DRITTIJIET TA’ L-ISPTAR LI JITĦALLSU 
MINN PAZJENTI BARRANIN ġ L.S.35.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 35.14
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET TA’ 
L-ISPTAR LI JITĦALLSU MINN PAZJENTI 
BARRANIN
3 ta’ Marzu, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 147 ta’ l-1989, kif emendat bl-Avvizi Legali 53 ta’ l-
1992, 18 ta’ l-1997 u 147 ta’ l-2002.
Titolu.
Drittijiet ta’ l-Isptar li jitħallsu minn pazjenti barranin.
Kif dawn ir-
regolamenti ma 
japplikawx.
Emendat:
A.L. 53 ta’ l-1992.
2. Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal-
(a) min ikun jew kien ċittadin ta’ Malta; jew
(b) il-mara jew ir-raġel, jew l-armel jew l-armla, jew kull
tifel jew tifla taħt l-età  ta’ tmintax-il sena, ta’ persuna
msemmija taħt il-paragrafu (a) ta’ dan ir-regolament;
jew
Kap. 217.
Kap. 318.
(ċ) kull persuna li jkollha liċenza għax-xogħol skond l-
artikolu 11 ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni u li tkun
qegħda tħallas il-kontribuzzjoni preskritta skond 1-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali, u l-mara jew ir-raġel u t-tfal
taħt l-età  ta’ tmintax-il sena li huma dipendenti ta’ dik
il-persuna; jew
(d) ċittadin ta’ pajjiż barrani li għandu ftehim reċiproku
ma’ Malta dwar il-kura tas-saħħa, dwar dik il-kura u
fejqan li għalihom dak iċ-ċittadin ikun intitolat skond
id-disposizzjonijiet ta’ dak il-ftehim jew kull ħaġa li
turi li jkun sar ftehim wara l-ewwel ftehim;
(e) kull persuna oħra li tgawdi l-libertà  ta’ moviment
skond l-artikolu 44 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta; jew
(f) kull persuna li tkun f’Malta fuq stedina tal-Gvern
f’kapaċità  konsultativa jew li tagħti parir lill-istess
Gvern jew li tkun b’xi mod ieħor qegħda tagħti servizz
lil dipartiment tal-Gvern jew lil korp parastatali u li
tkun ċertifikata bħala tali mill-Ministru responsabbli
għal dak id-dipartiment jew korp, kif ikun il-każ, u
kull dipendent ta’ dik il-persuna; jew
Kap. 327.
(g) kull persuna li tkun qegħda tagħmel kors ta’ studji fi
skola jew f’istituzzjoni li taqa’ fl-iskop ta’ l-Att dwar
l-Edukazzjoni, jew li tiġi mod ieħor approvata mill-
Gvern.
Drittijiet.
Emendat:
A.L. 18 ta’ l-1997; 
A.L. 147 ta’ l-
2002.
3. (1)  Id-dritt li jista’ jintalab għall-kura u fejqan ta’ pazjenti
residenti jew rikoverati f’xi sptar jew istituzzjoni oħra tad-
Dipartiment tas-Saħħa, ikun ta’ Lm85 kull jum, filwaqt li rikoveru
f’taqsima li tagħti kura intensiva, id-dritt li jintalab ikun ta’ Lm300
kull jum u f’taqsima li tagħti kura high dependency, id-dritt li
jintalab ikun ta’ Lm150 kull jum.
2 L.S.35.14 ħ
DRITTIJIET TA’ L-ISPTAR LI JITĦALLSU 
MINN PAZJENTI BARRANIN
(2) Id-dritt imsemmi fis-sub-regolament (1) ma jinkludix xi
operazzjoni kirurġika jew xi investigazzjoni/proċedura medika
straordinarja li jistgħu jsiru fuq pazjent jew rikoverat.
(3) Id-dritt li jista’ jintalab għal operazzjoni kirurġika jkun -
Iżda l-ispejjeż ta’ xi prosteżi jew implant għandhom
jintalbu b’żieda mad-dritt relattiv ta’ l-operazzjoni.
