EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI 
RIKONOXXUT (ĦTIĠIET GĦAL RIKONOXXIMENT) ġ L.S.345.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 345.04
REGOLAMENTI DWAR 
EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI RIKONOXXUT 
(ĦTIĠIET GĦAL RIKONOXXIMENT)
3 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 3 ta’ l-2003.
Titolu.
Exchange ta’ Investimenti Rikonoxxut (Ħtiġiet għal
Rikonoxximent).
Tifsir.
Kap. 345.
użati għandu jkollhom l-istess tifsira kif mogħtija lilhom fl-Att
imsemmi, sakemm ma jkunux definiti mod ieħor hawnhekk;
"applikant tfisser persuna li tkun għamlet applikazzjoni lill-
awtorità  kompetenti biex issir exchange rikonoxxut;
Kap. 370.
"strument" għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik mogħtija mill-
Att dwar Servizzi ta’ Investimenti;
"exchange ta’ investimenti rikonoxxut" tfisser persuna li fir-
rigward tagħha l-awtorità  kompetenti tkun ħarġet ordni ta’
rikonoxximent;
"Skeda tfisser l-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
Ħtiġiet għal 
rikonoxximent.
3. (1) L-Iskeda tispeċifika l-ħtiġiet għal rikonoxximent  li
għandhom ikunu sodisfatti minn applikant jekk ikun se jikkwalifika
bħala exchange ta’ investimenti rikonoxxut u li għandhom ikunu
sodisfatti minn kull exchange ta’ investimenti rikonoxxut fuq bażi
kontinwa u li tibqa’ sejra bla waqfien jekk trid tibqa’ exchange ta’
investimenti rikonoxxut.
(2) Il-piż tal-prova lill-awtorità  kompetenti li l-ħtiġiet għal
rikonoxximent kienu jew ikunu qegħdin jiġu sodisfatti kif imiss
jaqa’ esklużivament fuq l-applikant jew fuq l-exchange ta’
investimenti rikonoxxut, skond il-każ.
Sodisfazzjon ta’ 
ħtiġiet għal 
rikonoxximent.
4. (1) Meta tiġi biex tqis jekk applikant jew exchange ta’
investimenti rikonoxxut ikunux jissodisfaw il-ħtiġiet ta’
rikonoxximent li japplikaw għalihom taħt dawn ir-regolamenti, l-
awtorità  kompetenti tista’ tqis kull ċirkostanza oħra li jidhrilha
rilevanti f’kull każ partikolari.
(2) Applikant jew exchange ta’ investimenti rikonoxxut jistgħu
jissodisfaw ħtiġiet ta’ rikonoxximent li japplikaw għalihom taħt
dawn ir-regolamenti billi jidħlu fi ftehim għas-sodisfazzjon ta’ l-
awtorità  kompetenti dwar funzjonijiet speċifikati fil-ftehim
imsemmi li għandu jitqiegħed fil-prattika f’isimhom minn xi
persuna oħra.
(3) Ftehim tax-xorta msemmi fis-subregolament (2) għandu jsir
bil-miktub, u għandu jsir bejn l-applikant jew exchange ta’
2 L.S.345.04 ħ
EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI 
RIKONOXXUT (ĦTIĠIET GĦAL RIKONOXXIMENT)
investimenti rikonoxxut, skond il-każ, u l-persuna li jkollha taqdi l-
funzjonijiet kollha f’isem l-applikant jew exchange ta’ investimenti
rikonoxxut. Tali ftehim għandu jkun esegwit minn uffiċjali
awtorizzati kif imiss tal-korp governattiv ta’ l-entitajiet rispettivi.
(4) Meta applikant jew exchange ta’ investimenti rikonoxxut
jidħlu fi ftehim tax-xorta msemmija fis-subregolament (2), kull tali
ftehim m’għandux jaffettwa r-responsabbiltà  imposta mill-Att fuq
tali applikant jew exchange ta’ investimenti rikonoxxut li
jissodisfaw il-ħtiġiet għal rikonoxximent li japplikaw għalihom taħt
dawn ir-regolamenti.
(5) Ir-responsabbiltà  ta’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut
għal xi ksur tal-ħtiġiet għal rikonoxximent jew ta’ xi regolamenti
jew direttivi oħra maħruġin taħt dan l-Att, m’għandhomx ikunu
affettwati jew ridotti meta exchange ta’ investimenti rikonoxxut
tidħol f’xi ftehim tax-xorta msemmija fis-subregolament (2).
