DRITTIJIET LI JINĠABRU 
MILL-EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI RIKONOXXUT ġ L.S.345.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 345.05
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET LI JINĠABRU 
MILL-EXCHANGE TA’ INVESTIMENTI 
RIKONOXXUT
3 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 4 ta’ l-2003, kif emendat bl-Avviż Legali 220 ta’ l-
2003.
Titolu.
Drittijiet li jinġabru mill-Exchange ta’ Investimenti Rikonoxxut.
Tifsir.
Kap. 345.
2. F’dawn ir-regolamenti "Att" tfisser l-Att dwar Swieq
Finanzjarji u l-kliem u frażijiet użati għandu jkollhom l-istess
tifsira kif mogħtija lilhom fl-Att.
Ħlasijiet.
Emendat:
A.L. 220 ta’ l-
2003.
3. Il-ħlasijiet preskritti fir-rigward ta’ rikonoxximent u għaż-
żamma ta’ ordni ta’ rikonoxximent għandhom ikunu kif ġej:
(a) Lm 3,000 mas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni biex
issir ordni ta’ rikonoxximent mill-awtorità  kompetenti
li tiddikjara dak il-korp bħala exchange ta’
investimenti rikonoxxut għall-finijiet ta’ l-Att,
irrispettivament minn jekk l-ordni ta’ rikonoxximent
eventwalment tinħariġx jew le;
(b) Lm 10,000 bħala ħlas ta’ liċenza annwali, dovut fl-1
ta’ Jannar ta’ kull sena minn kull exchange ta’
investimenti rikonoxxut jekk se tibqa’ tkun exchange
ta’ investimenti rikonoxxut.
