 
DRITTIJIET GĦALL-PERMESSI GĦALL-BINI ġ L.S.35.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 35.11
REGOLAMENTI DWAR ID-DRITTIJIET 
GĦALL-PERMESSI GĦALL-BINI
1 ta’ Jannar, 1988
L-AVVIŻ LEGALI 78 ta’ l-1987, kif emendat bl-Avviżi Legali 25 ta’ l-
1988 u 148 ta’ l-1990.
Titolu.
Drittijiet għall-Permessi għall-Bini.
Drittijiet għall-
ħruġ ta’ permessi 
tal-bini.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 3 ta’ dawn
ir-Regolamenti, id-drittijiet speċifikati fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn
ir-regolamenti għandhom jitħallsu lill-Awtorità  ta’ l-Ippjanar
relattivament għas-servizzi hemmhekk imsemmija.
Eżenzjoni.
Emendat:
A.L. 148 ta’ l-
1990.
3. Ebda drittijiet addizzjonali speċifikati fil-partita 3 ta’ l-
Iskeda ta’ dawn ir-Regolamenti ma għandhom jitħallsu għal:
(a) bini ta’ użu reliġjuż, kulturali jew filantropiku bħal ma
huma knejjes, kunventi, clubs politiċi, soċjali u
sportivi, u skejjel, u bini tal-Gvern iżda mhux
parastatali;
(b) arei msaqqfa bi strutturi temporanji u gallarijiet;
(ċ) kmamar fuq il-bejt sakemm dawn ma jkunux intiżi
għall-abitazzjoni;
(d) trombi tat-taraġ u spazji ta’ liftijiet ’il fuq mill-aħħar
sular;
(e) bċejjeċ ta’ art ta’ l-Iskema tal-Home Ownership u Arei
għall-Iżvilupp tal-Bini allokati qabel il-31 ta’
Diċembru, 1987;
(f) kantini mhux għall-abitazzjoni taħt djar jew vilel;
(g) bini intiż għall-użu agrikolu bħal kmamar għall-
għodod u irziezet proprjetà  ta’ bdiewa reġistrati full-
time; u
(h) bini li jappartjeni lill-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’
Malta u lill-Malta Freeport Corporation Limited.
Kunsiderazzjoni-
jiet ġenerali.
4. Fl-istima għall-ammont tal-ħlas dovut għandhom jittieħdu
dawn il-kunsiderazzjonijiet ġenerali:
(a) Fil-kejl ta’ bini msaqqaf dan jitqies fuq l-area li tkun
okkupata inkluża il-ħxuna ta’ ħitan diviżorji u ħitan
fuq barra, u nofs il-ħxuna ta’ ħitan ta’ appoġġ. Minn
dan il-kejl tiġi mnaqqsa l-area okkupata mill-btieħi.
(b) Verandi jiġu meqjusa bħala arei msaqqfa.
(ċ) Trombi tat-taraġ, liftijiet u spazji oħra komuni jgħoddu
bħala bini msaqqaf għal kull sular.
(d) Dwar kull bini li jaqdi funzjonijiet diversi irid jitħallas
id-dritt għal kull parti minn dak il-bini skond kif
2 L.S.35.11 ħ DRITTIJIET GĦALL-PERMESSI GĦALL-BINI
speċifikat fl-Iskeda ta’ dawn ir-Regolamenti.
Applikazzjonijiet 
għal tiġdid.
5. Applikazzjoni għal tiġdid ta’ permess, wara li jkun skada u
li għalih ma jkunux tħallsu d-drittijiet skond dawn ir-Regolamenti,
għandha titqies bħala applikazzjoni ġdida jekk ix-xogħol ma jkunx
mibdi.
Pagamenti. 6. (1) Il-ħlas tad-drittijiet addizzjonali speċifikati fil-partita 3
ta’ l-Iskeda ta’ dawn ir-Regolamenti għandu jgħodd għall-
applikazzjonijiet sottomessi wara il-25 ta’ Novembru, 1987, iżda
id-dritt tal-ħlas mal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni speċifikati
fil-partiti 1 u 2 ta’ l-Iskeda ta’ dawn ir-Regolamenti ma jitħallasx
għal dawk l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi qabel il-31 ta’
Diċembru, 1987.
(2) Il-ħlas tad-dritt mal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni
għandu jiġi indikat permezz ta’ bolla tal-posta ta’ l-ammont relattiv
li tiġi mwaħħla fuq l-applikazzjoni. Il-bolla għandha tkun imħassra
effettivament mill-applikant b’mod illi ma tkunx tista’ tiġi użata
għal xi applikazzjoni jew skop ieħor. Il-ħlasijiet l-oħrajn kollha
jsiru fil-cash office tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, f’Blokk A
f’Beltissebħ jew Victoria, Għawdex fil-ġranet tax-xogħol bejn it-
8.00 a.m. u nofs in-nhar. Titħalla riċevuta għal kull ħlas li jsir.
