DRITTIJIET GĦAĊ-ĊENSURA TA’ PRODUZZJONIJIET 
DRAMMATIĊI U TA’ PRODUZZJONIJIET OĦRA 
TAL-PALK ġ L.S.35.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 35.05
REGOLAMENTI DWAR ID-DRITTIJIET 
GĦAĊ- ĊENSURA TA’ PRODUZZJONIJIET 
DRAMMATIĊI U TA’ PRODUZZJONIJIET 
OĦRA TAL-PALK
4 ta’ Mejju, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 45 ta’ l-1973, kif emendat bl-Avviżi Legali 95 ta’ l-
1981 u 210 ta’ l-1999.
Titolu.
Drittijiet għaċ-Ċensura ta’ Produzzjonijiet Drammatiċi u ta’
Produzzjonijiet oħra tal-Palk.
Drittijiet.
L.S. 10.17
2. (1) Id-drittijiet speċifikati fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti għandhom jinġabru mill-Kummissarju tal-Pulizija
dwar l-eżami ta’ kull kitba minn ċensuri għall-finijiet tad-
disposizzjonijiet tar-regolament 42 tar-Regolamenti dwar iċ-
Ċinematografi u l-Palk.
(2) Dawn id-drittijiet jinkludu ċ-ċertifikat ta’ ċensura maħsub
fir-regolament 46 tar-Regolamenti msemmija fis-sub-regolament
(1) ta’ dan ir-regolament:
Iżda għal kull ċertifikat ta’ ċensura duplikat il-
Kummissarju tal-Pulizija għandu jiġbor dritt ieħor ta’ ħamsa u
għoxrin ċenteżmu.
Sostitwita:
A.L. 95 ta’ l-1981;
A.L. 210 ta’ l-
1999.
SKEDA
(Regolament 2)
1. Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-Kummissarju tal-
Pulizija dwar eżami ta’ produzzjonijiet tal-palk bil-Malti jew
b’ilsien barrani għandhom ikunu ta’ ħames liri għal kull
produzzjoni.