(6) Kull persuna li m’hix exchange ta’ investimenti rikonoxxut
u tkun ser taqdi xi funzjoni speċifikata għat-termini ta’ xi ftehim
tax-xorta msemmija fis-subregolament (2) għandha tkun
ikkonfermata, wara l-verifika dovuta, mill-applikant jew exchange
ta’ investimenti rikonoxxut skond il-każ, bħala persuna idonea u
xierqa li tkun kapaċi u lesta taqdi tali funzjonijiet. Din il-konferma
għandha ssir mill-korp governattiv ta’ l-applikant jew exchange ta’
investimenti rikonoxxut, skond il-każ, fil-forma ta’ dikjarazzjoni
bil-miktub f’dan is-sens li għandha tkun sottomessa lill-awtorità
kompetenti flimkien ma’ vera kopja debitament awtentikata tal-
ftehim rilevanti tax-xorta msemmija fis-subregolament (2).
(7) Minkejja dak kollu hawn qabel provdut, l-exchange ta’
investimenti rikonoxxut għandha tkun responsabbli lejn l-awtorità
kompetenti għas-superviżjoni tal-qadi kif imiss ta’ kull funzjoni
mwettqa minn xi ħadd matul dak il-perjodu li fih kull ftehim tax-
xorta msemmija fis-subregolament (2) jibqa’ fis-seħħ.
EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI 
RIKONOXXUT (ĦTIĠIET GĦAL RIKONOXXIMENT) ġ L.S.345.04 3
SKEDA
ĦTIĠIET TA’ RIKONOXXIMENT
Riżorsi finanzjarji
1. (1) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandu jkollha riżorsi
finanzjarji biżżejjed għall-qadi kif għandu jkun tal-funzjonijiet tagħha.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel provdut, kull
exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandha tissodisfa f’kull żmien dawk il-ħtiġiet
ta’ riżorsi finanzjarji minimi u ħtiġiet ta’ rappurtar finanzjarju minimi li jistgħu
jkunu preskritti mill-awtorità  kompetenti minn żmien għal żmien.
(3) Meta jitqies jekk il-ħtieġa f’(1) hawn qabel hijiex sodisfatta, l-awtorità
kompetenti tista’ mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-setgħat tagħha, tqis iċ-
ċirkostanzi kollha f’relazzjoni ma’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut, inklużi:
(a) kull attività  magħmula jew proposta biex issir mill-exchange ta’
investimenti rikonoxxut;
(b) ir-riskji ġenerali, operattivi, legali u tas-swieq li għalihom hi esposta;
(ċ) l-ammont u kompożizzjoni tal-kapital tagħha;
(d) l-ammont u kompożizzjoni ta’ l-assi finanzjarji likwidi tagħha;
(e) l-ammont u kompożizzjoni ta’ xi riżorsi finanzjarji oħra;
(f) il-benefiċċji, responsabbiltajiet, riskji u espożizzjonijiet finanzjarji li
jirriżultaw mill-konnessjonjiet tagħha ma’ kull min ikun.
Adattabilità
2. (1) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandha tkun persuna idonea u
xierqa biex taqdi l-funzjonijiet tagħha u tkun ta’ reputazzjoni tajba.
(2) Meta tqis jekk il-ħtiġiet ta’ (1) hawn qabel humiex sodisfatti, l-awtorità
kompetenti tista’, bla preġudizzju għall-ġeneralità  tas-setgħat tagħha, tieħu
f’konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi li ġejjin f’relazzjoni ma’ l-exchange ta’ investimenti
rikonoxxut:
(a) l-istruttura tal-proprjetà  u kontroll tagħha;
(b) l-impenn muri mill-korp governattiv tagħha biex jissodisfa l-ħtiġiet għal
rikonoxximent u biex jikkonforma ma’ obbligi oħra fl-Att u taħt l-Att;
(ċ) l-arranġamenti, prattiki u riżorsi biex twettaq l-obbligi tagħha
f’relazzjoni ma’ l-attivitajiet bħala exchange ta’ investimenti
rikonoxxut għat-termini ta’ l-Att jew ta’ regolamenti magħmulin taħtu;
(d) l-arranġamenti biex tiżgura li timpjega jew taħtar individwi li huma
onesti u juru livell għoli ta’ integrità  u huma kompetenti għall-funzjoni
tagħhom;
(e) l-effettività  ta’ l-arranġamenti biex tikkontrolla konflitti ta’ interess;
(f) l-indipendenza tal-funzjoni ta’ konformità  tagħha mill-funzjonijiet
kummerċjali u tas-suq tagħha.