Ħlas lura. 7. Ma jista’ jsir l-ebda ħlas lura ta’ drittijiet imħallsa skond
dawn ir-Regolamenti ħlief id-drittijiet addizzjonali speċifikati fil-
partita 3 ta’ l-Iskeda ta’ dawn ir-Regolamenti fejn jiġi rtirat
permess.
Trasferiment ta’ 
permess.
8. Applikazzjoni għal trasferiment ta’ permess titqies
applikazzjoni ġdida, iżda ma jerġgħux jitħallsu id-drittijiet
addizzjonali.
 
DRITTIJIET GĦALL-PERMESSI GĦALL-BINI ġ L.S.35.11 3
Emendata:
A.L. 25 ta’ l-1988.
SKEDA
(Regolament 2)
Ħlas ta’ drittijiet fuq Permessi ta’ l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar
Lm ċ m
1. Mal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal
permess tal-bini jitħallas dritt ta’ ...................... 5.00,0
2. Applikazzjoni għat-tiġdid tal-permess jew
preżentazzjoni ta’ pjanti ġodda, mal-ħruġ tal-
permess ġdid jitħallas dritt ta’ ........................... 5.00,0
3. Mal-ħruġ tal-permess jitħallas dritt addizzjonali
skond ix-xogħol involut kif jidher hawn taħt:
Xogħol ta’ Tibdil:
A.(i) F’xogħol ta’ tibdil fejn m’hemmx arei
ġodda li qegħdin jiġu msaqqfa, jitħallas
dritt ta’ .................................................. 5.00,0
(ii) F’xogħol ta’ tibdil fejn ukoll hemm arei
ġodda li qegħdin jiġu msaqqfa jitħallas
id-dritt ta’ .............................................. 5.00,0
kif ukoll id-dritt għal xogħlijiet ġodda taht
B, Ċ, D u E ta’ din I-Iskeda.
Xogħlijiet ġodda:
B. Djar
Djar li jmissu ma’ xulxin:
Dawn jinkludu djar li għandhom aċċess dirett
mit-triq bħal terraced houses u maisonettes.
(i) Għal mhux iżjed minn 200 metru kwadru
ta’ bini msaqqaf ..................................... 25.00,0
Għal kull metru kwadru in eċċess ta’ 200
metru kwadru ta’ bini msaqqaf f’kull
sular ...................................................... .50,0
(ii) Fil-każ ta’ bini msaqqaf b’żieda ma’ bini
eżistenti, sa l-ewwel 200 metru kwadru
ta’ area totali tal-bini kif imkabbar
inkluż l-area tal-bini eżistenti. Għal kull
metru kwadru ta’ żieda ta’ bini msaqqaf . .12,5
Għal kull metru kwadru in eċċess ta’ 200
metru kwadru b’żieda ma’ bini eżistenti . .50,0
C. Vilel
Dawn jinkludu kull bini ta’ vilel detached
jew semi-detached ukoll jekk dawn jinbnew
f’arei intiżi għal bini ieħor.
Għal kull metru kwadru ta’ bini msaqqaf
f’kull sular .................................................... 2.00,0
D.Flats
Kull metru kwadru ta’ bini msaqqaf f’kull
sular .............................................................. .50,0
E. Bini Kummerċjali
4 L.S.35.11 ħ DRITTIJIET GĦALL-PERMESSI GĦALL-BINI
Dawn jinkludu lukandi, ħwienet, uffiċċji,
showrooms, fabbriki, workshops, garaxxijiet
għal karozzi privati jew għal użu
kummerċjali, postijiet ta’ divertiment u bini
ieħor kummerċjali.
Għal kull metru kwadru ta’ bini msaqqaf
f’kull sular .................................................... .75,0
Bdil fl-Użu:
F. Bdil fl-Użu ta’ Bini Eżistenti
Għal kull metru kwadru ta’ bini msaqqaf
f’kull sular jitħallas dritt li jkun daqs id-
differenza bejn id-dritt dovut għall-permess
għall-erezzjoni ta’ bini għal dak l-użu li
għalih il-bini jkun sejjer jinbidel u d-dritt li
kien kieku jitħallas li kellu l-bini fid-data ta’
l-applikazzjoni jkun kostruwit għal dak l-użu
li kien qiegħed isir minnu qabel il-bidla.