(4) Id-dritt għal dawn l-investigazzjonijiet, proċeduri li ġejjin
jkun -
filwaqt li għal kull investigazzjoni, proċedura medika straordinarja
oħra jintalab dritt separat skond in-nefqa.
(5) (a) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-regolamenti ta’
qabel dan, id-drittijiet li għandhom jitħallsu minn
pazjent li għalih japplika dan is-sub-regolament, ikunu
dawn li ġejjin:
(i) għall-kura u l-fejqan ta’ pazjenti residenti jew
ta’ rikoverati, Lm12 kull jum għall-ewwel mitt
jum u Lm5 kull jum wara dak iż-żmien;
(ii) għal operazzjonijiet kirurġiċi u investigaz-
zjonijiet/proċeduri mediċi, ħmistax fil-mija tad-
drittijiet imsemmijin fis-sub-regolamenti (3) u
(4):
Iżda l-ispiża għal kull prosteżi jew implant jew
għal kull investigazzjoni straordinarja għandha
tintalab daqs kemm tiswa b’żieda mad-drittijiet
(a) għal operazzjoni minuri li ssir b’anestesija
lokali ........................................................ Lm85
(b) għal operazzjoni minuri li ssir b’anestesija
ġenerali .................................................... Lm165
(ċ) għal operazzjoni intermedja ...................... Lm350
(d) għal operazzjoni maġġuri .......................... Lm750
(e) għal kirurġija speċjalizzata, jiġifieri
operazzjonijiet maġġuri newrokirurġiċi,
trapjanti ta’ organi minbarra l-ġilda u l-
kornea, kirurġija open heart, kirurġija
vaskolari maġġuri, u kirurġija plastika
maġġuri .................................................... Lm2,250:
(a) CT Scan ................................................ Lm150
(b) Gamma Scan ......................................... Lm200
(ċ) anġjografija kardijaka ........................... Lm300
(d) arterjografija periferali .......................... Lm150
(e) MRI Lm300
(f) għal anġjoplastija karijaka ..................... Lm1,200
(g) għal kull stent ....................................... Lm400
(h) għal pacemaker u leads normali ............ Lm1,400
(d) għal dual chamber pacemaker (mingħajr
ebda lead) ............................................. Lm3,000
DRITTIJIET TA’ L-ISPTAR LI JITĦALLSU 
MINN PAZJENTI BARRANIN ġ L.S.35.14 3
imsemmijin fil-partiti (i) u (ii) ta’ dan il-paragrafu.
(b) Dan is-sub-regolament japplika dwar pazjent -
(i) li għalih japplikaw dawn ir-Regolamenti; u
(ii) li hu ċittadin ta’ pajjiż li jkollu ftehim reċiproku
ma’ Malta dwar il-kura tas-saħħa li jkun
jipprovdi għall-kura u fejqan ta’ viżitaturi
temporanji ta’ pajjiż jew ieħor meta dik il-kura u
fejqan jingħataw fi żmien li ma jkunx il-perjodu
speċifikat f’dak il-ftehim; u
(iii) li -
Kap. 217.
- jkollu permess għal residenza maħruġ skond l-
artikolu 7 ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni; jew
- bis-saħħa ta’ l-estensjoni tal-permess tiegħu li
jibqa’ Malta mogħtija skond l-artikolu 6(1)(ċ) ta’
l-imsemmi Att, ikun irrisjeda f’Malta għal
perjodu aggregat ta’ mhux inqas minn sentejn
matul it-tliet snin li jiġu qabel ma jidħol bħala
pazjent jew rikoverat.
(6) Il-Ministru responsabbli għas-Saħħa jista’, f’każi speċjali,
jew fejn tassew ikun hemm każi ta’ tbatija, jirriduċi jew ukoll
jirrinunzja għal kull dritt li għandu jitħallas skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti.