Kostituzzjoni u governanza
3. (1) Il-kostituzzjoni, governanza, struttura organizzattiva u sistemi ta’
tmexxija ta’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandhom ikunu adegwati u
4 L.S.345.04 ħ
EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI 
RIKONOXXUT (ĦTIĠIET GĦAL RIKONOXXIMENT)
xierqa.
(2) Meta tqis jekk il-ħtiġiet ta’ (1) hawn fuq humiex sodisfatti, l-awtorità
kompetenti tista’, bla ħsara għall-ġeneralità  tas-setgħat tagħha, tqis iċ-ċirkostanzi li
ġejjin f’relazzjoni ma’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut:
(a) safejn il-kostituzzjoni u l-organizzazzjoni tagħha jipprovdu għal
governanza effettiva;
(b) l-arranġamenti magħmulin biex jiżguraw li l-korp governattiv tagħha
għandu kontroll effettiv fuq il-funzjonijiet ta’ l-exchange ta’
investimenti rikonoxxut;
(ċ) l-istruttura u organizzazzjoni tal-korp governattiv tagħha, inklużi d-
distribuzzjoni ta’ responsabbiltajiet u funzjonijiet fost l-uffiċjali,
dipartimenti, membri, u kumitati;
(d) l-aċċess li d-dipartiment ta’ konformità  tagħha għandu għall-korp
governattiv;
(e) id-daqs u l-kompożizzjoni tal-korp governattiv inklużi l-għadd u
responsabbiltajiet ta’ membri eżekuttivi u mhux eżekuttivi;
(f) l-għadd ta’ membri indipendenti tal-korp governattiv;
(g) l-integrità  u kompetenza tal-korp governattiv tagħha u ta’ l-uffiċjali
tagħha.
Sistemi u kontrolli
4. (1) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandha tiżgura li s-sistemi u
kontrolli kollha wżati fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha huma adegwati u adatti għad-
daqs u x-xorta tan-negozju tagħha.
(2) Is-subparagrafu (1) japplika b’mod partikolari, bla limitazzjoni, għal sistemi
u kontrolli li għandhom x’jaqsmu ma’:
(a) it-trasmissjoni ta’ informazzjoni;
(b) il-valutazzjoni u mmaniġġar ta’ riskji għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ l-
exchange ta’ investimenti rikonoxxut;
(ċ) l-għemil u l-kontroll kontinwu ta’ l-operazzjonijiet fl-exchange ta’
investimenti rikonoxxut;
(d) l-operazzjoni ta’ l-arranġamenti msemmijin fil-paragrafu 5(2)(e); u
(e) il-ħarsien u l-amministrazzjoni ta’ l-assi li huma proprjetà  ta’ dawk li
jużaw il-faċilitajiet ta’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut, meta
jkunu rilevanti.
