DRITTIJIET GĦAĊ-ĊENSURA TAL-PELLIKOLI 
TAĊ-ĊINEMATOGRAFU ġ L.S.35.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 35.04
REGOLAMENTI DWAR ID-DRITTIJIET
GĦAĊ-ĊENSURA TAL-PELLIKOLI 
TAĊ-ĊINEMATOGRAFU
4 ta’ Mejju, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 44 ta’ l-1973, kif emendat bl-Avviżi Legali 93 ta’ l-
1981 u 83 ta’ l-2000.
Titolu.
Drittijiet għaċ-Ċensura tal-Pellikoli taċ-Ċinematografu.
Drittijiet.
Emendat:
A.L. 93 ta’ l-1981;
A.L. 83 ta’ l-2000.
L.S. 10.17
2. (1) Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-Kummissarju tal-
Pulizija dwar l-eżami ta’ pellikola taċ-ċinematografu miċ-ċensuri
skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 42 tar-Regolamenti dwar
il-Pellikoli u l-Palk għandhom ikunu bir-rati li ġejjin: 
(a) żewġ liri għal kull trailer ta’ pellikola;
(b) għoxrin lira għal kull pellikola.
(2) Dawn id-drittijiet għandhom jinkludu ċ-ċertifikat taċ-
ċensura maħsub fir-regolament 46 tar-regolamenti msemmija fis-
sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament:
Iżda għal kull ċertifikat duplikat taċ-ċensura, il-
Kummissarju tal-Pulizija għandu jitlob il-ħlas ta’ dritt addizzjonali
ta’ ħamsa u għoxrin ċenteżmu.
L.S. 10.17
(3) Ma għandhomx jitħallsu drittijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikat
ta’ ċensura, jew ta’ duplikat tiegħu, relattivament għal pellikola
ċinematografika importata f’Malta minn missjoni diplomatika
akkreditata lill-Gvern ta’ Malta biex tiġi murija lill-pubbliku,
mingħajr ħlas, f’xi post sew jekk dak il-post ikun liċenzjat skond ir-
Regolamenti dwar il-Pellikoli u l-Palk sew jekk le:
Iżda dak iċ-ċertifikat, maħruġ mingħajr ħlas, ma għandux
jiġi wżat jekk il-pellikola ċinematografika li għaliha jirriferixxi
tkun sussegwentement murija lill-pubbliku bi ħlas.
