VETTURI BIL-MUTUR META JINŻAMMU
MID-DIPARTIMENT TAD-DWANA ġ L.S.35.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 35.12
REGOLAMENTI DWAR VETTURI BIL-MUTUR 
META JINŻAMMU MID-DIPARTIMENT 
TAD-DWANA
14 ta’ Frar, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 16 ta’ l-1989.
Titolu.
Vetturi bil-Mutur meta jinżammu mid-Dipartiment tad-Dwana.
Drittijiet għaż-
żamma ta’ vetturi 
bil-mutur.
2. Meta tinżamm xi vettura bil-mutur fil-kustodja tad-
Dipartiment tad-Dwana għandu jintalab mill-Kontrullur tad-Dwana
dritt ta’ ħamsin ċenteżmu għal kull ġurnata jew parti minnha:
Iżda dak id-dritt għandu jiżdied għal lira għal kull vettura
għal kull ġurnata jew parti minnha wara li jgħaddu tletin ġurnata:
Iżda wkoll fil-każ ta’ motor cycles id-drittijiet li jintalbu
skond dan ir-regolament ikunu kwart ta’ l-ammont imsemmi qabel.
Setgħa tal-Ministru 
tal-Finanzi.
3. Il-Ministru tal-Finanzi jista’ jnaqqas jew jaħfer kull dritt
dovut bis-saħħa ta’ dawn ir-Regolamenti.