(3) Meta tqis jekk il-ħtiġiet ta’ (1) hawn qabel humiex sodisfatti, l-awtorità
kompetenti tista’, bla ħsara għall-ġeneralità  tas-setgħat tagħha, tieħu
f’konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi li ġejjin f’relazzjoni ma’ l-exchange ta’ investimenti
rikonoxxut:
(a) it-tqassim ta’ dmirijiet u responsabbiltajiet fost id-dipartmenti tagħha;
(b) ir-riżorsi umani impjegati fid-dipartimenti tagħha;
(ċ) l-arranġamenti ta’ superviżjoni li għalihom kull dipartiment hu
responsabbli;
(d) l-arranġamenti li bihom il-korp governattiv hu kapaċi jżomm taħt
konsiderazzjoni l-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet bejn, u l-ħatra,
EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI 
RIKONOXXUT (ĦTIĠIET GĦAL RIKONOXXIMENT) ġ L.S.345.04 5
superviżjoni u rimunerazzjoni ta’ uffiċjali tal-kumpannija;
(e) l-arranġamenti għal verifika interna u esterna;
(f) is-sistemi ta’ teknoloġija ta’ l-informatika, inklużi sistemi ta’ back-ups
għal dawn is-sistemi ta’ teknoloġija ta’ l-informatika u l-pjanijiet
tagħha għal azzjoni fil-każ ta’ ħsara lil dawn is-sistemi ta’ teknoloġija
ta’ l-informatika;
(g) l-arranġamenti li bihom hi tkejjel u tikkontrolla tipi differenti ta’ riskji;
(h) arranġamenti għal proċeduri ta’ maniġġar ta’ riskji;
(i) arranġamenti li bihom istruzzjonijiet dwar l-ikklerjar u ħlasijiet li
jirriżultaw minn operazzjoni jiddaħħlu fis-sistema tagħha sal-punt meta
drittijiet jew responsabbiltajiet li joħorġu minn dik l-operazzjoni huma
adempiti;
(j) arranġamenti u proċessi involuti fir-reġistrazzjoni ta’ assi li huma
proprjetà  ta’ dawk li jużaw il-faċilitajiet ta’ l-exchange ta’ investimenti
rikonoxxut u miżmumin mill-exchange ta’ investimenti rikonoxxut,
inklużi r-reġistrazzjoni ta’ l-identità  tal-proprjetarji ta’ tali assi u ta’
persuni oħra li għandhom interess fihom;
(k) ir-reġistrazzjoni ta’ istruzzjonijiet mogħtija f’relazzjoni ma’ assi li
huma proprjetà  ta’ dawk li jużaw il-faċilitajiet tagħha;
(l) ir-reġistrazzjoni ta’ kull azzjoni meħuda fit-twettiq ta’ istruzzjonijiet
riċevuti mill-exchange ta’ investimenti rikonoxxut f’relazzjoni ma’ assi
li huma proprjetà  ta’ dawk li jużaw il-faċilitajiet tagħha;
(m) is-sistemi u kontrolli ddisinjati biex jiżguraw il-konfidenzjalità  ta’ ċerti
klassijiet ta’ informazzjoni u l-użu kif għandu jkun ta’ tali
informazzjoni.
(4) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandha tiżgura li għandha l-ħila
tikkontrolla t-tħaddim u l-kwalità  ta’ impenji kontrattwali għal servizzi jew
faċilitajiet li hi tgħaddi biex ikunu operati minn partijiet terzi.
Ħarsien għall-investituri
5. (1) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandha tiżgura li negozju
mmexxi permezz tal-faċilitajiet tagħha jitmexxa b’manjiera ordinata biex jagħti
ħarsien kif għandu jkun lill-investituri.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subparagrafu (1), l-exchange ta’
investimenti rikonoxxut għandha, bis-saħħa ta’ proċeduri adatti li jkunu jissodisfaw
lill-awtorità  kompetenti, tiżgura li:
(a) l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut
ikun soġġett għal kriterji maħsubin biex iħarsu l-funzjonament ordinat
tas-suq u l-interessi ta’ l-investituri;
(b) in-negozjar fl-exchange ta’ investimenti rikonoxxut ikun limitat għal
strumenti li fihom ikun hemm suq proprju;
(ċ) isiru arranġamenti adatti għal informazzjoni sensittiva għall-prezzijiet li
għandha tkun aċessibbli (kemm mill-exchange ta’ investimenti
rikonoxxut jew, fejn hu xieraq u meħtieġ, minn dawk li jfornu l-
istrumenti) lill-pubbliku;
(d) isiru arranġamenti adatti għal informazzjoni sensittiva għall-prezzijiet
biex tinħażen, titħares u tkun ippubblikata jew b’xi mod ieħor tkun
6 L.S.345.04 ħ
EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI 
RIKONOXXUT (ĦTIĠIET GĦAL RIKONOXXIMENT)
aċċessibbli (kemm mill-exchange ta’ investimenti rikonoxxut jew, fejn
