoni u kordinazzjoni.
Livell 4
Id-detentur ta’ kwalifika f’dan il-livell irid ikun kapaċi
ġeneralment jaħdem b’mod awtonomu jew indipendenti hekk li
jassumi, jifformula u, jew imexxi u, jew ikollu responsabbiltajiet
amministrattivi. Id-detentur ma jkunx ġeneralment meħtieġ li jkun
imħarreġ sew fis-sisien xjentifiċi tad-diversi oqsma involuti.
Livell 5
Id-detentur ta’ kwalifika f’dan il-livell irid ikun kapaċi jwettaq xi
attività  vokazzjonali li jidħol għaliha b’mod awtonomu bħala
6 L.S.343.26 ħ KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA
prinċipal jew ħaddiem għal rasu, li tkun tirrikjedi maestranza tas-
sisien xjentifiċi tal-ħidma.
