DRITTIJIET BIEX JITBATTLU 
L-FOSOS TAL-LUKANDI ġ L.S.35.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 35.06
REGOLAMENTI DWAR ID-DRITTIJIET BIEX 
JITBATTLU L-FOSOS TAL-LUKANDI
28 ta’ Ġunju, 1974
L-AVVIŻ LEGALI 77 ta’ l-1974.
Titolu.
Drittijiet biex jitbattlu l-Fosos tal-Lukandi.
Tifsir.
"lukanda" tfisser kull bini li għandu liċenza, ikun kif ikun
imsejjaħ, li fih tiġi provduta akkomodazzjoni għal mhux anqas
minn għaxar residenti minn management komuni u tinkludi kull
numru ta’ bini jkun kif ikun imsejjaħ, li jkun aggruppat flimkien u
li jkollu b’kollox akkomodazzjoni għal mhux anqas minn għaxar
residenti u li jkollu in komun servizzi u amenitajiet anċillari għal
lukandi, u jkun taħt management komuni;
Kap. 197.
"lukandier" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 2
ta’ 1-Att dwar il-Lukandi u l-Istabbilimenti li jipprovdu Ikel.
Ħlas ta’ dritt.
Prinċipali tal-Gvern biex jitbattlu l-fosos ta’ kull lukanda, dritt bir-
rata ta’ għaxar ċenteżmi fil-ġimgħa għal kull sodda tal-wieħed:
Iżda, meta l-materjal imneħħi minn fossa ta’ lukanda matul
żmien speċifikat ikun iktar mill-ammont ta’ ilma wżat kif reġistrat
fuq il-meter ta’ l-ilma għal dak iż-żmien, għandu jitħallas lit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern biex jitneħħa dak il-materjal li jkun iktar
minnu dik is-somma li tkun daqs dik imħallsa mill-Gvern lill-
kuntrattur dwar dak iż-żejjed.
(2) Għall-finijiet tas-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament
sodda ta’ tnejn titqies li hi żewġ sodod tal-wieħed.