hu xieraq u meħtieġ, minn dawk li jfornu l-istrumenti) lill-pubbliku;
(e) isiru arranġamenti sodisfaċenti biex ikun żgurat li jinqeda d-dmir fil-ħin
lejn id-drittijiet u responsabbiltajiet tal-partijiet f’operazzjonijiet li jsiru
fl-exchange ta’ investimenti rikonoxxut (li huma drittijiet u
responsabbiltajiet relatati ma’ dawk l-operazzjonijiet);
(f) isiru arranġamenti adatti għat-tqabbil ta’ operazzjonijiet li jsiru fl-
exchange ta’ investimenti rikonoxxut jew permezz tagħha;
(g) isiru arranġamenti sodisfaċenti biex ikunu reġistrati operazzjonijiet li
jsiru fl-exchange ta’ investimenti rikonoxxut, u operazzjonijiet (kemm
jekk isiru fl-exchange ta’ investimenti rikonoxxut kemm jekk le) li ġew
mgħoddijin jew li jkunu se jiġu mgħoddijin permezz tal-faċilitajiet
tagħha, u l-proċeduri għar-rappurtar ta’ tali operazzjonijiet;
(h) ikunu stabbiliti proċeduri adegwati biex jiżguraw konformità  mill-
exchange ta’ investimenti rikonoxxut mar-regolamenti u, jew direttivi
kollha li hi soġġetta għalihom;
(i) ikunu ttieħdu miżuri adatti biex inaqqsu l-possibiltà  li faċilitajiet ta’ l-
exchange ta’ investimenti rikonoxxut jistgħu jintużaw għal skop
konness ma’ abbuż tas-suq, negozju bis-saħħa ta’ informazzjoni minn
ġewwa, jew xi reat kriminali ieħor, u biex iħaffu l-kxif tagħhom u
jikkontrollaw kontinwament l-inċidenza tagħhom;
(j) ir-regoli tagħha jkunu jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ l-artikolu 17(2)
u (3) u ta’ l-artikolu 18 ta’ l-Att f’kull ċirkostanza meta sospensjoni ta’
kkwotar hija ordnata mill-exchange ta’ investimenti rikonoxxut; u
(k) isiru arranġamenti sodisfaċenti għall-ħarsien u amministrazzjoni ta’ assi
li jkunu proprjetà  ta’ dawk li jużaw dawk il-faċilitajiet, meta rilevanti.
(3) Meta tqis jekk il-ħtiġiet f’(1) u (2) (a) hawn qabel humiex sodisfatti, l-
awtorità  kompetenti tista’, bla ħsara għall-ġeneralità  tas-setgħat tagħha, tqis iċ-
ċirkostanzi li ġejjin f’relazzjoni ma’ exchange ta’ investimenti rikonoxxut:
(a) l-addattabilità  tal-kriterji għas-sħubija applikati mill-exchange ta’
investimenti rikonoxxut u l-applikazzjoni ta’ tali kriterji b’mod oġġettiv
u b’manjiera mhux diskriminatorja;
(b) il-miżuri maħsuba biex jimpedixxu l-użu tal-faċilitajiet tagħha għal
skopijiet abużivi u mhux xierqa;
(ċ) il-mezzi ta’ ħarsien maħsubin biex iħarsu lill-investituri kontra frodi
jew imġieba ħażina, nuqqas ta’ ħsieb, negliġenza jew inkompetenza
minn dawk li jużaw il-faċilitajiet tagħha;
(d) dawk l-arranġamenti maħsuba biex dawk li jużaw il-faċilitajiet tagħha
jkunu jistgħu jikkontrollaw il-ħin kollu l-użu tagħhom u jqajmu
mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dawk il-faċilitajiet li jkunu rrappurtati li
għamlu;
(e) arranġamenti biex dawk li jużaw il-faċilitajiet tagħha jkunu jistgħu
jikkonformaw mal-ħtiġiet regolatorji jew legali rilevanti;
(f) arranġamenti maħsubin biex inaqqsu r-riskju li l-faċilitajiet jintużaw
b’modi li huma inkompatibbli ma’ ħtiġiet regolatorji jew legali
rilevanti;
(g) regoli u proċeduri adottati għall-projbizzjoni ta’ abbuż tas-suq, negozju
bis-saħħa ta’ informazzjoni minn ġewwa jew xi forma oħra ta’ prattiki
EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI 
RIKONOXXUT (ĦTIĠIET GĦAL RIKONOXXIMENT) ġ L.S.345.04 7
ta’ negozju abużivi minn dawk li jużaw il-faċilitajiet tagħha;
(h) arranġamenti u prattiki li jagħtu lill-membri u klijenti l-okkażjoni li
jġibu l-aħjar prezz li jista’ jinġieb f’dak il-waqt għad-daqs u xorta tan-
negozju tagħhom;
(i) arranġamenti u prattiki li jiżguraw trasparenza suffiċjenti qabel u wara
negozju, waqt li jitqiesu l-prattiki fis-swieq u sistemi ta’ negozju wżati;
(j) proċeduri li jagħtu ħila lill-exchange ta’ investimenti rikonoxxut li
tinfluwenza kondizzjonijiet tan-negozju jew ma tkomplix jew
tissospendi n-negozju mill-ewwel meta hu meħtieġ biex iżżomm suq
ordinat.
(4) Meta tikkunsidra jekk ''suq adatt'' ikunx jeżisti għall-finijiet tas-subparagrafu
(2)(b), l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut tista’, bla ħsara għall-ġeneralità  tas-
setgħat tagħha, tqis iċ-ċirkostanzi li ġejjin f’relazzjoni ma’ istrument:
(a) l-eżistenza ta’ numru suffiċjenti ta’ persuni li diġà  għandhom l-
istrument jew huma interessati li jinnegozjaw fih biex joħolqu forzi
adegwati ta’ provvista u domanda;
(b) safejn hemm limitazzjonijiet f’relazzjoni mal-persuni li jista’ jkollhom
istrument jew jinnegozjaw fih jew l-ammont ta’ l-istrument li jista’ jkun
għand persuna;
(ċ) jekk hemmx informazzjoni adegwata fil-qasam pubbliku biex il-
parteċipanti fis-suq ikunu jistgħu jaslu għal ġudizzju raġonevolment
infurmat dwar il-valur ta’ l-istrument u r-riskji assoċjati miegħu;
(d) l-adattabilità  ta’ tali istrument għal investituri jew klassi ta’ investituri.
Kxif ta’ informazzjoni minn min joħroġ titoli
6. (1) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandha tiżgura li kull min
joħroġ titoli biex ikunu negozjati fiha huwa soġġett għal ħtiġiet dwar kxif ta’
informazzjoni adegwati fir-relazzjoni ma’ tali titoli u li dawk il-ħtiġiet ikunu
implimentati kif għandu jkun f’kull waqt bl-iskop li jiżguraw li kull informazzjoni
rilevanti tiġi mgħoddija kif għandu jkun lill-investituri.
(2) Ir-regoli ta’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandhom jagħmluha
possibbli lill-exchange ta’ investimenti rikonoxxut, fil-każ ta’ nuqqas ta’ xi ħadd li
jkun ħareġ titoli li jikkonforma ma’ l-obbligi li jikxef, u fuq istruzzjonijiet speċifiċi
ta’ l-Awtorità  dwar l-Elenku għal dak l-iskop:
(a) li twaqqaf l-ammissjoni tat-titoli rilevanti milli jkunu negozjati;
(b) li tissospendi n-negozju tat-titoli rilevanti;
(ċ) li tippubblika l-fatt li dak li ħareġ it-titoli naqas milli jikkonforma ma’ l-
obbligi tal-kxif ta’ informazzjoni; u
(d) li tippubblika hija stess kull informazzjoni li dak li ħareġ it-titoli naqas
li jippubblika.
_ _Dan il-paragrafu hu bla ħsara għall-ħtiġiet li hemm fil-paragrafu 5(2)(ċ).
Promozzjoni u żamma ta’ standards
7. (1) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandha tkun kapaċi u lesta li
tippromwovi u żżomm standards għolja ta’ integrità  u negozju ġust fit-tmexxija ta’
attivitajiet minn persuni fil-kors ta’ l-użu tal-faċilitajiet ipprovduti mill-exchange ta’
investimenti rikonoxxut.
8 L.S.345.04 ħ
EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI 
RIKONOXXUT (ĦTIĠIET GĦAL RIKONOXXIMENT)
(2) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandha tkun kapaċi u lesta li
tikkoopera, billi taqsam informazzjoni jew b’mod ieħor, ma’ l-awtorità  kompetenti,
u ma’ kull awtorità , korp jew persuna oħra li għandhom responsabbiltà  għas-
superviżjoni jew regolamentazzjoni ta’ xi attività  jew servizz finanzjarju ieħor
regolat, jew ma’ regolatur barrani.
(3) Għall-finijiet tad-disposizzjoni ta’ qabel din, l-exchange ta’ investimenti
rikonoxxut għandu jkollha arranġamenti adatti mal-membri tagħha li tkun f’qagħda
li tista’ tikseb informazzjoni konfidenzjali mill-membri tagħha u tgħaddi tali
informazzjoni lill-awtorità  kompetenti u lil korpi adatti oħra u, b’mod partikolari,
tgħin u tikkollabora ma’ l-awtorità  kompetenti bla dewmien biex twieġeb għal talba
speċifika bil-miktub riċevuta mill-awtorità  kompetenti fil-kors tal-qadi tal-
funzjonijiet tagħha skond il-liġi.
Regoli, regolamenti u konsultazzjoni
8. (1) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandha tiżgura li proċeduri
adatti jkunu adottati biex tagħmel regoli jew regolamenti, biex iżżomm ir-regoli jew
regolamenti tagħha taħt konsiderazzjoni, u biex temendhom.
(2) Il-proċeduri li hemm riferenza għalihom fid-disposizzjoni ta’ qabel
għandhom jinkludu proċeduri għall-konsultazzjoni ma’ dawk li jużaw il-faċilitajiet
ta’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut f’każijiet li jitolbu dan.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subparagrafu (1), l-exchange ta’
investimenti rikonoxxut għandha tiżgura li r-regolamenti tagħha jindirizzaw, il-ħin
kollu, kull waħda mill-materji li ġejjin:
(a) amministrazzjoni ta’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut;
(b) kriterji għall-akkwist, żamma u sospensjoni ta’ jew skwalifika minn
sħubija;
(ċ) kondotta xierqa ta’ regoli ta’ negozju;
(d) kriterji għall-awtorizzazzjoni ta’ persuni biex jutilizzaw il-faċilitajiet
ta’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut;
(e) regoli u proċeduri li jeħtieġu li l-membri jfornu lill-exchange ta’
investimenti rikonoxxut b’dik l-informazzjoni u dokumentazzjoni kif
tkun raġonevolment mitluba mill-exchange ta’ investimenti rikonoxxut
biex tiżgura l-użu kif għandu jkun u legali tal-faċilitajiet tagħha;
(f) regoli u proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’ servizzi ta’ negozju, ħlas
u depożiti, meta huma rilevanti;
(g) ħtiġiet minimi u proċeduri għall-elenkar u negozju ta’ strumenti fl-
exchange ta’ investimenti rikonoxxut, inklużi ħtiġiet ta’ elenkar
kontinwu;
(h) regoli u proċeduri relatati ma’ l-amalgamazzjoni ta’ kumpanniji
elenkati;
(i) ħtiġiet minimi u proċeduri relatati mat-tħassir mill-elenku ta’ strumenti
mill-exchange ta’ investimenti rikonoxxut.
(4) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandha tikkonsulta lil dawk li
jużaw il-faċilitajiet tagħha fuq arranġamenti li hi tkun qed tipproponi tagħmel biex
tittratta ma’ dħul minn multi skond il-paragrafu 9(3) jew dwar bidliet li hi tkun qed
tipproponi biex tagħmel f’dawk l-arranġamenti.
EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI 
RIKONOXXUT (ĦTIĠIET GĦAL RIKONOXXIMENT) ġ L.S.345.04 9
Dixxiplina
9. (1) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandu jkollha arranġamenti
effettivi biex tikkontrolla l-ħin kollu u tinforza konformità :
(a) mar-regoli u regolamenti tagħha (inklużi regoli relatati ma’
operazzjonijiet fi strumenti elenkati fl-exchange ta’ investimenti
rikonoxxut meta tali operazzjonijiet ma jsirux fl-exchange ta’
investimenti rikonoxxut); u
(b) ma’ l-arranġamenti magħmulin minnha kif imsemmi fil-paragrafu
5(2)(e).
(2) Arranġamenti magħmulin bis-saħħa tas-subparagrafu (1) għandhom jinkludu
proċeduri għall-investigar ta’ lmenti magħmulin lill-exchange ta’ investimenti
rikonoxxut dwar l-imgieba ta’ persuni fil-kors ta’ l-użu li jagħmlu tal-faċilitajiet ta’
dik l-Exchange ta’ Investimenti Rikonoxxut.
(3) Meta arranġamenti magħmulin bis-saħħa tas-subparagrafu (1) jinkludu
disposizzjoni li titlob il-ħlas ta’ multi, għandhom jinkludu arranġamenti biex ikun
żgurat li kull ammont imħallas b’dan il-mod japplika biss b’waħda jew aktar mill-
manjieri li ġejjin:
(a) biex ikopri l-ispejjeż magħmulin mill-exchange ta’ investimenti
rikonoxxut fil-kors ta’ l-investigazzjoni ta’ ksur li dwaru l-multa
titħallas, jew fil-kors ta’ xi appell kontra d-deċiżjoni ta’ l-exchange ta’
investimenti rikonoxxut f’relazzjoni ma’ dak il-ksur;
(b) għall-benefiċċju ta’ dawk li jużaw il-faċilitajiet ta’ l-exchange ta’
investimenti rikonoxxut;
(ċ) għall-iskema ta’ kumpens għall-investimenti mwaqqfa għat-termini ta’
l-Att dwar Servizzi ta’ Investimenti;
(d) għal skopijiet karitattevoli.
Lmenti
10. (1) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandu jkollha arranġamenti
effettivi għall-investigazzjoni u riżoluzzjoni ta’ lmenti li jirriżultaw mill-qadi, jew
nuqqas ta’ qadi, ta’ xi waħda mill-funzjonijiet tagħha:
Iżda dak hawn qabel provdut ma jestendix għal ilmenti dwar il-kontenut ta’
regoli magħmulin mill-exchange ta’ investimenti rikonoxxut.
(2) L-arranġamenti għandhom jinkludu arranġamenti biex ilment ikun investigat
b’mod ġust u imparzjali minn persuna indipendenti mill-exchange ta’ investimenti
rikonoxxut, u biex hi tirrapporta fuq ir-riżultat ta’ l-investigazzjoni tagħha lill-
exchange ta’ investimenti rikonoxxut u lil min ikun ilmenta.
(3) L-arranġamenti għandhom jagħtu lill-persuna msemmija fis-subparagrafu (2)
is-setgħa li tirrakkomanda, jekk jidhrilha xieraq, li l-exchange ta’ investimenti
rikonoxxut:
(a) tagħmel ħlas ta’ kumpens lil min ikun għamel l-ilment;
(b) tirrimedja l-materja li dwarha jkun sar l-ilment, jew tieħu ż-żewġ passi
flimkien.
(4) Is-subparagrafu (2) m’għandux ikun mifhum li qiegħed jimpedixxi lill-
exchange ta’ investimenti rikonoxxut milli tagħmel arranġamenti għall-
investigazzjoni inizjali ta’ lment immexxija mill-exchange ta’ investimenti
10 L.S.345.04 ħ
EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI 
RIKONOXXUT (ĦTIĠIET GĦAL RIKONOXXIMENT)
rikonoxxut.
Regoli fil-każ ta’ nuqqas fir-rigward ta’ kuntratti tas-suq
11. (1) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandu jkollha regoli għal
każijiet ta’ nuqqas li, fil-każ ta’ membru ta’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut
ma jkunx, jew jidher li ma jkunx, jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ kuntratt
wieħed jew aktar tas-suq, tagħmilha possibbli li tittieħed azzjoni fir-rigward ta’
kuntratti tas-suq mhux adempiti li hu jkun wieħed mill-partijiet fihom.
(2) Ir-regoli jistgħu jawtorizzaw it-teħid ta’ l-istess azzjoni jew ta’ azzjoni simili
dwar xi membru li jidher li x’aktarx mhux se jasal biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-
rigward ta’ kuntratt tas-suq wieħed, jew aktar.
(3) L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandu jkollha arranġamenti
adegwati biex tiżgura li l-partijiet f’kuntratt jiġu notifikati kemm jista’ jkun malajr
bin-nuqqas, l-identità  tal-partijiet l-oħra fil-kuntratt, u b’kull deċiżjoni meħuda taħt
ir-regoli dwar kuntratti li jkunu parti fihom.
Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra
12. L-exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandha tkun kapaċi u lesta li
tikkoopera, billi taqsam informazzjoni jew b’xi mod ieħor, ma’ xi awtorità  jew korp
ieħor li għandu responsabbiltà  dwar kull materja li tirriżulta minn, jew li tkun
konnessa ma’, nuqqas ta’ membru ta’ l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut.
